Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8685 u jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha l-l-ID card tagħha mitlufa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjana li d-dettalji dwarha ngħataw separatament inghatat ID card ġdida f’April li għadda.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet u l-karigi rispettivi tal-persuni li kienu jiffurmaw l-Aviation Security Committee maħtur mill-Ministru għall-Intern ta’ bejn 2008 u din is-sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Forzi Armati ta’ Malta — promozzjonijiet - Tenent Kurunelli u Kurunelli
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk l-uffiċjali li ġew promossi fir-rank ta’ Tenent Kurunell u Kurunell mill-aħħar elezzjoni sal-lum kinux magħżula fuq għażla biex timtela vakanza?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li iva l-uffiċjali li ġew promossi fir-rank ta’ Tenent Kurunell u Kurunell mill-aħħar elezzjoni sal-lum kienu magħżula fuq sejħa biex timtela vakanza.
Forzi Armati ta’ Malta — promozzjonijiet - Tenent Kurunelli u Kurunelli
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra liema kienu l-għażliet sabiex jimtlew il-vakanzi ta’ kull uffiċjali li ġie promossi fir-rank ta’ Tenent Kurunell u Kurunell mill-aħħar elezzjoni sal-lum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Niforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għażliet sabiex jimtlew il-vakanzi ta’ kull uffiċjal li ġie promossi fir-rank ta’ Tenent Kurunell u Kurunell mill-aħħar elezzjoni sal-lum, huma kif ġej:
Commander
Brigadier Jeffrey Curmi
Deputy Commander & Colonel Personnel & Administration
Colonel Mark Mallia
Colonel General Staff
Colonel George Galea
Colonel Operations, Plans & Intelligence
Colonel Claudio Spiteri
Colonel International Affairs
Colonel Brian Gatt
Colonel Financial Management
Colonel Alfred Attard
Colonel Procurement & Logistics
Colonel Pierre Vassallo
Colonel Capabilities & Training
Colonel Mark Said
Commanding Officer 4 Regiment
Lieutenant Colonel Marco Kirkop
Staff Officer 1 Land, Plans & Operations
Lieutenant Colonel Claudio Terribile
Commanding Officer 1 Regiment
Lieutenant Colonel Michael Cardona
Staff Officer 1 Personnel
Lieutenant Colonel Melvyn Haber
Commanding Officer Air Wing
Lieutenant Colonel Clinton O’Neill
Staff Officer 1 EU Projects
Lieutenant Colonel Christopher Attard
Jista' l-Ministru jgħid lil min interrogat aktar il-pulizija dwar il-każ li fih kien hemm involut l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minbarra l-istess individwu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum għadu ħadd ma ġie interrogat. L-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ġie mitkellem u mitlub jissostanza diversi allegazzjonijiet magħmula minnu fejn ukoll infika lil Birdlife Malta.
Sorveljanza fuq ir-regolamenti marbuta mal-kaċċa fir-rebbiegħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Gvern mill-bidu mit-12 t'April sal-lum f'dik li hi sorveljanza sabiex jiġu osservati r-regolamenti marbutin mal-kaċċa fir-rebbiegħa? Jista' jagħti d-dettalji tal-ispiża ta' kull inizjattiva meħuda f'dan ir-rigward?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8726 hija korretta? Jista' jikkonferma li mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum l-uffiċċju tiegħu ma organizza l-ebda PR u media event u l-ebda konferenza stampa tal-ebda settur li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu li saret il-mistoqsija parlamentari li qed issir referenza għaliha, jiġifieri mistoqsija parlamentari 8726 ma saret l-ebda attivita’ ta’ PR li tħallset mill-uffiċju tal-PR fi ħdan il-Ministeru.
Jekk għandek bżonn xi informazzjoni speċifika, nitolbok tkun aktar speċifika fid-domanda.
Jista' l-Ministru jgħid, min wara li ġie ntrodott id-divorzju f'pajjiżna, kemm huma l-persuni li ġabu d-divorzju b'deċiżjoni tal-Qrati Maltin sal-lum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar erbgħa snin ġew reġistrati divorzji b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin kif ġej:
Matul is-sena 2011 kien hemm 40
Matul is-sena 2012 kien hemm 420
Marul is-sena 2013 kien hemm 334
Matul is-sena 2014 (sa l-aħħar ta Arpil) kien hemm 86
Jista' l-Ministru jgħid, minn wara li ġie ntroddot id-divorzju f'pajjiżna, kemm kien in-numru ta' dawk il persuni divorzjati li reġgħu żżewġu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Reġistru Pubbliku ma jżommx informazzjoni speċifika dwar persuni li kisbu d-divorzju u reġgħu żżewġu. L-unika statistika li tinżamm f’dan ir-rigward hija dik ta’ kemm ġew reġistrati divorzji sena b’sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li qadu għall-eżamijiet fiżiċi tal-Armata? Kemm qadu għall-eżamijiet bil-kitba u kemm kienu li għaddew u meta hu maħsub li jiġu ngaġġati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu l-iżviluppi li seħħew dwar il-każ imsemmi fil-mistoqsijiet parlamentari 8890 u 8891? X'passi ġodda ttieħdu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa elenkajt fit-tweġiba numru 8890, din hija materja li tirrigwarda l-Awtoritajiet tas-Saħħa. Il-Pulizija tkun tista tgħin kif titlob il-liġi, malli l-għajnuna tagħha tintalab mil-Awtoritajiet kompetenti tal-istess Dipartiment tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li ġabu d-divorzju u reġgħu żżewġu minn Ottubru 2011 sal-lum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistru pubbliku ma jżommx informazzjoni speċifika dwar persuni li kisbu d-divorzju u reġgħu żewġu. L-unika statistika li tinżamm f’dan ir-rigward hija dik ta’ kemm ġew reġistrati divorzji sena b’sena.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li ż-żwieġ tagħhom ġie annullat u reġgħu żżewġu f’dawn l-aħħar ħames snin sal-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Reġistru Pubbliku ma jżommx informazzjoni speċifika dwar persuni li kisbu l-annullament u reġgħu żewġu. L-unika statistika li tinżamm f’dan ir-rigward hija dik ta’ kemm ġew reġistrati annullamenti sena b’sena.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba fil-futur qarib hux se jkun hemm spettur stazzjonat u detailed permanentement fl-għassa tal-pulizija ta’ Wied il-Għajn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa, l-Ispetturi li qegħdin iservu fid-Distrett numru 4 tal-Pulizija, qegħdin ilaħqqu ukoll mal-lokalita' ta' Marsaskala. In vista tal-fatt li dalwaqt se jibda l-kors fl-Akkademja tal-Pulizija ta' spetturi tal-pulizija ġodda, mhux eskluż li jkun hemm spettur li jkun stazzjonat permanentament f'din l-għassa.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — riżenji
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi li rriżenjaw jew tneħħew fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika r-raġuni għar-riżenja tagħhom u l-pożizzjoni li kienu jokkupaw?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum kien hemm b’kollox tnax –il diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi li rriżenjaw jew tneħħew mil-Ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Ir-raġunijiet huma varjij, hemm każijiet personali, oħrajn għax ingħataw offerti f’impjiegi oħra jew nkella skada l-kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni 'l għala l-pulizija ħasset il-ħtieġa li tinterroga lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal tliet darbiet fi spazju ta' ftit jiem? Jidhirlux li tali azzjoni tista' tiġi interpretata, kif fil-fatt ġiet, bħala intimidazzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nifnorma lill-Onor. Interpellant li l-persuna in kwistjoni li hu l-ufficjal inkarigat mil-Komunikazzjoni f’isem il Bird Life Malta kien ġie mitkellem f’żewġ okkażżjonijiet, darba fit-12 u darba oħra fil-21 ta’ April 2014. Il-Pulizija kellmet lil din il-persuna fuq inċidenti li ltaqgħa magħhom jew kien involut hu u li ġew għal konjizzjoni tal-Pulizija, li dawn bilfors kellhom ikellmuha. Madankollu, kuntrarjament għal dak li qed jigi allegat, il-Pulizija fl’ebda ħin ma ntimidat lil-istess persuna.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni 'l għala l-Pulizija ħasset il-ħtieġa li tinterroga lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għaliex kien qiegħed ma' crew televiżiv f'post pubbliku? Jista' jgħid jekk il-pulizija aġġixietx fuq inizjattiva tagħhom jew wara rapporti li waslulhom? Jekk ir-raġuni kienet din ta' l-aħħar, jista' jgħid x'kien irrapurtat li għamel dan il-preżentatur biex il-pulizija ħasset il-ħtieġa li tibgħat għalih?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li dettalji dwaru ntbgħatu separatament intalab jattendi volontarjament għand il-Pulizija biex jiġi mitkellem dwar reati li hu allegatament skopra u li kien semma f’dokumentarji li kien għamel matul il-perjodu li kien qiegħed Malta. Hu ġie mitkellm dwar ir-reati msemmija u intalab riedx jgħaddi xi informazzjoni relatata u li dwarhom kien għamel accenn fuqhom, lil-Pulizija. L-Individwu sostna li l-Bird Life Malta kellha din l-informazzjoni u hu ma kellux. Bird Life Malta intalbet tattendi għand il-Pulizija, pero ma marrux. Meta ġie mitkellem dwar l-inċident tal-Miżieb, huwa qal li dan l-inċident għadda u ma kellu xejn xi jżid.
Jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar jekk fl-għassa tal-Qawra, jew f'xi għassa ohra kienx hemm rapporti ta' hold ups ħdejn xi wieħed mill-banek li għandna fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid meta saru dawn l-allegati hold ups, u kif spiċċaw ir-rapurtati fuq il-mezzi tax-Xandir Nazzjonali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pulizija ma kellha l-ebda rapport ta' hold-up ħdejn wieħed mill-banek fil-lokalita' ta' San Pawl il-Baħar. Lanqas ma jirriżulta li l-Pulizija ħarġet xi stqarrija fuq dan is-suġġett.