B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25331, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
(PQ waslet 14/5/2001)
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Numru 25827.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ Mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f’dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25378, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha?
(PQ waslet 30/5/2001)
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Numru 25827.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ Mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f’dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25365, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha?
(PQ waslet 29/5/2001)
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Numru 25827.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ Mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f’dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet vakanti fil-complement ta' l-istaff akkademiku fl-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi?
(PQ waslet 22/5/2001)
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm post vakanti ta’ Assistant Lecturer fis-suġġett ta’ Hotel Accommodation fil-complement ta’ l-istaff akkademiku fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm lecturers/assistant lecturers fil-lingwa Franċiża, full-time jew part-time fl-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi? Fil-każ tal-lecturers/asst.lecturers part-time jista' jagħti n-numru ta' contact hours fil-lingwa Franċiża ta' kull għalliem?
(PQ waslet 22/5/2001)
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul l-aħħar semestru akkademiku fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi kien hemm żewġ (2) assistant lecturers full-time u żewġ (2) assistant lecturers part-time li jgħallmu l-ilsien Franċiż, il-part-time assistant lecturers kellhom sitt (6) siegħat tagħlim fil-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf id-dipartiment tal-hotel accomodation fl-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi? Min huwa l-kap tad-dipartiment? Kemm hemm lecturers/assistant lecturers, full-time u part-time? X'suġġett jgħallmu? Kemm hemm vacancies fl-istaff complement f'dan id-dipartiment?
(PQ waslet 22/5/2001)
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi ma hemmx dipartiment tal-hotel accommodation iżda Hotel Accommodation Subjects li jieħu ħsieb it-tagħlim ta’ l-Accommodation Services u Accommodation Operations / Management.
Ninsab infurmat ukoll li l-modules f’dan il-kors huma mgħallma minn żewġ (2) full-time lecturers fl-Accommodation Services, tliet (3) full-time lecturers li jgħallmu Accommodation Operations / Management u part-time lecturer li tagħti tagħlim fuq Textiles.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi biex jiġi kkunsidrat x'jista' jsir dwar is-suġġett imsemmi f'mistoqsija parlamentari nru 25922?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta tiegħu ġiet diskussa f’laqgħa msejħa għall-kapijiet ta’ l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż u qiegħed jiġi mistħarreġ il-mod kif jitwettaq b’effett mis-sena d-dieħla.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25331, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
(PQ waslet 14/5/2001)
Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-avukati jew ditti ta' avukati li għandhom retaining mal-Ministeru tiegħek u/jew ma' xi korporazzjonijiet u ażjendi parastatali li jaqgħaw taħt id-dikasteru tiegħek? X'inhuma ir-retainers u/jew it-terms tal-kuntratt f'kull każ?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li din il-Mistoqsija Parlamentari waslet fil-Ministeru tiegħi dalgħodu. Għaldaqstant ma kienx possibbli li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Inwieġeb din il-Mistoqsija f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rnu. 25317, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba:
1) tikkonċerna nfieq pubbliku?
2) biex il-kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn ir-reklami u l-infieq imsemmi qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuz u mingħajr favoritiżmu? u
3) biex il-kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Peress li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuż, fin-nuqqas ta' l-informazzjoni mitluba ma jkunx jqiegħed jonqos milli jgħati informazzjoni importanti dwar infieq pubbliku b'mod trasparenti li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija numru 25812.
Jista' l-Ministru jgħid għala l-persuna li d-dettalji qegħdin jingħataw separatament u li jaħdem bħala beach cleaner ingħata transfer mix-xogħol tiegħu f'Għajn Tuffieħa għall-Għadira u l-Armier meta sħabu l-oħrajn kollha baqgħu fejn kienu?
Id-dipartiment jipprovdi trasport għal dawn il-ħaddiema f'każi bħal dawn fejn id-distanza mid-dar sal post tax-xogħol hija konsiderevoli u anke m'hemmx servizz ta' trasport pubbliku?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li l-persuna li għaliha rrefera l-Onor. Interpellant intalbet tirraporta għax-xogħol f’post qrib ħafna ta’ fejn kienet taħdem sa ftit qabel minħabba diżgwid li l-persuna stess kienet qiegħda toħloq. It-talba m’għandha b’ebda mod tiġi interpretata bħala trasferiment, l-ewwelnett għaliex il-persuna kienet stazzjonata f’Għajn Tuffieħa u baqgħet stazzjonata f’Għajn Tuffieħa, u t-tieni għaliex il-ħtieġa li r-riżorsi umani jintużaw biex il-bajjiet kollha jinżammu ndaf titlob li beach cleaner m’għandux jistenna li jaħdem dejjem fl-istess bajja.
Infurmat ukoll li l-persuna msemmija fil-Mistoqsija ngħatat l-opportunita’ li taħdem fi tmiem il-ġimgħa biss fl-Għadira għaliex xtaqet taħdem fi tmiem il-ġimgħa x’imkien, ladarba ma kienx possibbli li taħdem Għajn Tuffieħa.
Dwar ir-riferenza li saret għat-trasport, jien infurmat li, fiż-żmien li ħadmet f’Għajn Tuffieħa, il-persuna msemmija fil-Mistoqsija marret għax-xogħol bil-karozza tagħha, l-istess kif jagħmlu l-ħaddiema kollha li jaħdmu hemmhekk. Għal min jaħdem l-Għadira, sar arranġament biex il-ħaddiema jkollhom trasport mill-belt Valletta sal-post tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-chairman tal-bord tal-Lukandi u stabilimenti li jipprovdu l-ikel ta' instruzzjonijiet li applikazzjonijiet ġodda għal hawkers jew kiosks fil-present ma jiġux proċessati minħabba policies ġodda li beħsiebhom jagħmlu l-MTA? Jaf l-Ministru li għaddew aktar min tlett xhur u kollox għadu friżat?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nattira l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fil-mistoqsija tiegħu stess qiegħed jagħti r-raġuni għaliex dawn l-applikazzjonijiet mhumiex qed jiġu proċessati.
Infurmat li bħalissa l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta qed tħejji kriterji ġodda ta’ standards, kif tagħmel għal kull ħidma oħra fl-industrija tat-turiżmu. Hekk, qabel jinħarġu liċenzi ġodda ta’ hawkers u ta’ operaturi ta’ kiosks, jiġi żgurat li dawn ikunu ta’ livell xieraq f’kull rispett.
Infurmat li dawn il-kriterji u r-regolamenti għandhom jitlestew dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg?
Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mill-11 ta’ Settembru 2000 sal-lum ġew impjegati tnejn u ħamsin (52) ħaddiema ġodda fil-Ministeru tat-Turiżmu u f’entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dettalji dwar it-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata?
Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations?
Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minħabba li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex jikkonsisti l-kuntratt, ftehim jew xorta oħra li għandu min juża l-gaffa għal-ġbir ta' l-alka mill-bajjiet?
Jista' jekk huwa possibli jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid minn min sar dan il-kuntratt, ftehim jew xorta oħra u meta sar?
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas u kemm tħallas s'issa?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li t-tender għall-ġbir ta’ l-alka ħareġ fl-1992. Meta dan ġie abbandunat, id-Dipartiment tat-Turiżmu dar fuq il-kuntratturi l-oħra li kienu tefgħu t-tender fosthom dak li sal-lum għadu jagħti s-servizz. Dan għadu regolat bil-kundizzjonijiet ta’ l-1992 u t-tender kien ħareġ bil-proċeduri li l-Gvern kien josserva dak iż-żmien.
Ninsab infurmat ukoll li fl-1992 il-kuntrattur kien jitħallas bir-rata ta’ Lm2 fis-siegħa, liema rata ġiet riveduta għal Lm 3.45 fis-siegħa f’Jannar 1998 u għal Lm 4 fis-siegħa b’seħħ minn April ta’ l-istess sena. Sal-lum dan il-kuntrattur tħallas is-somma ta’ Lm 47,827.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numri ta' trakkijiet li qed jintażaw mis-sezzjoni tal-beach cleaners? Jista' jgħid min qiegħed jipprovdi dan is-servizz u kem qed jitħallas? Jista' jgħid kemm tħallas matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid meta huwa maħsub li ser jinxtraw trakkijiet ġodda għal din is-sezzjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ trakkijiet li qed jintużaw mit-taqsima tal-beachcleaners huwa tlettax (13). Is-Servizz qiegħed jiġi pprovdut mill-ħaddiema tal-gvern, dawk li qabel kienu ‘Impressed Drivers’.
Matul is-sena 1999 tħallset is-somma ta’ Lm110,961.47 u fis-sena 2000 tħallset is-somma ta’ Lm110,884.80.
Fis-sena 2001 dawn il-ħaddiema qegħdin jitħallsu fi skala 20 u Lm5.193 kuljum bħala allowance għal kirja tat-trakk.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx xi memo sabiex ikun hemm bidliet fix-xogħol tal-beach cleaners tas-south? Jista' jgħid ukoll jekk tneħħiex is-servizz tal-beach cleaners nhar ta' Ħadd mill-bajjiet ta' Rinella, Xgħajra u Kalkara?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda tibdil fix-xogħ
ol tal-
beach cleaners
għ
an-Nofsinhar ta’ Malta.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija s-servizz ta’ nhar ta’ Ħadd, bħas-soltu, beda dan ix-xahar bl-istess arranġamenti li kien hemm fi snin l-oħra. Il-bajjiet imsemmija huma inklużi f’dawn l-arranġamenti.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ‘transfers’ fis-Servizz Pubbliku approvati mill-Management and Personnel Office mill-11 ta’ Settembru, 2000 sa llum li jikkonċernaw ċaqliq ta’ nies minn Ministeru għall-ieħor jammonta għal ħamsa (5).
Dawn it-trasferimenti saru fuq talba ta’ l-istess impjegati.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-impjegati tal-MTA (qabel NTOM) fl-uffiċju li għandha l-Awtorita' fl-Ingilterra Meta kienu impjegati u x'xogħol jagħmlu? X'tip ta' kuntratt għandhom? Meta saret sejħa biex jimtlew dawn il-postijiet? Kemm applikaw? Xi kwalifiki għandhom dawk l-impjegati? Kemm għandhom salarju u allowances dawn l-impjegati?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub li jinkludi kemm il-kwalifiki akkademiċi ta’ l-impjegati kif ukoll l-esperjenza tagħhom fix-xogħol.
Jista' l-Ministru jara li isir xi xogħol ta' kordinazzjoni mal-pulizija biex jiġi żgurat li persuni li jingħataw permess iżommu għandhom studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż f'pajjiżna ma jkollhomx konnessjonijiet ma reati dwar abbużi sesswali, drogi u vjolenza domestika?
Jista' jibda jsir dan il-kordinament biex nipproteġu lill-istudenti barranin?
Response (REFALO, MICHAEL)
Napprezza s-suġġeriment tal-Onor. Membru u ser nistħarreġ jekk u kif jista’ jiġi attirat.