Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' anzjani li qed jistennew li jingħataw xi forma ta' homehelp f'San Pawl il-Baħar? Kemm hu bħalissa n-numru ta' anzjani li qed jingħataw dan is-servizz fl-istess lokalità? Kemm hemm persuni li qed jagħtu dan is-servizz? F'każ ta' residenti mhux Maltin, li iżda ilhom jgħixu Malta għal snin twal, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' għajnuna li tingħata lil dawk li jkollhom bżonnha? Jekk iva, kif iridu japplikaw għal din l-għajnuna l-persuni li jistgħu jirċievu din l-istess għajnuna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' anzjani li qed jistennew li jingħataw xi forma ta' homehelp f'San Pawl il-Baħar huwa kif spjegat hawn:
Kazijiet biex jiġu kkunsidrati mill-Bord tal-Allokazzjoni tas-Servizz:
San Pawl il-Baħar 3
Qawra 1
Wardija 1
TOTAL 5
Kazijiet li għad irid isir assessment tas-social worker:
San Pawl il-Baħar 2
Wardija 1
TOTAL 3
In-numru t'anzjani li qed jingħataw dan is-servizz fl-istess lokalitajiet huwa kif spjegat hawn taħt:
San Pawl il-Baħar 38
Qawra 16
Bugibba 35
Wardija 2
TOTAL 91
Hemm 13-il persuna li qed jagħtu dan is-servizz f’dawn il-lokalitajiet.
Persuni barranin residenti Malta u għandhom ID card jistgħu japplikaw għal dan is-servizz bħal kull ċittadin Malti.
Dawk interessati jistgħu imorru fil-Kunisill Lokali tal-lokal u jiġbru applikazzjoni għas-servizz jew jagħmlu kuntatt maċ-Ċentru Servizz Anzjan, Valletta fuq tel-22788800 jew ma’ l-Uffiċċju tas-Servizz Għajnuna fid-Dar (Home Help Service) fuq in-numri 22788435/6/7 u jingħataw kull informazzjoni neċessarja.
Applikazzjoni għad-dħul ta’ individwu f’dar għal kura
Question
Jista’ l-Ministru jinforma fuq l-ipproċessar ta' applikazzjoni tal-individwu li ismu qiegħed jingħata separatament sabiex jiddaħħal f'dar għal kura minħabba l-kundizzjoni ta' diżabilità severa li għandu u fid-dawl li jinsab jgħix waħdu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru tal-karta tal-identita’ u l-isem mogħtija ma jaqblux.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11259, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm aktar żviluppi u x’kien l-eżitu tad-diskussjonijiet imsemmija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna użat is-servizz tas-Sexual Assault Response Team (S.A.R.T.) li hemm ġewwa l-Isptar Mater Dei? Jista’l-Ministru jgħid minn min hu magħmul dan il-Unit u x'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' dan il-Unit?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 12033 u 13698, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-evalwazzjoni u jgħid ukoll min huma l-partner organisation/s li ser jassistu lill-Ministru fit-tqassim tal-ikel lil dawk il-persuni li huma kkunsidrati li l-aktar li huma fil-bżonn? Jista' jgħid ukoll jekk tbiddlux il-kriterji sabiex wieħed ikun intitolat għall-ikel ipprovdut mill-EU Food Aid Programme u jekk tbiddlu, jista' jgħid x'inhuma l-kriterji l-ġodda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess t’evalwazzjoni għadu mhux konkluż minħabba xi verifiċi amministrattivi li qed isiru u għaldaqstant għadu ma ġiex deċiż min ser ikun jew ikunu l-partner organisation/s li ser jassistu lill-Ministeru fit-tqassim tal-ikel.
Għal dan il-programm il-ġdid ġew imfassla kriterji ġodda li jiddeterminaw min ser ikun intitolat li jirċievi dan l-ikel. Iżjed dettalji f’dan ir-rigward jiġu mħabbra aktar ‘l quddiem ġaladarba jiġu konklużi l-proċessi amministrattivi kollha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12560 u jikkonferma ġietx organizzata ħarġa nhar il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2014, għas-service users li jattendu ċ-ċentru ta’ matul il-jum tal-FSWS ġewwa ċ-Ċentru ACCESS fil-Kottonera? Jekk fl-affermattiv, jikkonferma li ttieħdu jaraw film, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ġo ċinema l-Fgura? Ma jaħsibx il-Ministru li tali films mhumiex addattati għal service users li okkażjonalment ikunu aggressivi mas-support carers tagħhom? Jista’ l-Ministru jassigura li meta jiġu organizzati dawnn it-tip ta’ ħarġiet jintgħażlu films addattati u ma jerġax iseħħ dak li ġara nhar il-Ħamis peress li dan irriżulta f’ħafna ħsara psikoloġika li xi service user?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2014 is-service users taċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-FSWS marru jaraw film ta fantaxjenza li kellu rating ta’ class 12. Dawn il-ħarġiet huma parti mill-operat tagħna fejn norganizzaw attivitajiet fil-komunità.
Ma nistgħux inpoġġu l-persuni b’diżabilità intellettwali kollha f’keffa waħda. Il-klijenti kollha ta’ dan iċ-Ċentru huma adulti u d-diżabiltà intellettwali tagħhom hija kkunsidrata u assessjata bħala moderata jew ħafifa. Għaldaqstant il-film kien addattat jekk tikkunsidra li setgħu jarawh tfal ta’ 12-il sena waħedhom.
Apparti minn hekk il-klijenti jaraw il-films flimkien ma’
support workers
li dawn joqogħdu jispjegaw x’qed jiġri. Wieħed isemmi wkoll li
challenging behaviour
jiġi minn fatturi oħrajn u mhux meta wieħed jara film ta’ fantaxjenza.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar każ ta' struttura perikoluża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar għamlet kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament u rri¿ulta lil-leakage tal-ilma mill-flat ta’ fuq il-propjeta’ indikata ssewwew mill-inkwilini stess. Madanakollu peress li l-propjeta’ li ġarrbet dawn il-ħsarat hija mixtrija, ir-responsabbilta’ tat-tiswija tas-saqaf taqa’ f’idejn is-sidien.
Rigward il-perikolu rrappurtat fuq is-saqaf tal-flat ta’ fuq nett, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċwievet ta’ dan il-post ġew f’idejn l-Awtorita’ fis-6 ta’ Frar 2015. Minn spezzjoni li diġa’ saret fuq il-post irriżulta li hemm xi ħsarat u għaldaqstant qed jittieħdu l-passi neċessarji sabiex din il-ħsara titranġa.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm struttura perikoluża? Imma fejn joqghod hu huwa perikoluż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li daħal rapport mingħand il-persuna indikata dwar il-ħsarat imsemmija.
Bord Multi dixxiplinarju – djar residenzjali għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw il-bord multidixxiplinarju li jiddeċiedi min għandu jidħol fid-djar residenzjali tal-Gvern, li jinkludu wkoll sodod mixtrija mill-Gvern fi djar tal-anzjani privati, kif ukoll għar-residenza San Vinċenz De Paul ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ċentri ta’ matul il-jum – petizzjonijiet minn anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk iċ-ċentri ta' matul il-jum li matul ix-xhur ta' Jannar u Frar 2015, anzjani fi ħdanhom bagħtu lilu jew lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità u Anzjanità Attiva petizzjonijiet iffirmati minnhom b'rabta mal-officers in charge li jaħdmu jew kienu jaħdmu fl-istess ċentri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.
Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mituba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lift għamlet l-Awtorità tad-Djar fis-sena 2014 fi blokkijiet ta’ flats u/ jew entraturi residenzjali tal-Gvern? Jista’ jgħid fejn jinsabu dawn il-blokok u/jew entraturi li fihom saru dawn il-lifs?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2014, ma tlestewx liftijiet ġodda fil-blokki residenzjali tal-Gvern.
Madanakollu, sar ix-xogħol kollu neċessarju sabiex jiġi formulat u approvat dokument ta’ tender li huwa aġġornat mar-regolamenti kurrenti. Dan id-dokument tfassal ukoll sabiex jippermetti proċess aktar mexxej fl-ipproċessar ta’ tenders. Permezz ta’ din il-ħidma, s’issa tlestew u nħarġu tenders sabiex matul din is-sena, jiġu nstallati 25 lift fi blokki residenzjali f’lokalitajiet differenti.
Awtorità tad-Djar –grant mogħtijiet lil sidien ta’ l-ewwel djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet l-Awtorità tad-Djar fis-sena 2014 għall-grant sabiex tassisti sidien fil-kostruzzjoni u/jew it-tkomplija jew riabilitazzjoni tal-ewwel dar tagħhom? Jista’ jgħid kemm kien jammonta komplessivament dan il-grant?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2014 l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet 421 applikazzjoni għall-grant sabiex tassisti sidien fil-kostruzzjoni u/jew it-tkomplija jew riabilitazzjoni tal-ewwel dar tagħhom. Komplessivament dan il-grant ammonta għall- €1,347,167.
Awtorità tad-Djar – sussidju mogħti lil sidien tad-djar għal xogħlijiet ta’ ranġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tad-Djar fis-sena 2014 dwar sussidju għall-xogħlijiet ta’ irranaġar ta’ residenzi okkupati minn sidien jew minn kerrejja? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew ipproċessati sa issa u kemm minnhom għadhom pendenti? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jammonta globalment is-sussidju li ġie mogħti fis-sena 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet 264 applikazzjoni fis-sena 2014 dwar sussidju għall-xogħlijiet ta’ irranġar ta’ residenzi okkupati minn sidien jew minn kerrejja. Sad-19 ta’ Frar 2015 ġew proċessati 179 applikazzjoni filwaqt li 85 għadhom pendenti.
Globalment is-sussidju li ġie mogħti fis-sena 2014 jammonta għall-€463,594.90.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14186, jista’ l-Ministru jgħid min huma, bl-isem u l-kunjom, l-erba’ Executive Heads tal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma narax il-validità li l-ismijiet ikunu pubbliċi.
Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu lid-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward każ ta' problema fil-komun ta' flat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament ġie kkuntattjat mis-Sezzjoni tal-Customer Care tal-Awtorita’ tad-Djar. Irriżulta lix-xogħlijiet li qed jintalbu li jiġu rranġati, kienu saru permezz ta’ Skema 2 - Manutenzjoni tal-komun fil-binjiet tal-Gvern – bil-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Dawn jinkludu sistema tad-dawl fil-komun, switches kif ukoll il-lock tal-bieb prinċipali. L-individwu ġie infurmat lix-xogħlijiet li jirrigwardaw is-sistema tad-dawl huma responsabbilta’ tar-residenti tal-istess blokka filwaqt li ttieħdet nota rigward il-lock tal-bieb prinċipali sabiex it-tiswija neċessarja issir mill-Awtorita’ tad-Djar wara li tiġi vverifikata il-ħsara rrappurtata.