Jista’ l-Ministru jgħid meta beda u meta ntemm il-proġett pilota tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett pilota beda b'sejħa għar-reġistrazzjoni tal-pazjenti f’Novembru 2015, u daħal fl-ewwel, minn tlett fażijet f’Jannar 2016 biex imbagħad ġie fi tmiemu f’Settembru 2016.
Tqassim ta’ mediċini fid-djar – ftehim mal-ispiżjara
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li laħaq mal-ispiżjara sabiex jibdew jitqassmu l-mediċini fid-djar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim dwar tqassim ta’ mediċini fid-djar tal-anzjani u persuni neqsin mill-mobilità huwa parti minn Service Level Agreement iffirmat fil-15 ta’ Ottubru 2015, bejn il-Ministeru tal-Energġja u Saħħa, l-Kamra tal-Ispizjara u l-GRTU.
Ministeru għas-Saħħa – talbiet lill-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, rigward l-operat tal-Ministeru, dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għas-Saħħa – talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-Ministeru, dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Ombudsman ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bereġ ġew devoluti lill-kunsilli lokali s’issa u jekk hemmx pjan biex dan il-proċess jitkompla?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2014 ġew devoluti 6 bereġ: Kerċem u l-Għarb Għawdex, Ħal Tarxien, is-Siġġiewi, iż-Żurrieq u l-Kalkara. Fis-sena 2015 kien hemm Ħal Għaxaq, Msida u Ta’ Xbiex filwaqt li din is-sena ġew devoluti l-bereġ tal-Birgu, Santa Luċija, Ħal Safi u dalwaqt ħa tkun devoluta il-berġa ta’ Tas-Sliema ukoll.
Fis-snin li ġejjin hu ppjanat li d-Dipartiment tas-Saħħa fil-Kura Primarja jkompli dan il-process ta’ devoluzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-medja li persuna tistenna biex tinqeda fit-Taqsima tal-Emerġenza, fil-preżent u kif din tikkompara mal-2012, mal-2013 u mal-2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena z-żmien ta' stennija fit-Taqsima tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei kien ta' 3 sigħat jew inqas f'85% tal-każijiet. Fl-2013, taħt gvern preċedenti, il-medja tal-ħin ta' stennija kien ta' 13-il siegħa.
Introduzzjoni tal-Gliptins – persuni li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw bl-introduzzjoni tal-Gliptins (mediċina għad-dijabete) hekk kif dawn iddaħħlu fil-formularju tal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta l-gliptins żdiedu fuq il-formularju tal-Gvern ftit tax-xhur ilu, diġà qed igawdu minnhom 881 pazjent dijabetiku. Dan in-numru mistenni jikber hekk kif aktar pazjenti jiġu assessjati mill-konsulenti tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li kellha l-marda tal-kanċer ibbenefikat minn check-ups mingħand it-tabib tal-familja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa din is-sena kien hemm 44 mara li sarilha follow-up mit-tabib tal-familja wara li għaddew aktar minn ħames snin li sofriet minn kancer tas-sider.Kien hemm ukoll 39 pazjent li ġew fast tracked mit-tabib tal-familja wara suspett li l-pazjent jista’ jkollu kancer fil-musrana. B’hekk aktar każijiet ta’ kanċer fil-musrana jkunu jistgħu jinqabdu kmieni.
Ninforma Iill-Onor. Interpellant illi dawn iż-żewġ servizzi ġodda ġew introdotti din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati mal-eHealth u jispjega din x’inhi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-11 ta’ Ottubru 2016, kien hemm 16,080 persuna li hi registrata ghall-użu tal-myHealth.
Il-
myHealth
hu servizz elettroniku li permezz tiegħu pazjenti Maltin u t-tobba tagħhom jistgħu jaċċessaw data personali fuq is-saħħa permezz ta’ komputer imqabbad mal-internet. Pazjenti jistgħu joħolqu
links
volontarji ma’ tobba biex jiffaċilitaw l-aċċess sigur
online
għad-
data
personali tagħhom. Fost affarijiet oħra t-tabib tal-familja mill-klinika tiegħu fil-komunità, bil-permess tal-pazjent, jista' jikseb rizultati tad-demm u ta' testijiet oħra, riżultati ta'
X-rays
, in-noti elettroniċi bl-istorja tal-pazjent u kif ukoll lista ta' xi mediċini li qiegħed jieħu l-pazjent.
San Ġwann – Stores tal-Mediċini – ħaddiema jaħdmu waqt li qed isiru t-tiswijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-ħaddiema tħallew jaħdmu fl-istores tal-mediċini f’San Ġwann immexxija mis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) waqt li kien għaddej it-tqattiegħ tal-art biex tissewwa l-ħsara ikkawżata mill-konkos ħażin u xogħol difettuż? Il-Ministru ma jaħsibx li dan kien ta’ periklu għas-saħħa u l-ħajja tal-ħaddiema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici hadet hsieb li fid-dokumenti tal-offerta tigi mdahhla struttura li l-iskop taghha hu li ma jhallix trabijiet u foga tohrog minn fuq il-lant ta’ fejn ikunu qeghdin isiru x-xogholijiet. Fuq kollox din l-istruttura ta’ natura temporanja kienet fundamentali biex tul il-perjodu kollu ir-regolamenti abbinati mas-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol skont l-avviz legali LN 281 / 2004, jigu osservati. Din l-istruttura giet mpoggija qabel ma’ beda x-xoghol u ha titnehha wara li jitlestew ix-xogholijiet kollha.
San Ġwann – Stores tal-Mediċini – mediċini u equipment mediku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn inżammu ammont sostanzjali ta’ mediċini u equipment mediku (li jiswa l-miljuni) fl-istores tal-mediċini f’San Ġwann immexxija mis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) waqt li kien għaddej it-tqattiegħ tal-art biex tissewwa l-ħsara ikkawżata mill-konkos ħażin u xogħol difettuż? Il-Ministru ma jaħsibx li dan sar kontra r-regoli bażiċi ta’ kif suppost tinżamm il-mediċina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sar risk assessment kif inhu xieraq u x-xogholijiet saru bi pjan u flimkien mal-Awtorita’ dwar il-Medicini ittiehdu l-prekawzjonijet necessarji sabiex il-kontenut ma jkunx kompromess.
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete – ħidma fil-qasam
Question
Jista’ l-Ministru jgħid wara kważi sena minn meta ġiet varata l-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete fejn waslet il-ħidma f’dan il-qasam? Liema huma l-punti mill-Istrateġija li ġew implimentati? X’tip ta’ moniteraġġ qed isir biex tiġi assigurata l-implimentazzjoni tal-imsemmija strateġija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-progress tal-pjan t’azzjoni li jirrizulta mill-istrategija Nazzjonali dwar id-Dijabete ikun segwit mill-ufficcju tat-tabib ewlieni tal-gvern. Skont kif mahsub minn dan il-pjan din is-sena gew introdotti 2 medicini godda fuq il-formularju tal gvern li huma gliptins u repaglanide; harget sejha ghal-2 konsulenti godda fid-Dipartiment tad-Dijabete’; sal-ahhar ta’ din is-sena ser jibdew jinghataw glucose sticks lill-pazjenti kollha li jbatu mid-dijabete tat-tip 1; waqt illi inghata bidu ghal-kampanja dwar ikel nutrittiv.
Il-Kalkara – ex ċimiterju militari – kawża tal-appell
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-kawża tal-appell li kien hemm min-naħa tar-residenti tal-Kalkara fil-konfront tal-Gvern rigward l-exċimiterju militari (tal-Ġermaniżi) li hemm fi Triq il-Missjoni Taljana fil-Kalkara, hekk kif indikat fis-site plan li qed tintbagħat separatament? Jekk il-Qorti tat is-sentenza tagħha, jista' l-Ministru jgħid meta ngħatat din is-sentenza? Jista' jpoġġi kopja tas-sentenza fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-futur ta’ dan iċ-ċimiterju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kawża tal-appell li kien hemm fil-konfront tal-Gvern minn naħa ta’ xi residenti tal-Kalkara rigward l-ex Ċimiterju militari, ġiet dikjarata bħala deżerta fid-9 ta’ April, 2013 hekk kif indikat fil-verbal li ngħata mill-Qorti tal-Appell Ċivili. Dan ifisser li s-sentenza li kienet ingħatat mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fis-16 t’Ottubru, 2009 issa hija finali. Fiha l-Qorti kienet ċahdet it-talba magħmula mir-residenti kontra iċ-Chief Government Medical Officer. Fl-istess kawża dawn ir-residenti ġew ikkundannati sabiex iħallsu l-ispejjeż kollha ta’ l-istess kawża.
Bħalissa diġa sar xi restawr ta’ parti mill-oqbra li jinsabu fiċ-ċimiterju msemmi, x-xoghol ta’ aktar manutenzjoni u tisbih ghadu qed jitkompla.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jagħmlu colonoscopy?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena kien hemm 796 pazjent jistennew biex jagħmlu colonoscopy. Dan juri titjieb konsiderevoli fuq il-figura tal-2013 li kienet 1121 pazjenti jistennew biex jaghmlu colonoscopy. Ninfurmaha ukoll li waqt li fl-2012, igifieri l-ahhar sena shiha tal-gvern precidenti, kienu saru 3377 colonoscopy, fl-2015 saru 5232 colonoscopy.
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità – rapport annwali
Question
B’referenza għar-rapport annwali tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità (KNPD), hemm indikat li l-gvern tilef kawża l-Qorti kontra l-istess KNPD b’rabta ma nuqqas t’aċċessibilità għall-anzjani u persuni b’diżabilità, u l-gvern appella, immax’inhi r-raġuni li l-gvern appella minn deċiżjoni bħal din?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.