Belt Kapitali Ewropea għall-Kultura – preparazzjoni għall-Kunsilli Lokali
Question
Fi ftit xhur oħra, il-Belt Kapitali tagħna ser tkun il-Belt Kapitali Ewropea għall-Kultura fejn diversi attivitajiet ser jinfirxu fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Jista’ l-Ministru jgħid xi preparazzjoni qed jirċievu l-Kunsilli Lokali sabiex ikunu jistgħu jħejju għal dan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li permezz tac-Charter ffirmat bejn il-Kunsilli Lokali kollha fl-2010 kull kunsill ghandu jedd jipparteċipa fit-tħejjijiet għall-2018. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 titkellem b'mod regolari mal-kunsilliera u bosta kunsilli jirrispondu għat-tħeġġiġ tal-Fondazzjoni, li flimkien mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali (DLG) u entitajiet oħra kulturali primarjament il-Kunsill Malti għall-Arti, taħdem biex tinvolvi l-kunsilli fil-programm kulturali.
Bħalissa hemm aktar minn 25 kunsill li qed jipparteċipaw attivament permezz ta' proġetti bħal: Darba Waħda, proġett interġenerazzjonali, li jġib anzjani u tfal flimkien f'proċess ta' narrazzjoni komuni; Kantakantun, li jżur lokalitajiet varji f'esplorazzjoni ta' arkitettura u mużika; u Pinnuri, bit-twaqqif ta' erba' pinnuri kbar artistiċi mnebbħa mill-komunitajiet ta' sajjieda u baħħar, u l-familji tagħhom, l-Gharb, Marsaxlokk, l-Imġarr u Tas-Sliema.
Ta' min isemmi li matul dawn l-aħħar xhur il-Fondazzjoni, bl-għajnuna tad-DLG, u b'fondi proprji, irnexxielha tixpruna ħafna kollaborazzjoni mal-kunsilli permezz ta' ħames kooridnaturi reġjonali li jservu ta' liaison officers bejn l-entitajiet pubbliċi u saħansitra għandhom uffiċju fir-reġjuni ta' Malta kif ukoll Għawdex. Bħalissa hemm attivita sfieqa li qed issir fil-Belt, li għandha koordinatur għaliha li jaħdem viċin ħafna tal-Kunsill Lokali tal-kapitali, fix-Xlokk, fin-Nofsinhar, fit-Tramuntana u Għawdex fejn il-Fondazzjoni għandha bazi fl-uffiċju tal-MTA fit-Tokk ir-Rabat.
Kunsilli Lokali bħall-Qrendi u Bormla qegħdin ukoll jaħdmu fuq id-dimensjoni internazzjonali li qed tissawwar permezz ta' Valletta 2018 partikolarment b'rabta mal-Kapitali Ewropea Olandiza fl-2018, Leeuwarden. Kunsilli u lokalitajiet oħra qed jiġu wkoll mfittxija biex jospitaw proġetti ta' arti viżiva u performattivi ta' viżibilita kbira, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, fl-2018.
Filwaqt li għad baqa' ħafna x'għad jsir, ta' min jagħlaq billi jsemmi li l-President tal-Assoċjazzoni tal-Kunsilli Lokali huwa wieħed mill-Gvernaturi tal-Fondazzjoni, kif ukoll li l-iskema ta' proġetti kulturali mmexxija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali li gawdiet minn tiġdid permezz tal-Fondazzjoni Valletta 2018, li flimkien mad-DLG, l-MTA u l-Kunsill Malti għall-Arti qed tappoġġja finanzjarjament b'somma ta' aktar minn EUR250,000 fis-sena it-titjib fil-livell ta' festivals u festi lokali. Barra minnhekk il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed talloka 50k ohra li jmorru bhala sostenn finanzjarju fuq progetti pprezentati mill-Kunsilli Lokali li jkunu jaqghu taht il-programm kulturali tal-Fondazzjoni b'rabta mad-diversita u l-inkluzjoni socjali fil-komunita.
Bħalissa l-Fondazzjoni għandha ħames V18 Regional Coordinators li jservu ta' estensjoni tal-Fondazzjoni biex il-proġetti li huma għaddejjin bħalissa u t-tħejjijiet tal-programm kulturali tal-2018 isiru wkoll ma' komunitajiet f'kemm jista' jkun lokalitajiet madwar Malta u Ghawdex. Hemm ħafna proġetti għaddejjin, ma' komunitajiet differenti, bħal Darba Wahda, li jgib flimkien tfal u anzjani f'lokalitajiet differenti biex jitgħalmu minn xulxin u jaqsmu l-esperenzi tagħhom flimkien. Bis-saħħa tal-koordinaturi reġjonali, rnexxielna nilħqu ħafna nies, għax il-koordinaturi daru bosta kunsilli, parroċċi u skejjel u ħeġġew lin-nies jipparteċipaw.
Ezempju iehor ta' tħejjija għall-2018 huwa li ċertu proġetti ser jkollhom bżonn jużaw spazji differenti minn madwar Malta u Għawdex biex iseħħu, bħal spazji għall-arti viżiva jew oħrajn għat-teatru, u l-koordinaturi jduru fir-reġjuni tagħhom, u mhux biss, biex jagħmlu riċerka dwar dawn l-ispazji u jiltaqgħu ma' nies minn dawk il-komunitajiet u jlaqqgħuhom ma' artisti lokali u barranin biex jgħinu fl-ippjanar tal-attivitajiet.
Filwaqt li għad baqa' ħafna x'għad jsir, ta' min jagħlaq billi jsemmi li l-President tal-Assoċjazzoni tal-Kunsilli Lokali huwa wieħed mill-Gvernaturi tal-Fondazzjoni, kif ukoll li l-iskema ta' proġetti kulturali mmexxija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali li gawdiet minn tiġdid permezz tal-Fondazzjoni Valletta 2018, li flimkien mad-DLG, l-MTA u l-Kunsill Malti għall-Arti qed tappoġġja finanzjarjament b'somma ta' aktar minn EUR250,000 fis-sena it-titjib fil-livell ta' festivals u festi lokali.