Jista' il-Ministru jgħid jekk fin-negozjati li qed isiru mas-soċjeta' Grimaldi l-Gvern huwiex qed jinsisti li s-soċjeta' Grimaldi tipproduċi garanziji bankarji sabiex jagħmlu tajjeb għad-dejn ta' din is-soċjeta' minflok il-garanziji tal-gvern biex b'hekk l-istess gvern jiġi eżonerat?
Response (GATT, AUSTIN)
Minħabba l-Confidentiality Agreement ma' tistax tingħata l-informazzjoni mitluba. L-informazzjoni kollha tkun tista' tingħata darba jispiċċaw id-diskussjonijiet.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-gvern iwettaq l-aviation park fl-inħawi ta' Ħal Kirkop? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti xi informazzjoni dwar jekk kienx hemm xi talba minn terzi persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Malta Enterprise f'dawn l-aħħar xhur reġgħet iddiskutiet ma' diversi awtoritajiet, fosthom l-Armed Forces u l-Malta International Airport, il-possibilta' li parti minn art li tinsab viċin ta' l-airport tista' tintuża għal proġetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-avjazzjoni u li jkollhom bżonn aċċess immedjat għal 'runway'. Sa issa ma kienx hemm talbiet konkreti minn terzi persuni għalkemm il-Malta Enterprise temmen li jekk din l-opportunita' tiġi immarkitjata jista' jinħoloq interess biżżejjed biex operaturi barranin jew Maltin jistgħu jkunu mħajra jagħmlu dan it-tip ta' proġett f'Malta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12575, u jgħid jekk sarx xi studju mill-Enemalta dwar siti alternattivi għat-31st March depot? Jekk iva, jista' jippreżenta kopja fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru talab lill-Enemalta biex tagħmel dawn l-istudji u dawn qegħdin fil-proċess li jsiru.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12861 u jgħid kemm ivvjaġġaw persuni bis-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex f'April 2004 u April 2005? Jista' jagħti l-istatistika bi breakdown għal dawk li jivvjaġġaw bir-rata speċjali għall-Għawdxin u r-rata normali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizz tal-helicopter f'April 2004 kien ta' 2,990. Il-kumplament tal-mistoqsija għas-sena 2004 hija ta' natura sensittiva kummerċjali u għalhekk ma nħossx li għandi nagħti l-informazzjoni mitluba.
Rigward April 2005 ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz qed jingħata minn Operatur privat u għalhekk l-informazzjoni mitluba ma' nistax ntiha jien.
Investiment, Industrija, u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema/uffiċjali
Question
Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm telqu piloti minn ma' l-Air Malta plc minn meta ġie konkluż il-Memorandum of Understanding madwar sena ilu, bit-total maqsum bejn piloti Maltin u dawk barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li t-terminal ta' l-Imġarr, Għawdex se jingħata f'idejn il-Gozo Channel biex tħaddmu? Hemm ħsieb li meta jiġri dan is-sidien tad-dgħajjes li jġorru t-turisti jkollhom iħallsu Lm30 kull darba li jorbtu hemmhekk biex itellgħu jew iniżżlu t-turisti jew jieħdu l-fuel?
Response (GATT, AUSTIN)
Iva għall-ewwel parti tal-mistoqsija. It-tieni parti tal-mistoqsija ma' tikkonċernax lill-Gozo Channel iżda l-MMA.
Jista' il-Ministru jipprovdi din l-informazzjoni dwar kull waħda mill-erba' ċmieni tal-power station tal-Marsa (jiġifieri ċmieni nri. 1, 2, 7 u 8 rispettivament) - chimney stack height, chimney stack diameter, flue gas exit temperature u flue gas exit velocity?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm każi ta' dixxiplina fi ħdan il-kumpannija Air Malta, kemm ilhom dawn il-każi biex jibdew jinstemgħu, min huma u min minnhom għadu sospiż jistenna biex jibda xi darba l-każ ta' dixxiplina fil-konfront tiegħu għas-sena 2004 u 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Peress li issa xi xiri tal-biljetti tal-vapur tal-Gozo Channel se jiġi shifted għaċ-Ċirkewwa u t-ticket attendants u oħrajn se jibdew jirrapportaw għax-xogħol iċ-Ċirkewwa, jista' il-Ministru jgħid jekk it-travelling time bejn Għawdex u Malta hux se jitqies bħala parti mill-ħin tax-xogħol jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress illi fuq il-vapuri tal-Gozo Channel qed ikun hemm problemi ta' exhaust minħabba li l-extractors mhux qed jinxtegħlu, jista' il-Ministru ġentilment jara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Kumpanija Gozo Channel tikkonferma li l-extractors qed jaħdmu u jinżammu mixgħula waqt li l-vapuri jkunu qed joperaw.
Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari 12916, biex ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tas-sotto kumitat tad-dixxiplina tal-korporazzjoni Enemalta dwar il-każ tat-tliet inġiniera tal-korporazzjoni involuti fil-kwestjoni taċ-ċilindri tal-gass li ntqal li kienu difettużi?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nifhem li l-Onor. Interpellant għamel id-domanda biex jaqdi dmiru ta' membru parlamentari, jiena nfurmat li m'hijiex il-prassi li kopja ta' rapporti dwar każijiet ta' dixxiplina jkunu ppublikati.
Jista' il-Ministru jara li jingħata s-servizz tad-dawl lil single parent - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - minħabba t-tbatija li qed jgħixu fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li s-servizz tad-dawl ma' jistax jingħata lura lil persuna msemmija fl-interpellanza għax għandha kontijiet pendenti ta' aktar minn Lm8000 fuq post ieħor li huwa rreġistrat fuq isimha.
Jista' il-Minsitru jgħid jekk il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma hijiex se taqleb għall-privat jew permezz ta' bejgħ jew permezz tal-management?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma hemm l-ebda pjan fis-sens li qed jgħid l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jara li l-arblu tad-dawl temporanju li hemm ġewwa Triq it-Torri, l-Imsida jitneħħa billi issa x-xogħol ta' bini li kien qed isir tlesta u dan l-arblu qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti billi qiegħed fuq il-bankina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-arblu msemmi mhux responsabilta' tal-Enemalta iżda tal-Maltacom.
Jikkonferma l-Ministru li qabel l-elezzjoni ta' l-2003 ic-CEO tal-MITTS kien stqarr li l-MITTS kellha d-dover li tirriċerka l-possibbilta' li s-settur pubbliku kollu jibda juża software open source minflok Microsoft? Fil-fatt kien sar xi studju dwar dan u jekk iva, tista' tippubblikah? X'inhi r-raġuni li sal-lum l-MITI donnu ma jridx jikkonsidra open source minflok is-sistemi alternattivi wżati? Kemm qed jonfoq il-gvern f'liċenzjoni tal-Microsoft?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-kontijiet tad-dawl tal-familja ta' żewġ persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament fis-sens li minkejja li ilhom li pproduċew evidenza dokumentata li ilhom miżżewġin mis-sena 1983, in-numru ta' residenti tal-kontijiet li rċevew dejjem baqgħu jidhru bħala resident wieħed, jista' il-Ministru jara li jsir l-aġġustament xieraq u nitlob illi jekk kien hemm overcharging jingħata refund adegwat lil din il-familja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12759 u cioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11966, jista' il-Ministru jinnota li l-inħawi msemmija ma jaqgħux taħt il-kunsill lokali? X'passi se tieħu l-Enemalta biex tipprovdi d-dawl meħtieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond Section 8 ta' l-'Street Lighting Devolution Manual' li jitratta dwar street lighting eżistenti, l-areas imsemmija fl-interpellanza huma esklużi mid-devoluzzjoni sa fejn jirrigwardja manutenzjoni u għalhekk, fil-fatt, l-Enemalta għadha qed tieħu ħsieb il-manutenzjoni neċessarja hi.
Ma teżisti l-ebda esklużjoni simili taħt Section 7 ta' l-istess 'Manual' li titratta dwar servizzi ġodda. Għalhekk l-Enemalta ma baqgħetx iżjed responsabbli għal servizzi ġodda mid-data tad-devoluzzjoni 'l hawn.