B'referenza għall-istqarrija numru 845 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fit-30 ta' April 2013, jista' l-Ministru jgħid meta u kif ingħataw l-istruzzjonijiet biex ma jsirx ċaqliq ta' ħaddiema kif imsemmija fl-istess stqarrija? Kemm sar ċaqliq ta' ħaddiema wara li ngħataw dawn l-istruzzjonijiet u dan iċ-ċaqliq sar fuq talba tal-impjegat jew tal-management?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-istruzzjonijiet intbagħtu bil-miktub lil uffiċjali responsabbli f’żewġ okkażżjonijiet, fit-18 u fid-29 ta’ April 2013.
Ninsab infurmat illi wara t-30 ta’ April 2013, ma sar l-ebda ċaqliq ta’ ħaddiema.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir is-separazzjoni fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u li permezz tagħha d-Direttorat tal-Ambjent mhux se jibqa’ parti mill-Awtorità? Jeżisti pjan ta' kif se ssir din is-separazzjoni? Il-ħaddiema se jiġu kkonsultati fuq din is-separazzjoni? Kif qiegħed jiġi kontemplat li jinqasmu d-direttorati tas-servizzi korporattivi u tal-infurzar?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Bdil fil-Klima — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ impjegati fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jifformaw parti mill-Ministeru, inkluż konsulenti, li ġew impjegati mal-Ministeru wara d-9 ta’ Marzu 2013?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm żewg persuni li ġew impjegati wara d-9 ta’ Marzu 2013. Dawn huma – Is-Sur Alan Pulis bħala konsulent part-time tal-Ministru fuq tibdil fil-klima u persuna oħra bħala R & D Executive mal-WasteServ. Din ta’ l-aħħar impjegata b’urġenza fit-2 ta’ Mejju 2013, fuq għażla u rakkomandazzjoni tal-Management, għat-tkomplija ta’ proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqisija parlamentari numru 727, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għal mistoqsijiet parlamentari numri 556 u 557. Aktar tagħrif qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tabella ‘A’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-emission levels fiż-Żejtun u nħawi oħra fin-nofsinhar ta’ Malta għal dak li għandu x’jaqsam ma’ NO2 , SO2 u particulate matter 2.5 u 10 , u carbon monoxide u ozone minn Marzu 2012 sa Marzu 2013?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Pitkalija — Bdiewa li jdaħħlu prodotti fil-Pitkalija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa (full/part-time) li huma reġistrati bħala persuni li jdaħħlu l-prodotti fil-Pitkalija, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Minn liema lokalitajiet, b'numri separati għal kull lokalità huma dawk li jdaħħlu l-prodotti fil-Pitkalija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li t-tweġiba diġà ngħattat għall-istess mistoqsija li kienet magħmula f’forma oħra. In-numru tat-tweġiba kienet 387.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma n-numru ta' pitkala li huma liċenzjati li jaħdmu ta' pitkala, kemm f'Ta’ Qali kif ukoll f'postijiet oħra jekk hemm?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ pitkala li huma liċenzjati huwa ta’ 21, 18 minnhom huma pitkala privati u 3 minnhom huma pitkala tal-Koperattiva Ċentrali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-esperiment ta' farmers’ market f'Ta’ Qali jitwessa’ iktar? Kemm hu n-numru ta' bdiewa li qed joperaw minn Ta' Qali preżentement?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ bdiewa li qed joperaw mill-Farmers’ Market f’Ta’ Qali hu dak ta’ 31.
Ninsab infurmat ukol illi hemm il-ħsieb li jinfetaħ
Farmers’ Market
ieħor in-naħa t’isfel ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' koperattivi tal-bdiewa/ sajjieda/ raħħala li huma rikonoxxuti mill-Ministeru? F'liema lokalitajiet huma reġistrati dawn il-koperattivi?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub huwa dak li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tabella ‘A’.
Taħt id-Direttorat tal-Agrikoltura hemm 19 il-koperattiva u taħt id-Direttorat tal-
Fisheries Control
hemm 2.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li huma reġistrati bħala raħħala għat-tkabbir tal-majjal/produzzjoni tal-ħalib/tkabbir tat-tiġieġ, f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Minn liema lokalitajiet huma dawn il-persuni hekk reġistrati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub huwa dak li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra bħala Tabella ‘A’.
F’Malta u Għawdex għandna total ta’ 147 produttur irreġistrat li jrabbi l-Majjali, 112 il-produttur irreġistrat li jrabbi t-tiġieġ, 119 il-produttur irreġistrat bħala produttur tal-ħalib mill-baqar u 1843 l-persuna irreġistrati għall-produzzjoni tal-ħalib minn-nagħaġ u mogħoż.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni, b'seħħ mis-Sibt 4 ta' Mejju 2013, dawk li jarmaw fis-suq tal-bdiewa ma tħallewx jixtru prodotti li ma jkollhomx huma mingħand bdiewa oħra li ma jarmawx fl-istess suq? Ma jaħsibx li din il-projbizzjoni hija ta' żvantaġġ għall-konsumtar kif ukoll għall-bejjiegħa f'dan is-suq li huma lkoll bdiewa?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-iskop li twaqqaf is-suq tal-bdiewa kien li bidwi seta’ jbiegħ direttament il-prodott tiegħu lill-konsumatur, għal ġid tiegħu stess u tal-konsumatur.
Ninsab infurmat li jekk bidwi jbiegħ lil bidwi ieħor ikun qiegħed jieħu post il-pitkala jew ix-xerrej u ma jilħaqx l-iskop msemmi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 717 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm huma s-sajjieda reġistrati fuq kull wieħed mill-portijiet li hemm f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr Malta u n-Naxxar? Dawn huma sajjieda full-time jew part-time?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li risposta għal din il-Mistoqsija ingħatat fil-leġislatura preċedenti taħt in numru 10183.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 718 u jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux pjani speċifiċi, biex flimkien mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ibiddel il-policies dwar il-binjiet agrikoli?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li qed jitwaqqaf working group li fi żmien qasir u stabbilit sejjer jipproponi t-tibdil neċessarju tad-dokument “Agriculture, Farm Diversification and Stables”. Dokument approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) f’Diċembru tal-2007.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1034 dwar siġar li nqalgħu jew inqatgħu mil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm permessi mogħtija biex inqatgħu/jinqalgħu żewġ siġriet li kien hemm quddiem il-knisja tal-Karmnu, fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar? Fejn tpoġġew dawn is-siġriet li nqatgħu/nqalgħu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li sakemm is-siġar ma jkunux protetti kif spjegat taħt it-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 388, ma jinżammx l-ebda rekord. Għaldaqstant nirreferi lil Onor. Interpellant biex il-mistoqsija mil-ġdid issir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul dawn l-aħħar erba’ xhur (matul l-2013) kienx hemm rapporti ġodda ta' siġar tal-palm li ġew maqtugħa minħabba l-bumunqar aħmar?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar 4 xhur, nqalgħu total ta' 248 siġra tal-palm infettati mill-bumunqar l-aħmar. Il-qtugħ isir wara spezzjonijiet li jkunu saru, li jirriżultaw kemm minn rapporti li jidħlu lid-Dipartiment kif ukoll wara spezzjonijiet bħala parti mis-sorveljanza għall-kontroll ta' dan l-insett.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Kuntratti b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni li għaddewlna, qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, miġbur f’Tabella ‘A’.
Ministeri u uffiċjali tal-Gvern — kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu biex meta ġew mikrija l-karozzi li ġew mikrija mis-segretarjati tal-Ministeri u uffiċjali oħra tal-Gvern il-ġdid ġiet osservata l-wegħda elettorali tal-Partit Laburista f'paġna 107, wegħda 28, li tgħid li "l-karozzi użati mill-Gvern u s-servizz pubbliku jibdew ikunu dawk li l-inqas iniġġsu"? Jidhirlu l-Ministru li dan hu pass importanti li jagħti eżempju?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li qiegħed jiġi assigurat li linji gwida jiġu osservati.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri qed jieħu l-Ministeru biex jassigura li l-marda 'Q fever' li jidher li ġiet misjuba fuq xi annimali ma tinfirixx iktar milli sar s'issa? Kemm kien in-numru ta' annimali li jidher li huma infettati? Jista' jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li l-marda ma tkomplix tinfirex, u kif se jiġi evitat kuntatt ta' annimali minn farms differenti?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-miżuri li ġew adottati s’issa u għal futur immedjat, kienu kollha msemmija fl-iStqarija lill-iStampa.
Sabiex titwaqqaf il-firxa tal-marda
Q Fever
bejn l-irziezet, twaqqaf immedjatament il-moviment ta’ nagħaġ, mogħoż u baqar kif ukoll wirjiet u esibizzjonijiet ta’ dawn l-annimali għas-sitt xhur li ġejjin. Dan il-perjodu ser jintuża biex isiru testijiet ta’ l-irziezet kollha li għandhom nagħaġ, mogħoż u baqar biex ikun jista’ jsir analiżi ta’ liema kellhom din il-marda u ta’ dawk li qatt ma kellhom. Meta din l-informazzjoni kollha tkun miġbura, tkun tista tittieħed deċiżżjoni fuq pjanijiet għall-futur.
Ninsab infurmat ukol li n-numru ta’ annimali li wrew sintomi kienu biss disgħa u fil-preżent m’hemm l-ebda annimal ieħor li qiegħed juri sintomi tal-marda.