Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — spejjeż ta' assigurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu, sew jekk huma dipartimenti, aenziji, kumpaniji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet għas-sena 2013 u 2014 (sad-data tal-mistoqsija) u jagħti d-dettalji tal-ammonti imħallsa/invoiced u l-aġenziji/brokers tal-assigurazzjoni li mingħandhom qed jittieħed is-servizz?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8274 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-reġistru li fih jinkludi l-benefiċċji, servizzi, interventi u t-trattamenti kollha pprovduti mis-sistema pubblika tas-saħħa, u l-ispiża u/jew it-tariffi ma’ kull tali benefiċċju, servizz, intervent u trattament hekk kif ipprovdut fl-Att dwar is-Saħħa (Kap. 528)?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8484 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mediċini kollha li ġew imħassra mill-formolarju tal-Gvern minn Marzu 2013 sal-lum u f’kull każ jgħid meta l-mediċina rispettiva ġiet imħassra mill-imsemmi formolarju?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika online.
Quality Service Charters – persuni bi bżonnijiet ta’ kura tas-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8508 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-quality service charters jew linji gwida jew protocols oħra in vigore tas-servizzi mogħtija lill-persuni bi bżonnijiet ta’ kura tas-saħħa mentali? X’inhuma l-istandards ta’ dawn is-servizzi tant importanti għal dawn il-persuni u l-qraba tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-professjonisti tal-kura tas-sahha Mentali jimxu ma l-istess standards u protocols li jimxu maghhom il-kumplament tal-professjonisti fil-qasam tas-sahha
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8509 u jindika n-numru ta’ pazjenti minn kull lokalità ta’ Malta u Għawdex li qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients? X’għajnuna konkreta qegħdin jirċievu dawn il-persuni sabiex jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoggi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra
Kunsill Lokali Birkirkara — dejn akkumulat fi ħlas ta' dawl u ilma
Question
Jikkonferma l-Ministru li l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara għandu dejn akkumulat fi ħlas tad-dawl u l-ilma? Minn meta beda jiġi akkumulat dan il-ħlas u kemm hu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tali informazzjoni ma tistax tingħata mill-ARMS Ltd peress li titratta informazzjoni li hija kummerċjalment sensittiva.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12075 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11340, jista' l-Ministru jgħid meta tneħħa s-soffitt li kellu kontenut ta' asbestos, li kien hemm fil-kurituri tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista' jgħid min kien il-kuntrattur li kien inkarigat biex jiddisponi minn dan il-material?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ix-xogħol imsemmi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex tlesta fil-parti l-kbira tiegħu fl-2013 kif elenkat fit-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11340. Il-Kuntrattur responsibbli mit-tneħħija tal-asbestos kien PT-Matic
Sptar Ġenerali t’Għawdex – trattament bil-kimoterapija
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10246 fejn intqal li matul is-sena 2014 kien hemm 26 pazjent Għawdxi li ngħata t-trattament tal-kimoterapija li tinkludi 5-FU u Adjuvant Herceptin fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, u billi fl-istess tweġiba ntqal li n-numru ta’ pazjenti totali li ngħataw it-trattament bil-kimoterapija kien l-istess 26 pazjent li ssemmew fit-tweġiba, u billi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11643 intqal li s-26 trattament imsemmi kien apparti mit-trattamenti oħra li ngħataw tal-Aclasta, Zometa u Pamidronate Injection, u b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12176 fejn ġie kkonfermat li s-26 trattament li saru f’Għawdex kienu jikkonsistu f’Herceptin u 5-FU, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ pazjenti li ġew ikkurati bil-kimoterapija f’Għawdex matul din is-sena, u jekk kienx hemm pazjenti oħra barra dawn is-26?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi ghall-mistoqsija parlamentari numru 10246.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xiri ta' biljetti tal-ajru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, b’mod separat, liema kienu l-aġenziji tal-ivvjaġġar li mingħadhom inxtraw il-biljetti tal-ajru tal-Ministeru, id-Dipartimenti, l-entitajiet, l-aġenziji, il-koporazzjonijiet, l-awtoritajiet, il-kummissjonijiet, il-kumpaniji, u l-fondazzjonijiet li jaqgħu taħtu u kemm kien il-ħlas f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għas-snin bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm tħallset kull aġenzija b’mod totali fis-snin indikati? Jista’ jgħid f’kull każ jekk il-ħlas sarx b’direct order jew le?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu ġranet ta’ sick leave fid-dipartimenti kollha fl-Isptar Boffa mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jagħti din l-informazzjoni dipartiment b’dipartiment?
Response (MIZZI, KONRAD)
Din l-informazzjoni mhiex facilment disponibli. Qabel ma jintużaw rizorsi umani sabiex tinġabar nitlob l-Onor Interpellant jagħti r-raġuni speċifika għalfejn qed jitlob din l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il episodju ta’ sick leave kien hemm fid-dipartimenti kollha tal-Isptar Boffa mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Ottubru u kemm minn dawn ġew ivverifikati mit-tmexxija tal-Isptar? Jista’ jagħti din l-informazzjoni dipartiment b’dipartiment?
Response (MIZZI, KONRAD)
Din l-informazzjoni mhiex facilment disponibli. Qabel ma jintużaw rizorsi umani sabiex tinġabar nitlob l-Onor Interpellant jagħti r-raġuni speċifika għalfejn qed jitlob din l-informazzjoni
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu ġranet ta’ sick leave fid-dipartimenti kollha fl-Isptar Mater Dei mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jagħti din l-informazzjoni dipartiment b’dipartiment?
Response (MIZZI, KONRAD)
Din l-informazzjoni mhiex facilment disponibli. Qabel ma jintużaw rizorsi umani sabiex tinġabar nitlob l-Onor Interpellant jagħti r-raġuni speċifika għalfejn qed jitlob din l-informazzjoni
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il episodju ta’ sick leave kien hemm fid-dipartimenti kollha tal-Isptar Mater Dei mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Ottubru u kemm minn dawn ġew ivverifikati mit-tmexxija tal-Isptar? Jista’ jagħti din l-informazzjoni dipartiment b’dipartiment?
Response (MIZZI, KONRAD)
Din l-informazzjoni mhiex facilment disponibli. Qabel ma jintużaw rizorsi umani sabiex tinġabar nitlob l-Onor Interpellant jagħti r-raġuni speċifika għalfejn qed jitlob din l-informazzjoni
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid:
- l-isem tal-persuna appuntata;
- il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna;
- id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna;
- min għażel lill-persuna;
- il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna;
- x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata;
- min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum;
- jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’
position of trust
jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet;
- jikkonferma jekk l-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess?