Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7254 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Winery Adv.Board — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat tal-Winery Adv.Bord mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Xi żviluppi kien hemm? Xi proposti ġodda saru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma saret ebda laqgħa tal-Wine Advisory Board mill-5 ta' Settembru 'l hawn. Iżda saru diversi laqgħat sabiex tiġi riveduta l-liġi tal-inbid.
Leg 9 PQ #7350 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Raba' Distrett - Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li hemm allokati jaħdmu fir-Raba' Distrett Elettorali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħaddiema li jaħdmu mad-Dipartiment tal-Agrikoltura u li huma allokati jaħdmu fir-Raba' Distrett Elettorali huma hekk: Lokalita Numru ta' Ħaddiema Raħal Ġdid 11 Tarxien/Gudja Ix-xogħol li jkun hemm bżonn, issir mill-istess ħaddiema ta' Raħal Ġdid Santa Luċija 3 Marsa 6
Leg 9 PQ #7195 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Qatla tal-laħam

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet il-qatla tal-laħam taċ-ċanga fil-Biċċerija minn Jannar sa April ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jinformani kemm fil-fatt kienet il-qatla għall-istess perijodu għas-snin 98, 97, 96 u 95 rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-qatla għall-perjodu Jannar-April 1999 kienet kif jidher hawn taħt: 1999 Heads Kgs Jannar 450 120185 Frar 477 128112 Marzu 549 148474 April 479 126808 Il-qatla għas-snin l-oħra mitluba huma kif ġej: 1995 Heads Kgs Jannar 623 128126 Frar 466 122182 Marzu 483 117971 April 510 123608 1996 Heads Kgs Jannar 641 166030 Frar 580 137466 Marzu 532 140572 April 494 126959 1997 Heads Kgs Jannar 493 144979 Frar 473 122852 Marzu 492 130352 April 498 125212 1998 Heads Kgs Jannar 513 134617 Frar 471 123116 Marzu 528 141506 April 405 107713
Leg 9 PQ #7196 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beef Intervention Scheme — Laħam taċ-ċanga

Question

B'riferenza għall-kriżi tal-bejgħ tal-laħam taċ-ċanga tal-Beef Intervention Scheme, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fil-fatt hi l-kwantita' u l-valur fi flus tal-laħam li jinsab maħżun għaliex ma nstabx il-bejgħ tiegħu? Jista' l-Ministru jinformani x'se jsir minn dan il-laħam kemm-il darba l-gvern ma jsibx bejgħ għalih?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-21 ta' Mejju, 1999 l-ammont ta' laħam storjat fil-friża kien ta' 125060 Kgs. Il-valur ta' dan il-laħam huwa ta' madwar Lm67,530 skond il-prezzijiet internazzjonali. Qegħdin isiru trattattivi biex dan il-laħam jinbiegħ.
Leg 9 PQ #7198 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni ta' ħalib frisk

Question

Jista' l-Ministru jinformana kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-istess produzzjoni għas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 rispettivament? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn din il-produzzjoni kienet fuq il-kwota stabbilita u kemm fil-fatt kien il-prezz tal-ħalib fuq il-kwota li tħallsu r-raħħala?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-produzzjoni totali tal-ħalib frisk u l-produzzjoni fuq il-kwota globali matul l-ewwel erba' xhur tas-sena, u għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 kienet hekk: Sena Total Produzzjoni Produzzjoni fuq il-kwota globali 1995 2,819,335 galluni 171,268 galluni 1996 3,044,351 galluni 428,030 galluni 1997 3,076,119 galluni 325,851 galluni 1998 3,169,998 galluni 305,566 galluni 1999 3,295,344 galluni 396,767 galluni Il-prezz tal-ħalib fuq il-kwota huwa ta' 32 ċenteżmi kull gallun. Dan ma jfissirx li raħħala tħallsu dan il-prezz għall-ħalib fuq il-kwota għax il-KPH tagħmel xi aġġustamenti sabiex tirregola l-produzzjoni skond id-domanda.
Leg 9 PQ #7199 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tiġieġ — Importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 6963 u 6638, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relattiva, cioe' kopja ta' l-agreement li kien sar bejn il-KFC u l-processor, it-talba tal-kumpannija li talbet riċentement sabiex tiġi eżentata u l-approvazzjoni tal-Ministeru/Dipartiment ta' l-Agrikoltura għall-eżenzjoni tal-levy in kwestjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Billi d-dokumenti mitluba fihom informazzjoni ta' natura kummerċjali, ma jidhirlix li għandi npoġġiehom fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #7200 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Industrija tat-tiġieġ — Regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6977?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed nibghat lill-Onor. Interpellant kopja ta' regolamenti attwali fl-UE dwar it-tiġieġ. Dawn huma regolamenti li jinsabu f'dokumenti pubbliċi ta' l-UE u li huma aċċessibli għal min jitlobhom, iżda xorta waħda uffiċċjali tad-dipartiment ħadu l-inkarigu w ġabruhomlu. Pero qabel ma l-Onor. Interpelant jaħrab b'moħħu w joħroġ xi stqarrija oħra fejn jipprova jissensazzjonalizza dwar xi 'punto' jew xi 'virgola' li hemm fihom, nixtieq niġbidlu l'attenzjoni li dawn ir-regolamenti jinbidlu minn żmien għal żmien, u qabel ma jiġu applikati f'pajjiżna għad iridu jagħaddu minn proċess ta negozzjati u diskussjonijiet dwar dak li hu aċċettabli w applikabli għalina. Dan il-proċess ikun fiħ involviment mill partijiet kollha kkonċernati.
Leg 9 PQ #7224 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

B'kara — Cane Street - Qasab

Question

Jista' l-Ministru jara li jinqatgħu l-qasab li hemm f'Cane Street, Birkirkara quddiem il-każin tal-banda ta' Sant'Antnin, għaliex qiegħed jinħoloq inkonvenjent lir-residenti li l-btieħi tagħhom jagħtu għal fuq il-wied?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li Cane Street taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #7295 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Raħal Ġdid — Ġnien Pawlu Boffa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 7104 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u cioe': jista' jgħid x'sar min-negozjati biex jiġi rranġat ġnien Pawlu Boffa f'Raħal Ġdid? Hemm il-ħsieb li l-funtani jibdew jaħdmu? Hemm il-ħsieb li s-siġar jinżabru? Hemm il-ħsieb li l-gabbana tinfetaħ? Hemm il-ħsieb li tiġi rranġata l-irħama li tikkommemora lil Pawlu Boffa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpelant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari PQ No. 5016.
Leg 9 PQ #7175 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Dħul mill-Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul globali f'ċifra ta' flus li daħħlu l-bdiewa mill-Pitkalija Ċentrali matul Jannar sa April ta' din is-sena? X'kienet l-istess ċifra għall-istess perijodu għas-snin 98, 97, 96 u 95?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-Pitkalija Ċentrali l-bdiewa daħħlu dawn l-ammonti ta' flus għall-perjodu bejn Jannar u April ta' kull sena mitluba. 1995 Lm1,588,153 1996 Lm1,769,693 1997 Lm1,393,402 1998 Lm1,846,836 1999 Lm1,651,839
Leg 9 PQ #7185 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment tal-Biedja u Sajd — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' vetturi/karozzi/inġenji li għandu fil-mument id-Dipartiment tal-Biedja u Sajd inkluż il-Ministeru? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema mpressed? Kemm hu n-numru ta' karozzi/inġenji, eċċ mikrija fil-mument u/jew mill-5 ta' Settembru 'il hawn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħalissa d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Biedja u Sajd għandhom 97 vettura (li jinkludu karozzi, vans, trucks, trucks bil-high-up, bowsers, tractors). In-numru ta' vetturi mpressed huwa ta' 44. In-numru ta' vetturi (li jinkludu karozzi, trucks) li fil-mument qed jinkrew huwa ta' 22.
Leg 9 PQ #7193 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Qatla tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet il-qatla tal-majjal fil-Biċċerija minn Jannar sa April ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jinformani bl-importazzjoni ta' laħam tal-majjal għall-istess perijodu? Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari għas-snin 98, 97, 96 u 95 rispettivament għall-istess perijodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qatla tal-Majjal fil-Biċċerija ta' Malta Jannar Frar Marzu April TOTALI 1995 7,614 7,540 8,317 7,106 30,577 1996 7,524 7,469 6,990 7,587 29,570 1997 9,695 8,446 7,871 9,107 35,119 1998 7,756 7,021 6,975 8,209 29,961 1999 7,364 7,355 8,132 7,195 30,046 Importazzjoni Tal-Majjal Matul is-Snin Totali 1995 1,088 M.T. * 1996 1,084 M.T. * 1997 78 M.T. * Jannar Frar Marzu April 1998 0 0 0 0 1999 0 0 977kgs 8 M.T. * Records bejn in-1995 u n-1997 tal-Importazzjoni ma kienux jinzammu bix-xahar.
Leg 9 PQ #7194 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beef Intervention Scheme

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju tal-gvern għall-Beef Intervention Scheme għas-snin 98, 97, 96 u 95 sena b'sena f'ċifra ta' flus? Jista' l-Ministru jinformani kemm daħħal il-gvern lura f'ċifra ta' flus mil-laħam li kien ibiegħ matul l-istess perijodu lill-industrija lokali ta' l-ipproċessar, sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li talab hu, sena b'sena hija skond it-tabella hawn taħt. Ninfurmak ukoll li r-revenue ma jirriflettix is-sussidju mħabba l-'carry over' mis-sena ta' qabel. Sena Subsidy Revenue 1995 Lm150,953 Lm180,338 1996 Lm263,172 Lm176,480 1997 Lm297,588 Lm193,887 1998 Lm238,753 LM169,261
Leg 9 PQ #7169 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt swew ix-xogħlijiet ta' refurbishment li saru fl-uffiċini tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd? Kemm fil-fatt ħarġu direct orders u kemm kienu jammontaw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sal-lum ix-xogħlijiet swew Lm28,705. Dan l-ammont jikkonsisti minn 155 biċċiet xogħol żgħar li allura setgħu jingħataw mingħajr il-ħtieġa ta' ħruġ ta' tenders. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għad-domanda Numru 4683 u 5364 fejn spjegajtlu l-bżonn li kien hemm biex jiġu irranġati l-uffiċini. Nistiednu biex jekk isib iċ-ċans jasal wasla sal-Ministeru u jara b'għajnejħ kif suppost ikun uffiċju diċenti u li jixraq għaż-żmienijiet tal-lum.
Leg 9 PQ #7170 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ta' Qali — Packing station

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt swew ix-xogħlijiet tat-tarmak u tal-platform li saret fil-packing station ta' l-esportazzjoni tal-patata f'Ta' Qali f'ċifra ta' flus? Kemm ħarġu direct orders għal dawn ix-xogħlijiet u kemm kienu jammontaw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma għandi xi nżid xejn mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5920 ħlief li l-Kwotazzjonijiet ndikati kienu jinvolvu kiri ta' makkinarju, provisti ta' ġebel, injam, ħadid, etc u ġarr ta' materjal, li l-ispiża tagħhom laħqet mat-Lm28,000.
Leg 9 PQ #7055 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Green Week

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'kienu l-ispejjeż għall-Green Week ta' Berlin u ta' Malta sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar minn uffiċjali nkarigati, u nagħti risposta f' xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7077 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jinformani fuq liema kriterji neħħa l-gradi ta' direttur ġenerali u direttur għall-Urbal Rural Landscaping li kienu ġew approvati taħt l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Taħt l-istruttura li qed tiġi attwata gradwalment fid-dekasteri kollha, ma jinħassx il-bżonn li jiġu mwaqqfa dawn iż-żewġ postijiet fil-livelli ndikati.
Leg 9 PQ #7085 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Mapep ta' rotot informattivi

Question

Peress li l-uffiċjal responsabbli mill-kalendarju agrituristiku barra li lesta l-ktieb informattiv dwar il-widien tal-gżejjer li ġie preżentat riċentement lill-Prim Ministru, kellu wkoll iħejji mapep ta' rotot informattivi għall-mixjiet fil-kampanja għat-turisti fil-madwar tal-widien u l-kampanja ta' l-inħawi bħal fil-każ ta' Wied il-Qlejja li kellu jkun hemm ukoll rotta għar-roti, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ktejjeb dwar il-widien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għamel tliet applikazzjonijiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jitwaħħlu f'diversi mkejjen mapep kbar li jagħtu tagħrif fuq il-kampanja u l-wirt storiku tal-lokal. Żewġ applikazzjonijiet minnhom ġew rifjutati u għalhekk qed isir il-proċess mill-ġdid fil-parametri mogħtija mill-Awtorita'. Dwar il-ktieb 'The River Valleys of the Maltese Islands' li nassumi li qed jirreferi għalieħ l-Onor. Interpellant, ninformaħ li dan jinsab għal bejgħ mill-Foundation for International Studies bil-prezz ta' Lm5 il-kopja, pero se nibgħatlu kopja tiegħu għaliħ personali.
Leg 9 PQ #7032 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta'l-Agrikoltura — Għajnuna mill-Gvern Indjan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6868?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-siġar tal-Jacaranda li l-Gvern Indjan kien offra huma mistennija li jaslu Malta sa tmiem Mejju. Parti sewwa minnhom ser jitħawwlu fil-Park Nazzjonali Ta' Qali kif kien miftiehem mal-Kummissarju Għoli Indjan f'Malta.
Leg 9 PQ #7033 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban rural landscaping

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6869?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma tresqet l-ebda talba quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex jiġu rranġati roundabouts jew xogħolijiet oħra fil-perjodu msemmi.