Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nurmu 871 u cioe' jgħid x'kien in-numru ta' tobba impjegati fid-dipartiment ta' l-obstetrics and gynaecology tul l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u x'kienu l-gradi professjonali ta' dawn it-tobba sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u r-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2003 sa l-20 ta' Ġunju, xahar b' xahar, kemm ingħataw siringi miċ-ċentri tas-saħħa u mill-isptarijiet? Jista' jagħti l-figuri għal kull post separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' siringi li tqassmu lill-persuni li jabbużaw mid-droga mill-1 ta' Jannar sa l-20 ta' Ġunju huma dawn:
Floriana
Qormi
Gż
ira
Paola
Bormla
Mosta
Rabat
TOTAL
Jannar
2875
1500
3750
6000
1300
1227
832
17484
Frar
2794
700
3700
5600
1300
841
687
15622
Marzu
3523
1300
3715
5800
1400
899
684
17321
April
4698
1813
4290
5500
1000
1045
702
19048
Mejju
3905
1510
2987
6600
1400
1256
371
18029
Ġ
unju (mill -1 sa l-20)
2390
616
1955
4300
1512
984
352
12109
TOTAL
20185
7439
20397
33800
7912
6252
3628
99613
Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru tas-Saħħa u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tas-Saħħa? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mit-12 ta' Ġunju 2003 sa l-1 ta' Lulju 2003:
Inxtraw
Inkrew
SLH
2
2
FMS
0
0
MRU
0
6
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqija nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika l-perjodu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu tobba u professjonisti mpjegati miegħu d-dipartiment tas-saħħa tul l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? F'liema gradi professjonali kienu u kemm kienet l-ispiża totali f'pagi u allowances għal dawn sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba li l-informazzjoni mitluba titlob ammont kbir ta' sigħat ta' xogħol minn numru ta' mpjegati tad-Diviżjoni, u dan iwassal għal nefqa żejda mill-fondi pubbliċi, l-Onor Interpellant huwa mitlub jindika l-utilita' tal-Mistoqsija.
Saħħa — Pazjenti mibgħuta għall-kura barra minn Malta
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm pazjenti ntbagħtu għall-kura barra minn Malta taħt ir-reciprocal agreement bejn il-gvern Malti u dak Ingliż f'dawn l-aħħar sitt snin, sena b'sena? X'kien it-tip ta' mard u operazzjonijiet li kienu jeħtieġu kura barra minn Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta' operazzjonijiet li saru fl-isptarijiet tal-gvern f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jistgħu jittieħdu passi biex it-taqsima Psychiatric Outpatients fl-isptar San Luqa tinżamm iżjed nadifa u preżentabbli milli qed tinżamm għax l-iżdingar u l-ħmieġ żgur ma jgħinux lill-persuni li jmorru jużaw dak is-servizz?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li t-taqsima tas-Psychiatric Outpatients fl-Isptar San Luqa ser tiġi modernizzata fix-xhur li ġejjin. B'hekk l-ambjent ġewwa din il-Unit isir aktar preżentabbli u fl-istess ħin jogħla l-livell tas-servizz.
X'kienet il-prenatal mortality rate f'Malta u Għawdex fl-aħħar għaxar snin sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Perinatal Mortality Rate f'Malta u Għawdex fl-aħħar disa' snin kienet kif muri fit-tabella hawn taħt:
SENA
Perinatal Mortality Rate per 1000 total births
2002
9.42
2001
7.59
2000
7.3
1999
9.69
1998
7.54
1997
8.87
1996
11.63
1995
7.17
1994
10.41
Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' qwiebel impjegati mad-dipartiment ta' l-obstetrics and synaecology fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? X'kien il-budget totali ta' dan id-dipartiment kull sena tul l-aħħar għaxar snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' tobba impjegati fid-dipartiment ta' l-obstetrics and gynaecology tul l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u x'kienu l-gradi professjonali ta' dawn it-tobba sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebha tagħmel it-Taqsima għall-Promozzjoni tas-Saħħa fis-sena skolastika li jmiss biex ikompli jwissi ż-żgħażagħ kontra l-abbuż mix-xorb? Hemm xi pjan biex fis-sajf issir xi kampanja ta' reklamar f'xi postijiet ta' divertiment għall-istess għan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fil-kampanja biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ jevitaw illi jixorbu bla rażan, id-dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa qiegħed juża numru sabiħ ta' billboards. Dawn ġew imqegħda f'Paceville. Barra dawn, hemm madwar għaxar karozzi tal-linja li fuqhom hemm il-messaġġ Tħallix l-Alkoħol Ikissrek, b'messaġġ viżwali addatt għall-okkażjoni.
Għas-sena skolastika li ġejja hemm il-ħsieb li jsir fuljett apposta biex jitqassam fl-iskejjel.
Fuq dan il-qasam, is-sena l-oħra kien sar proġett bi sħab mal-kulleġġ Mother Theresa fl-iMsida fejn l-istudenti għamlu ġimgħa ta' attivita' fuq l-alkoħol, kif ukoll iddisenjaw posters għal din l-okkażjoni li tqassmu fl-iskejjel.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-titqiba tal-meningite hux out of stock jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hu maħsub li din tkun fiċ-Ċentri tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni DH39/97/469 Ack. 3685 għal qabar fil-Mosta li saret fl-1997 mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-applikazzjoni b'referenza DH39-97-469 għall-qabar fil-Mosta kienet referuta lid-Dipartiment fis-sebgħa ta' Ottubru 1997 u tinsab in-numru 138 fil-'waiting list' ta' l-istess ċimiterju.
Liema huma l-isptarijiet u kliniċi f' Malta u f'Għawdex li għandhom permess biex jagħtu servizz ta' emerġenza jew ta' dianjosija bħal x-ray, laboratorji, operazzjonijiet,etc?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li bħalissa qed jiġu kkurati minħabba dipendenza fuq l-alkoħol? Kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa? Kemm huma taħt l-eta' ta' 25 sena? Kemm minnhom spiċċaw kors ta' kura u wara ftit kellhom jerġgħu jidħlu fil-programm ta' kura? Kemm kien hemm nies li ġew ikkurati fl-2001 u 2002?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Monte Carmeli bħalissa hemm 26 pazjent li qed jiġu kkurati minħabba dipendenza fuq l-alkoħol, (18 irġiel, li minnhom 5 qegħdin bil-leave u 8 nisa, li minnhom 2 qegħdin bil-leave, waħda tattendi residential programme u oħra qiegħda bil-leave u tattendi day programme).
Ħadd minn dawn il-pazjenti ma huma taħt il-25 sena.
12 (11 irġiel u mara) spiċċaw il-kors ta' kura u wara ftit kellhom jerġgħu jidħlu fil-programm ta' kura.
Fl-2001 kien hawn 110 (97 irġiel u 13-il mara) filwaqt li fl-2002 kien hawn 114 (90 irġiel u 24 mara) li ġew ikkurati minħabba l-problema ta' l-alkoħol.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet minn persuni biex jixtru qabar fiċ-ċimiterju ta' Marija Addolorata Paola? Jista' jgħid ukoll kemm ser jitħaffru oqbra u meta ser jibdew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 277.
Xogħlijiet — Ċimiterju tal-Mellieħa - Tender Notice: CAP.T22/02
Question
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid għaliex il-kuntrattur li għamel ix-xogħol fiċ-ċimiterju tal-Mellieħa b'referenza għat-tender Notice No CAP.T22/02 ippubblikata fil-gazzetta tal-Gvern mid-Direttur Ġenerali (Diviżjoni Saħħa) fit-13 ta' Awissu 2002 baqa' ma tħallasx minkejja li x-xogħol ilu ħafna li sar?
X'inhi r-raguni li minkejja li dan il-kuntrattur kiteb diversi ittri u ġie mwiegħed diversi drabi li se jitħallas baqa' ma tħallasx?
Jista' l-Ministru jgħid meta d-Diviżjoni tas-Saħħa se tħallas lil dan il-kuntrattur għax-xogħol li għamel fis-sena 2002?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet li saru fiċ-Ċimiterju tal-Mellieħa ġew ċertifikati mill-perit fil-25 ta' Marzu 2003. Dan it-tender kien jiswa LM6,617.
Diġa kien sar pagament lill-kuntrattur ta' LM6,286 fit-3 ta' Jannar 2003 u baqa biss ir-"retention money" x'jitħallsu. Pero` billi kien hemm xogħolijiet "extra" li saru mill-kuntrattur, kien hemm korrispondenza mal-perit li baqgħet għaddejja sal-5 ta' Ġunju 2003 fejn ġew iċċarati xi diffikultajiet dwar l-"extra works".
Għalhekk, issa baqa x'jitħallas biss ir-"retention money" u l-"extra works". Dan ser isir fix-xhur li ġejjin.