Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11550 u jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal perjodu msemmi minnu ingħataw 371 direct orders li jaqgħu taħt dan il-Ministeru u ngħataw għaliex kienu fil-parametri tar-regolamenti tal-procurement tal-gvern.
Is-Segretarjat, id-Dipartimenti u l-Awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Finanzi huma esklużi.
To ask the Minister, what was the total number of primary school children attending Government and Private Schools in Gozo in 2000, 2005, 2010 and 2014?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
To ask the Minister, what was the total number of secondary school pupils attending Government and Private Schools in Gozo in 2000, 2005, 2010 and 2014?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur fi flus tal-oġġetti li sar rahan fuqhom fil-Monte di Pietà bejn l-2005 u l-2014, sena b’sena b’mod separat? Kemm tħallsu lura flus fuqhom matul l-istess perjodu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-valur fi flus tal-oġġetti li sar rahan fuqhom fil-Monte di Pietà bejn l-2005 u l-2014, u kemm tħallsu lura flus fuqhom matul l-istess perjodu hu kif se jingħad fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21061 u 20067 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa totali tal-Gvern fuq reklamar u informazzjoni dwar il-Budget 2016? Fuq xiex intefaq dan l-ammont? Min kienu u kemm tħallsu l-kuntratturi li ħadmu fuq dan ix-xogħol? Liema xogħol ingħata b’tender u liema xogħol ingħata wara sejħa pubblika?
Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20067 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tinghata f'seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-reklami dwar il-Budget 2016, kemm dawk fuq it-television, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll fuq google adverts sew jekk diġà dehru u kemm jekk għad iridu jidhru?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni b’diżabilità jew familjari tagħhom li bbenefikaw minn eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq il-vetturi tagħhom fl-2013, 2014 u 2015 sal-lum, separatament minn xulxin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni b’diżabilita jew familjari tagħhom li bbenefikaw minn eżenzjoni tar-reġistrazzjoni fuq il-vetturi tagħhom huwa skond it-tabella mehmuża:
Sena
Numru
2013
142
2014
170
2015
(sa l-aħħar t’Ottubru)
140
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni b’diżabilità jew familjari tagħhom li bbenefikaw minn eżenzjoni mil-liċenzja tat-triq fl-2013, 2014 u 2015 sal-lum, separatament minn xulxin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni b’diżabilita jew familjari tagħhom li bbenefikaw minn eżenzjoni tal-liċenzja tat-triq fuq il-vetturi tagħhom huwa kif ġej:
Sena
Numru
2013
210
2014
215
2015
(sa l-aħħar t’Ottubru)
153
Ministeru għall-Finanzi – persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li għamlu l-btala tagħhom f’Għawdex fl-ewwel seba’ xhur ta’ sena 2015? Dan kif jikkompara mal-ewwel seba’ xhur tas-sena l-oħra 2014? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex b’kollox dawn it-turisti matul l-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena u dan kif jikkompara mal-ewwel seba’ xhur tas-sena l-oħra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dipartimenti u entitatijiet taħt il-Ministeru għall-Finanzi li joffru teleworking huma:
Ministeru għall-Finanzi;
Treasury Department;
Economic Policy Department;
Customs Department;
Inland Revenue Department;
Contracts Department;
Public Lotto Department;
VAT Department;
Malta Stock Exchange;
National Statistics Office.
Il-kundizzjonijiet ta kif jingħata t-teleworking huma skond dawk imniżżlin fil-Public Service Management Code.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17748, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija dwar il-konsulenti li nħatru fil-perjodu li rreferejt għalih fil-misotoqsija oriġinali sal-lum u jelenka f’liema entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu qegħdin dawn il-konsulenti? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?
Ministeru għall-Finanzi – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20098 peress li ma kien hemm l-ebda prattika marbuta ma’ membri parlamentari kif hemm fit-tweġiba u ċjoè jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda membru parlamentari mill-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jokkupaw xi kariga f’xi entita li taqa taħt ir-reponsabbilta tiegħi.
CHOGM – preparazzjoni u avvenimenti – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa totali li tkopri l-preparazzjoni u l-avvenimenti kollha marbuta maċ-CHOGM? Jista’ jagħti break down dettaljata tan-nefqa? Jista’ jagħti stima ta’ kemm telf ta’ xogħol se jiswa dan l-avveniment lill-pajjiż minħabba l-għeluq tal-Università, telf ta’ ġranet tal-iskola u għeluq ta’ toroq?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’PQ 20867.