Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2278 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Mitħna tax-Xarolla — Inkursjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan sabiex l-inkursjoni u ċioe' l-post ħdejn il-Mitħna tax-Xarolla, fiż-Żurrieq tiġi organizzata peress illi din saret parti perikoluża?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1245 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Bordijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 793, peress li l-Ministru qed jgħid li l-ebda bord taħt id-dikasteru tiegħu ma ġie rikostitwit, jista' jgħid jekk dan ifissirx li dawk li ġew imġedda baqgħu ifformati mill-istess persuni li kien hemm fuqhom sal-5 ta' Settembru, 1998? Jekk dan mhuwiex minnu, jista' l-Ministru jwieġeb il-kumplament ta' mistoqsija parlamentari numru 793 li ma weġibx in kwantu għal dawn il-bordijiet "imġedda"?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

B'żieda għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 793, nikkonferma li l-Bordijiet li kienu ġew imġedda baqgħu iffurmati mill-istess persuni.
Leg 9 PQ #2042 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Kumitat ta' Riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jiffunzjona l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera u jekk huwiex se jsegwi fil-passi li ħa l-Gvern Laburista meta ħatar fih membru minn kull Kunsill Lokali tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Hija l-intenzjoni ta' dan il-Ministeru illi l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera jiġi maħtur fil-bidu tas-sena l-ġdida u jibda jiffunzjona minnufih. Il-Gvern għandu l-intenzjoni illi jaħtar membru minn kull Kunsill Lokali fuq dan il-Kumitat.
Leg 9 PQ #2043 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Isla — Xatt - Sistema ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sistema tad-drenaġġ fix-Xatt ta' l-Isla tkunx mibdula minħabba l-inkonvenjent li qed ibatu minnu r-residenti u l-komunita' kummerċjali ta' l-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #2145 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Sant'Antnin — Impjant ta' riċiklaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1861 billi bi żvista saret lil Ministru ieħor u li tgħid hekk: Billi r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1499 mhijiex kompluta, jista' l-Ministru jara li jirrispondi l-partijiet li ħalla barra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-risposta ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija hija kif diġa' mniżżla fir-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 1499 (Seduta 15). Rigward it-tieni parti, l-ilma kollu li joħroġ mill-impjant ta' Sant'Antnin jintuża mill-Agrikoltura u mill-Industrija. L-ilma jintrema biss meta dan ma jkunx ta' kwalita' tajba, f'każijiet rari, iżda ma jeżistux statistiċi dwar dan. Dwar it-tielet u r-raba' parti, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #2187 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April, 1999 se jingħataw it-tarmak?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #2265 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Sant'Antnin — Impjant ta' riċiklaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm irċieva lmenti l-ministeru jew id-dipartiment dwar l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin jew mir-residenti jew mill-Kunsill lokali ta' Wied il-Għajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għandu numru ta' nies li jżommuh infurmat fuq irwejjaħ li jkunu ġejjin mill-Impjant tal-kompostaġġ f'Sant'Antnin. Din is-sistema ta' monitoraġġ bdiet tiġi adottata f'Settembru ta' l-1994. Il-persentaġġ ta' ħin li fih inxtammet riħa tinten mill-impjant kien kif jidher hawn taħt: SENA PERSENTAĠĠ TAL-ĦIN LI FIH INXTAMMET RIHA TINTEN MILL-IMPJANT TAL-KOMPOSTAĠĠ F'SANT'ANTNIN ----------------------------------- ---------------------------- 1994 (Settembru 6 sa Diċembru) 1995 11 1996 9 1997 8.4 1998 (sa Ottubru) 7.5
Leg 9 PQ #1305 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Ġiorni — Playing field

Question

Jaf il-Ministru li l-playing field li hemm fil-Housing Estate ta' Ta' Giorni tinsab fi stat ta' abbandun totali? Jaf li fl-imsemmija playing field la jeżistu bozoz, la bankijiet, la bins u l-art tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb tiegħu li jagħmel xogħlijiet biex l-imsemmija playing field ma tibqax fl-istat li hi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali interessat
Leg 9 PQ #1404 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

ITS — Traffic lights/street paintings

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic lights u s-street paintings li saru riċentement ħdejn l-ITS sarux bil-permess meħtieġ tat-Traffic Control Board u b'konsultazzjoni u l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1883 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Għawdex — Sistema ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm kienu vvotati flus u kemm minnhom intnefqu fuq ix-xogħol tas-sistema ġdida tad-drenaġġ f'Wied il-Ħobż, f'Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-flus ivvutati għall-proġett imsemmi, fis-sena 1994, kienu jammontaw għat-total ta' Lm287,650.92. It-tender għax-xogħlijiet konċernati ttieħdet għall-prezz ta' Lm167,000.00. Minħabba diskrepanzi sostanzjali bejn il-profil ta' qiegħ il-baħar stabbilit mill-Awtorita' Marittima, li fuqu ġie bbażat id-disinn, u l-profil attwali li sab il-kuntrattur meta nbdew ix-xogħlijiet 'offshore' l-istima totali għall-profil il-ġdid, laħqet iċ-ċifra ta' Lm323,494.40. Din l-istima ġiet approvata mid-Dipartiment tal-Kuntratti fil-bidu tas-sena 1997. Minn din is-somma s'issa ntefqu Lm30,762.50 fis-sena 1996 u Lm71,145.45 fis-sena 1997. Il-valur totali tax-xogħlijiet kompletati ġie ċċertifikat għal Lm316,719.82. Il-bilanċ finali mistenni jiġi mħallas kollu din is-sena.
Leg 9 PQ #1997 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Xgħajra — Drenaġġ

Question

In vista tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 962 rigward il-problema tad-drenaġġ fix-Xgħajra, jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jkun hemm pjan li permezz tiegħu l-problema mhux tiġi kkontrollata wara li sseħħ, iżda li tiġi evitata kompletament billi forsi jkun hemm għeluq ta' kull ftuħ u jkun hemm pipes akbar u aktar adegwati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tad-Drenaġġ huwa konxju tal-problema li teżisti fix-Xgħajra u għalhekk qiegħed jagħmel manutenzjoni regolari fuq din il-parti tas-sistema, liema sistema hija soġġetta għall-influss qawwi ta' drenaġġ li joriġina minn diversi 'farms' u li konsegwentement ikollu kontenut għoli ta' solidi li jistgħu jikkawżaw 'stoppages' mingħajr ebda indikazzjoni preliminari. Nifhem illi l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal possibilita' li l-'manholes' tad-drenaġġ jiġu magħluqa biex ma jirriżulta l-ebda fawran minn l-istess 'manholes'. Ninsab infurmat ukoll illi dan ma jistax isir minħabba li dawn il-'manholes' iridu jkunu aċċessibbli għal skopijiet ta' manutenzjoni. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ qiegħed ukoll jevalwa numru ta' offerti għal servizz ta' konsulenza fuq it-tisħiħ infrastrutturali għan-Nofs in-Nhar ta' Malta. Din il-konsulenza hija intiża biex tissaħaħ is-sistema eżistenti, fejn jinsab li hemm bżonn, u biex jinbena jew jinbnew in-numru ta' impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ meħtieġa. Din għandha wkoll l-implikazzjoni illi f'dan iż-żmien l-entitajiet kummerċjali konċernati jirregolarizzaw irwieħhom għall-provvedimenti ta' l-Avviż Legali Numru 8 ta' l-1993.
Leg 9 PQ #2084 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Gżira — Club tal-football

Question

Dwar il-proġett ta' Manoel Island, jista' l-Ministru jelabora kif u taħt liema kondizzjonijiet il-club tal-football tal-Gżira se jkun jista' jagħmel użu mill-faċilitajiet sportivi ġodda li se jinbnew fil-proġett imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fuq dan is-suġġett għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet meħtieġa mal-partijiet konċernati.
Leg 9 PQ #2096 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Kosta Maltija — National Contingency Plan/Action plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq National Contingency Plan u Action Plan kontra t-tniġġiż tal-kosta Maltija minn żjut bejn id-Dipartment ta' l-Ambjent u r-REMPEC? Fiex wasal dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħala parti mit-Tielet Protokol bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, din ta' l-aħħar aċċettat li tiffinanzja kemm xiri ta' makkinarju, kif ukoll tfassil ta' National Contingency Plan u programm ta' taħriġ għall-personnel Malti biex jikkumbatti tniġġiż minn żejt fuq il-kosta ta' Malta. Il-makkinarju, li jinkludi żewġ vapuri, issa nxtara u qed jintuża regolarment mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fi 'clean ups' f'każijiet ta' 'oil spills'. Għat-tfassil ta' National Contingency Plan kontra tniġġiż miż-żejt, kif ukoll taħriġ ta' personnel Malti, fl-10 ta' Novembru 1998, ġie ffirmat kuntratt mal-kumpanija Franċiża CEDRE. Dan il-kuntratt se jibda jiġi implimentat f'dan ix-xahar u mistenni jiġi konkluż sa l-aħħar ta' l-1999. Fi Frar ta' l-1998, kien iffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u r-REMPEC biex dan iċ-ċentru jassisti d-Dipartiment għal-Ħarsien ta' l-Ambjent ifassal Interim Emergency Response Procedures f'każ ta' 'oil spill'. Dan id-dokument qiegħed fi stadju avanzat.
Leg 9 PQ #2112 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Luqa — Carmel Street - Culvert

Question

Peress li l-Ministru kellu laqgħa mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa, jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment se jagħmel il-culvert ġo Carmel Street, Luqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 691 (Seduta Numru 8).
Leg 9 PQ #2143 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru għall-Ambjent

Parlament — Istallazzjoni ta' lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani għall-istallazzjoni ta' lift biex is-sular li tinsab fuqu l-Kamra tal-Parlament, kif ukoll kmamar oħra li huma ta' interess għall-pubbliku, isiru aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilita' u għall-anzjani? Jekk it-tweġiba hi fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk almenu hux qiegħed jikkonsidra proġett żgħir bħal dan biex l-aċċessibbilta' dejjem tiżdied għal kulħadd?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-tweġiba hija fl-affermattiv u għal dan il-għan hemm tender li diġa' ġiet ippublikata u tagħlaq f'Diċembru biex il-lift propost ikun jista' jsir.
Leg 9 PQ #2144 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru għall-Ambjent

Swieqi — Culverts ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jindika meta se tibda l-ħidma tant meħtieġ biex jinbnew culverts u jsir xogħol ieħor relatat fis-Swieqi biex tkun eliminata l-problema ta' l-ilma tax-xita li din il-lokalita' tant tbati minnha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jiena ninsab infurmat illi ser isiru studji fuq l-'upgrading' meħtieġ fi Triq is-Swieqi biex isiru culverts għall-ilma tax-xita biex tibda tittaffa l-problema ta' l-għargħar f'din il-lokalita'. Dan ix-xogħol irid isir b'kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, id-Dipartiment tad-Drenaġġ u d-Dipartiment tat-Toroq biex ikun hemm koordinazzjoni sħiħa għat-tisħiħ infrastrutturali meħtieġ fi Triq is-Swieqi. Din is-sistema trid tkun disinjata biex tifforma sinsla fuq liema jkunu jistgħu jiġu mqabbda toroq oħra mingħajr ma jkun hemm problemi.
Leg 9 PQ #1125 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Vettura bin-Nru. BAK 483

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-vettura li ġġib in-numru BAK 483 hijiex mikrija mill-Ministeru tiegħu jew għal xi wieħed mid-dipartimenti tad-dikasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: 1) meta inkrit; 2) kemm qed jitħallas kuljum għall-kirja tiegħu; 3) minn min qed tintuża (isem u kunjom); 4) kemm ġranet fil-ġimgħa; u 5) fejn titpoġġa wara l-ħinijiet tax-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-karozza BAK 483 hija waħda mill-karozzi mikrija mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tal-Ministeru għall-Ambjent, għad-diversi Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru, kif ukoll il-Ministeru nnifsu. Din hija waħda mill-karozzi mikrija wara sejħa għall-offerti għall-prezz ta' Lm3.99 kuljum għal sebat ijiem fil-ġimgħa. Din il-karozza partikolari qed tintuża mis-Sur Tony Fava li huwa uffiċjal fil-Ministeru ghall-Ambjent.
Leg 9 PQ #1960 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Rubble wall builders

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħsebijiet hemm dwar l-appointments ta' rubble wall builders? Kemm ħaddiema temmew il-kors imniedi mill-ETC fuq rubble wall building b'suċċess? Kemm huwa maħsub li jiġu mpjegati ħaddiema f'din il-kategorija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li 75 ħaddiem temmew b'suċċess kors imniedi mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fuq il-bini tal-ħitan tas-sejjiegħ. Daħlu 96 applikazzjoni għall-post ta' Senior Operative (Rubble Wall Builder Group IV). Il-pjani huma li 40 minn dawn jiġu appuntati bħala Rubble Wall Builders fl-1999. Jiġu appuntati aktar fis-snin ta' wara skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #1987 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Isla — Gardjola

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Gardjola li hemm fil-Bieb il-Belt Sengleana hijiex se tiġi restawrata f'dawn ix-xhur billi ilha bl-armar mingħajr ebda xogħol ta' xejn tul dawn l-aħħar sentejn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-armar li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant sar biex ikun jista' jsir xogħol ta' kejl u studju fuq l-istruttura tal-Gardjola. Dan ser iservi ukoll biex ikun jista' jsir ix-xogħol ta' manutenzjoni li hu maħsub li jkun jista' jibda s-sena d-dieħla hekk kif ikun ġie stabbilit il-metodu ta' restawr u x'għandu jsir.
Leg 9 PQ #1988 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru. 2 — Bdil ta' katusi tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ippjanat mid-dipartiment li jsir tibdil ta' katusi tad-drenaġġ ġewwa Bormla, Birgu, Isla u Kalkara tul is-sena 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li sa issa huwa ppjanat li jsir 'relief main' ħdejn il-Bieb ta' Santa Liena, Bormla biss. Dan jikkonsisti fi tħaffir ta' 'pipe' 14-il pulzier diametru, tul ta' 360 metru