Ministeru tal-Finanzi — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu minn Ottubru 2002 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' Bordijiet u Kummissjonijiet li nħatru minn Ottubru 2002 sal-lum huwa ta' 26. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta' Bordijiet kif mitluba.
Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm Maltin li siefru din is-sena: a) bl-ajru; u 2) bil-baħar u f'liema pajjiżi marru, pajjiż, pajjiż?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n numru ta’ Maltin li siefru bl-ajru bejn Jannar u Settembru ta’din is-sena pajjiż, pajjiż huwa kif jidher f'ordni alfabetika fit-tabella mehmuża.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dokument li jawtorizza liċ-chairman tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, biex ikun jista' jagħti direct orders sa Lm2,500?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għoti ta' Direct Orders, anke fejn tidħol il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, huwa regolat mill-Avviż Legali Nru 70 ta' l-1996, li jistabbilixxi kif għandhom isiru l-akkwisti fis-Servizz Pubbliku.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2111 li oriġinarjament saret lill-Ministeru gaħt-Teknoloġija ta' l-Inforamzzjoni u l-Investiment u issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' jassigura lill-Kamra u lill-poplu fid-dawl tal-fatt li l-gvern iddeċieda li jagħlaq il-Medigrain, il-prezzijiet tas-sorsi li storikament importat mhux se jogħlew b'riżultat ta' din id-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onorevoli Interpellant, jifhem li l-għeluq tal-kumpannija Medigrain fih inniffsu m’ghandux ikollu xi impatt partikulari fuq il-prezzijiet.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1990 li kienet ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' b'riferenza għad-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjoanlista li jagħlaq il-kumpannija tal-poplu Medigrain, jista' il-Ministru jinformani jekk hux se jkunu garantiti lill-poplu Malti u Għawdxi s-sussidji meħtieġa minn żmien għal żmien sabiex il-provvisti ta' l-ikel essenzjali bħal ħobż u dqiq u ikel tat-tjur u l-bhejjem jibqa' ikollhom prezzijiet li jifilħu għalihom il-bwiet tal-familji tal-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li l-mistoqsija tirrigwardja l-kumpannija Medigrain, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1987 li kienet ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' b'riferenza għad-deċiżjoni tal-gvern li jagħlaq il-kumpannija Medigrain, jista' il-Ministru jispjega lill-Kamra kif l-importazzjoni tal-qmuħ u ċereali f'pajjiżna se tibqa' tkun waħda kompetittiva fix-xhur u fis-snin li ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li l-mistoqsija tirrigwardja l-kumpannija Medigrain, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-exchange bureaux li hawn f'Malta li huma awtorizzati jsarrfu flus (per eżempju, Travelex UK, Coppini, eċċ) jistgħux isarrfu ċekkijiet fl-ammonti ta' iktar minn Stg5,000 u jagħti dettalji?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat illi Foreign Exchange Bureaux liċenzjati taħt l-Att tal-1994 dwar L-Istituzzjonijiet Finanzjarji jistgħu isarrfu ċekkijiet desinjati fi kwalunkwe munita barranija. Ma hemmx restrizzjonijiet fuq l-ammonti f'dawn il-każijiet.
Ir-restrizzjoni li teżisti tirrigwardja ċekkijiet personali, li dawn l-istituzzjonijiet għadhom mhumiex permessi li jsarrfuhom. Iżda huma jistgħu jsarrfu ċekkijiet - basta jkunu desinjati f'munita barranija - ta' dividendi, pensjonijiet maħruġa minn gvernijiet barranin, bank drafts u oħrajn ta' natura simili.
Ta' min iżid li regoli rigward il-money laundering applikabbli minn żmien għal żmien iridu jiġu rispettati minn kull istituzzjoni finanzjarja liċenzjata mill-MFSA.
Investment registration scheme — Reġistrazzjoni ta' fondi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati fondi taħt l-investment registration scheme li għalqet nhar il-15.11.03 u kemm ġew ripatrijati flus lura lejn pajjiżna taħt din l-iskema? Il-Ministru ma jħossx li għandu jagħti t-tagħrif sħiħ dwar l-iskema preċedenti ġaladarba dan it-tagħrif diġa' ingħata fl-IMF report on Malta ta' ftit xhur ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-formoli li ġew sottomessi taħt l-Investment Registration Scheme li għalqet nhar il-15 ta' Novembru 2003 għadhom qiegħdin jiġu pproċessati u għaldaqstant il-Bank Ċentrali għadu m’huwiex f’pożizzjoni li jagħti l-figuri mitluba.
It-tagħrif sħiħ dwar l-iskema preċedenti ingħata waqt Seduta Nru 868 tal-11 ta' Frar 2003 fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38487.
Billi issa Malta waslet biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu huwiex se jirrikonoxxi żwieġ bejn l-istess sessi li jkunu saru f'pajjiżi membri, għall-finijiet tat-taxxa tad-dħul?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea m'hi se tbiddel xejn mis-sitwazzjoni tagħna llum.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa mifhum li l-istatistika tal-GDP per capita fuq bażi tal-PPS se tiġi in line man-normi Ewropej?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Eurostat qegħdin jippjanaw illi jippubblikaw il-GDP per capita fuq bażi tal-PPS u skond in-normi Ewropej f’Diċembru li ġej.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-eurostat taġġusta l-figuri tagħha tal-qgħad fuq bażi staġjonali, din ma tidhirx li hi l-prattika tal-NSO?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-aġġustament ta’ statistika fuq bażi staġjonali hija prattika li għadha ma ġietx adottata mis-sistema tal-istatistika lokali.
Qiegħed isir studju sabiex jiġi stabbilit l-aħjar policy u metodu ta’ kif din tista’ tiddaħħal.
Niġbdu l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi hemm diverġenzi sostanzjali fost l-istatistiċi dwar il-ħsieb u l-metodu ta’ kif isiru dawn l-aġġustamenti.
Għaldaqstant din il-prattika mhux rekwiżit fis-sistema statistika.
Billi tħabbar li l-UE se tonfoq madwar 2 miljun EURO fl-Accession Countries bħala kampanja biex tippromwovi l-EURO b'seħħ minn Jannar tas-sena d-dieħla, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex se jkun hemm input mill-Gvern Malti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali għadu ma ingħatax dettalji fuq kampanja pubbliċitarja dwar l-euro li tista’ tiġi mnedija mill-UE s-sena d-dieħla fil-pajjiżi applikanti.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqfu labour productivity indexes?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li iva, hemm il-ħsieb li ‘l quddiem jinħadmu u jiġu ppubblikati labour productivity indexes. Dan isir fil-kuntest tad-djalogu li qed isir fl-M.C.E.S.D dwar il-kompetittivita.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 73 u 2332, jista' il-Ministru jinformani x'ħiliet, snajja', eċċ jirrikjedu l-5,152 impjieg li mistennija jiġu ġġenerati fil-fabbriki eżistenti? Liema huma l-fabbriki li joħolqu dawn il-5,152 impjieg?
Jista' jinformani jekk il-mira ta' 5,152 impjeg ġdid skond it-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 73 u 403 intlaħqietx?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħiliet, snajja, etc li huma mistennija jiġu ġġenerati mill-fabbriki eżistenti ġew mgħoddija lil din il-Kamra fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 403, Seduta Numru 21.
Fir-rigward ta’ l-impjiegi ġodda li ġew krejati qed ngħaddi t-tabella kif ġej:
Projected Employment
New Jobs Created
2000 - 2003
1,807
2000 - Ottubru 2003
443 (jinkludu 47 p/t)
2001 - 2004
1,645
2001 - Ottubru 2003
529
2002 - 2005
1,318
2002 - Ottubru 2003
301 (jinkludu 9 p/t)
Kumpanniji ta' l-insurance — Poloz ta' l-assigurazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'rimedju se jinstab għall-problema li qegħdin jikkawżaw l-aġenziji ta' l-insurance meta dawn qegħdin jirrifjutaw illi jinxurjaw persuna ta' inqas minn 21 sena meta l-makna tkun ta' kapaċita' ta' 23 litri 'il fuq?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għandu jiġi spjegat illi la il-Ministru u lanqas il-Gvern jew awtorita' pubblika m'għandha l-jedd li toqgħod tindaħal f'każijiet ta' poloz individwali tal-assikuruazzjoni. Din hi materja li tikkonċerna l-awtonomija tal-partijiet li jixtiequ jidħlu f'transazzjoni privata, u għalhekk trid tiġi gvernata mill-forzi tas-suq li jinsabu salvagwardati bil-liġi moderna dwar il-kompetizzjoni introdotta fl-1994.