Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28844 u jgħid liema kumpanniji ħadmu riklamar u kampanji ta’ informazzjoni għall-mezzi tax-xandir awdjo-viżivi u stampati għan-nom tal-Ministeru/Segretarjat Parlamentari tiegħu u għan-nom ta’ dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u bejn Jannar u Settembru 2007? Kemm kien il-ħlas involut għal kull biċċa xogħol?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28843 u cioe' : Minkejja li t-taqsima tal-consumer complaints unit tal-MFSA hija mifhuma li tagħmel xogħol tajjeb, jista' l-Prim Ministru jara li jkun hemm aktar viġilanza fuq kif ċerti banek kummerċjali li jużaw hard cell tactics meta ibiegħu Wealth Management products speċjalment fejn jidħlu Overseas Funds għaliex spiss niltaqa' ma' nies li ma jkunux konxji ta' riskji u opportunitajiet ta' dak li jkunu deħlin għalih bi flushom stess? Dan minħabba l-kummissjonijiet għolja li huma mifhuma li jaqilgħu uħud minn dawn l-uffiċjali fuq bejgħ ta' prodotti simili. Dan għandu japplika għas-settur tas-servizi finanzjarji kollu kemm hu, mhux biss għal dak bankarju, possibilment billi jkun hemm customer awareness akbar dwar l-implikazzjonijiet tat-teħid ta' dawn id-deċiżjonijeit ta' investiment.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi wżati sena b’sena matul l-aħħar ħames snin u kemm minnhom ġew mogħtija permess mid-dwana sabiex ma jħallsux dazju almenu għal xi żmien wara l-importazzjoni?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ – sena b’sena tul l-aħħar ħames snin - ġew maqbuda jew inħarġitilhom kontravvenzjoni billi kienu fit-triq b'vettura bi pjanċi tar-reġistrazzjoni barranin mhux legali jew mhux permessi f’Malta?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefaq fuq diversi mezzi ta' kommunikazzjoni, tv, radio, ġurnali, billboards, programmi, flyers, kotba, leaflets eċċ bejn Mejju 2007 u Awissu 2007 ħalli jiġi riklamati l-ftuħ ta' l-Isptar Mater Dei fit-28 ta' Ġunju, 2007? Kif kienet maqsuma l-ispiża? Kemm kienet l-ispiża tal-programm tal-ftuħ innifsu u fhiex intnefqu?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28829 u 28950 u jgħid jekk Skanska tħallsitx l-ammont kollu dovut lilha fuq il-Mater Dei mill-kuntratt iffirmat? Jikkonferma li r-retention money tħallset ukoll? Meta sar il-handing over ta' l-isptar?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28767 u 28951 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim dwar il-prezzijiet li l-Gvern iffirma ma' importaturi sa Marzu 2008?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28876 u jgħid meta se tingħata lura t-taxxa żejda li tħallset mill-kumpanija, li isimha qed jintbagħat separatament, u li għandha tieħu lura s-somma li teċċedi 'l fuq minn Lm5,000?
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28875 u jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet xahar b'xahar matul dawn l-aħħar tlett snin inkluż il-grad li ngħata kemm jekk hu post kif ukoll position fis-servizz pubbliku?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28836 u ċioe': B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24645 jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28123, 28412, 28586 u 28717 u jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali?
Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799, 27930, 28058, 28255, 28584, 28716 u 28839 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?
Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din il-mistoqsija ilha li saret ġimgħat sħaħ u għadha ma ġietx imwieġba?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-fuljett dwar il-budget li tqassam fid-djar t'Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet? Jista' jgħid fejn sar l-istampar u jekk ix-xogħol ngħatax b'offerta?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27158, peress li skond l-informazzjoni mogħtija ngħataw diversi promozzjonijiet lill-istess persuni f'qasir żmien, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għal dan u l-kriterji li fuqhom ingħataw dawn il-promozzjonijiet?
Jista' l-Prim Ministru jgħid :
Kemm huwa l-ammont ta' postijiet vakanti fil-gradi ta'
i) prinċipal anzjan
ii) prinċipal
iii) assistent prinċipal
f'kull dipartiment/ministeru rispettivament fl-aħħar ta' Novembru 2007?
Kemm minn dawn il-gradi rispettivament ser jimtlew
i) minn uffiċjali pubbliċi li jgħaddu l-eżami intern, u
ii) minn kandidati li jidħlu minn barra s-servizz pubbliku?
Kemm minn dawn il-gradi rispettivi ilhom vakanti
i) inqas minn 3 xhur
ii) bejn 3 u 6 xhur
iii) aktar minn 6 xhur?
Kemm hu stamt li dan ir-reklutaġġ ser jaffettwa n-nefqa pubblika tal-gvern matul is-sena 2008?
Kemm minn din in-nefqa addizzjonali ġiet provduta fl-estimi finanzjarji ta' l-2008 taħt id-diversi ministeri/dipartimenti konċernati?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħlas ta' reġistrazzjoni fuq vetturi tat-tip battery operated cars? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas ta' din ir-reġistrazzjoni fuq dawn il-vetturi u t-taxxi relatati magħhom?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Gvern Malti qed iħares lejn il-kunċett ta' EU watchdog dwar is-servizzi finanzjarji li ċerti pajjiżi jixtiequ jaslu għalih filwaqt li oħrajn bħar-Renju Unit huma xettiċi dwaru?
B'riferenza għat-tweġibiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex għall-mistoqsijiet parlamentari numri 23726 u 25904 dwar xiri ta' karozzi, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li x-xiri taż-żewġ karozzi kien skond Ċirkolari Nru. 5/98 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28090.
Nirriferi lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għat-tweġibiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex għal mistoqsijiet parlamentari 23726, 25904 u 27535 dwar xiri ta' karozzi. Jista' l-Prim Ministru issa jikkonferma li x-xiri taż-żewġ karozzi kien skond Ċirkolari Nru. 5/98 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi? Huwa minnu li x-xiri ta' dawn il-karozzi ma kienx skond il-proviżjonijiet taċ-ċirkolari msemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, qabel ix-xiri ta’ waħda mill-vetturi msemmija, kien hemm diverġenza fl-interpretazzjoni u kif jinftehmu l-linji gwida li fuqhom jimxu l-Ministeri f’dawn iċ-ċirkustanzi u d-direzzjoni maħruġa minn dan il-Ministeru f’din l-okkażżjoni. Sa dan it-tant saru l-kjarifiki neċessarji sabiex jiġu ċċarati d-direttivi kkonċernati biex ma jkunx hemm ambigwita’ aktar ’il quddiem.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex għal dawk li jirhanu d-deheb fil-Monte di Pieta' minn Lm1-il gramma niżlet għal 75c-il gramma? Hemm xi ħaġa tinten jew xi cover up għal xi ħabib?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rata ta’ self fuq deheb mirhun il-Monti jiġifieri l-ammont misluf għal kull gramma deheb iddepożitata jiddependi mill-fondi disponibbli għal dan is-self b’imgħax baxx ta’ biss 5%.
Dawn l-aħħar ħames snin ir-rata msemmija kellha titnaqqas għal sebgħa u ħamsin ċenteżmu-il gramma proprju biex l-istituzzjoni tal-Monti tibqa’ viabbli u ma tkunx ta’ piż fuq fondi pubbliċi. Dan it-tnaqqis inħass neċessarju biex jiġi żgurat il-futur ta’ dan is-servizz.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif il-Monte di Pieta' meta x-xogħol kważi spiċċa kollu, hemm wieħed li għadu jagħmel l-overtime kuljum? Dan qed jitħallas tiegħu jew qed iżomm il-mażżri ta' xi ħadd f'idejh u ma jistgħux ikellmuh? Jew qed ipatti għal ħin ta' filgħodu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Att dwar il-ħaddiema d-deheb u l-ħaddiema l-fidda li daħal fis-seħħ f’April 2004 ġab ħafna tibdiliet pożittivi u biddel sostanzjalment il-profil tax-xogħol fl-Uffiċċju tal-Konslu.
Bis-saħħa ta’ l-Att, il-Konslu minn uffiċċju ta’ kontroll fuq importazzjoni u xogħol lokali, sar entità regolatorja responsabbli għall-għoti ta’ permessi biex oġġetti prezzjużi jiġu mbullati privatament u anke spettorat fis-suq. Dan minbarra li xorta baqa’ miftuħ biex jimbolla oġġetti prezzjużi bil-boll tal-konslu minflok il-boll privat.
Minbarra dan, il-konslu xorta baqa’ responsabbli għall-valutazzjoni ta’ oġġetti prezzjużi miġjuba mill-pubbliku, dwana, dipartimenti oħra jew il-Qorti kif ukoll irid jagħmel stand-ins fl-assenza tal-Keepers tal-Monte di Pieta’.
Ta’ min wieħed isemmi wkoll li d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea tat dimensjoni oħra fix-xogħol amministrattiv tal-konslu u ġabet xogħol ġdid ta’ armonizzazzjoni.
M’huwiex għaldaqstant korrett tgħid li x-xogħol tal-Konslu spiċċa; mhux talli ma spiċċax talli ħa żvolta aktar aġġornata u addattata għall-kundizzjonijiet tas-suq ġdid.
L-overtime limitat ħafna li jingħata lil grad tal-Konslu (għal tlett persuni mhux persuna waħda) hu strettament marbut ma’ nuqqas ta’ nies fl-istaff fil-gradi tal-Konslu u tal-Monte di Pieta’.