Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34568 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Lotteriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm intlagħbu f'ammont ta' flus: fil-Lotterija Nazzjonali, fil-lottu tas-Sibt, fis-super five, fil-logħba tat-tiritombla, u fil-logħob tal-iscratch & win? Kik jikkompara f'kull logħba ma' l-istess żmien is-sena li għaddiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #34575 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu Pubbliku — Privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-pjan għall-privatizzazzjoni tal-lottu pubbliku? Kemm kien hemm kumpanniji/organizzazzjonijiet interessati biex jieħdu l-lottu pubbliku f’idejhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-konsorzju Maltco wara li sar il-proċess tal-valutazzjoni ta' l-offerti għal liċenzji għal Lotterija Nazzjonali. Kien hemm seba' organizazjonijiet li urew interess biex jieħdu l-liċenzja għal Lotterijia Nazzjonali.
Leg 9 PQ #34622 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Financial Protocol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew it-taħdidiet ma' l-awtoritajiet Taljani dwar il-ħames financial protocol? Ġie stabbilit it-terminu ta' żmien li ser jkopri dan il-protocol? L-ammont tal-protocol diġa' ġie determinat jew għad irid jiġi innegozjat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-negozjati bejn Malta u l-Italja dwar il-Ħames Protokoll Finanzjarju kienu bdew taħt l-amministrazzjoni preċedenti u qed jitkompla ma' l-amministrazzjoni preżenti. L-oqsma li ser jiġu nklużi taħt dan il-protokoll, kif ukoll l-ammont u t-tul tiegħu għadhom qed jiġu diskussi.
Leg 9 PQ #34623 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Banek Kummerċjali Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-banek kummerċjali barranin li sal-lum sar kuntatt magħhom dwar investiment propsettiv fil-Bank of Valletta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin fi stadju avanzat f'dan il-proċess u ma' jkunx għaqli li wieħed jiżvela nformazzjoni dwar dan il-proċess.
Leg 9 PQ #34025 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus f'safar ministerjali u dipartimentali tal-ministeru għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu April u Mejju ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #34547 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 34367, jista' - lil hinn minn kull suppożizzjoni żbaljata - ipoġġi kopja tad-dokumenti mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 34367 f'seduta 763.
Leg 9 PQ #34496 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid, persuna self-employed, part-time ma' kunsill lokali li d-dettalji qed ngħaddi separatament, se tiġi refunded peress li minħabba dħul baxx ma jiġborx VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ser titħallas lura l-ammont f'Lulju 2002.
Leg 9 PQ #34497 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħadu flus it-tobba f'refunds mill-introduzzjoni tal-VAT 'il hawn? Kemm ibbenefikaw tobba sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tobba ħadu refunds mill-introduzzjoni tal-VAT l'hawn kif ġej: 1999 Lm15,323 2000 Lm54,196 2001 Lm35,020 2002 Lm12,081 Total Lm116,620
Leg 9 PQ #33673 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

European Monetary Union

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-obbligi ta' Malta sabiex taġġorna mal-exchange mechanisims tal-European monetary union fil-kuntest ta' sħubija fl-UE?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemmx xi żmien stipulat sabiex Malta tissieħeb fl-Exchange Rate Mechanism wara li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Għalhkemm dan il-pass eventwalment irid jittieħed, tkun Malta li tiddeċċiedimeta jkun jaqblillha tissieħeb. Meta tittieħed din id-deċiżjoni, tkun trid tiġi stabbilita rata ċentrali ta' kambju bejn il-lira Maltija u l-euroli minnha l-lira tkun tista' titħalla tiddevja sa 15% 'l fuq jew 'l isfel. Wara li dan l-arranġamnet ikun seħħ b'suċess għal mill-inqas sentejn, Malta tkun tista' taddotta l-euro bħala l-munita tagħha kemm-il darba tissodisfa l-kriterji l-oħra ta' sħubija fl-Unjoni Monetarja w Ekonomika, jiġifieri li l-inflazzjoni ma tkunx iżjed minn 1.5 punti perċentwali ogħla minn dik tal-aktar tliet pajjiżi li jkollhom l-inflazzjoni baxxa, li l-iżbilanċ fiskali ma jkunx aktar minn 3% tal-Prodott Gross Domestiku, li d-dejn pubbliku ma jkunx ogħla minn 60% tal-Prodott Gross Domestiku, u li r-rati tal-imgħax għal self fit-tul ma jkunx ogħla minn 2 punti perċentwali minn dawk tal-aktar tliet pajjiżi li żammew l-inflazzjoni baxxa.
Leg 9 PQ #33677 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

European Monetary Union

Question

B'riferenza għall-bidla li pajjiżna jrid jagħmel sabiex jaġġorna mal-European monetary union, f'każ li din isseħħ illum, jista' l-Ministru jinfurmani kemm ikun il-persentaġġ fl-iżvalutazzjoni tal-lira Maltija meta tinbidel għall-Euro?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din hija mistoqsija ipotetika għaliex Malta ma tistax tissieħeb fl-Economic and Monetary Union (EMU) illum. Qabel xejn, Malta trid l-ewwel tissieħeb fl-UE. Wara s-sħubija u meta l-Gvern Malti jiddeċiedi li jaqbel lill pajjiżna, Malta tibda tipparteċipa fil-mekkaniżmu magħruf bħala l-Exchange Rate Mechanism II (ERM II). Jekk għal matul perjodu ta' mill-anqas sentejn il-lira Maltija żżomm il-valur tagħha mingħajr ma jkun hemm bżonn li tinbidel ir-rata ċentrali tagħha kontra l-euro, u jekk il-Gvern Malti, f'konsultazzjoni mal-membri l-oħra ta' l-UE, jidhirlu li l-ekonomija tagħna integrat ruħha sew ma dik ta' l-Ewropa, f'dak il-mument tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni. Il-probabbilita' hi li dakinhar ir-rata tal-liraq Maltija kontra l-euro tkun qrib ħafna tar-rata idejali u għalhekk ma jkun hemm bżonn la ta' rivalutazzjoni u lanqas ta' żvalutazzjoni.
Leg 9 PQ #33679 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Refunds

Question

B'riferenza għad-dewmien fil-ħlas tar-refunds tat-taxxa tal-VAT, kemm fil-fatt jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-pagamenti dovuti u kemm huwa n-numru ta' tax payers involuti? Jista' jikkunsidra l-possibilita li jiġu rimedjati l-pagamenti pendenti li r-riferenza għalihom qed jintbagħtu under separate cover?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m'għandux dewmien fil-ħlas tar-refunds ħlief fejn ikun il-bżonn li ssir investigazzjoni fuq ir-refund mitlub. Sal-15 ta' Mejju 2002, l-ammont ta' kreditu eċċessiv tal-VAT mitlub minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas fix-xhur li ġejjin kien ta' Lm6,554,103. Din il-figura tista' tinbidel skond id-dikjarazzjonijiet li persuni reġistrati jagħmlu fid-denunzja tat-taxxa li jibgħatu sakemm il-kreditu eċċessiv jasal biex jitħallas. Dwar it-tieni parti tad-domanda, l-persuni konċernati jistgħu jmorru fid-Dipartiment u jkunu jistgħu jinqdew minn hemmhekk.
Leg 9 PQ #33693 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għar-rapporti/studji li saru għall-tmexxija amministrattiva ta' l-operat tal-gvern u dawk konnessi ma l-impatt tas-sħubija ta' Malta fl-UE, li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001? Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Ottubru 1998 u l-ewwel xhur tal-2001 fid-dekasteru tiegħi ġew ikkummissjonati żewġ rapporti mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja: (a) Id-Dipartiment tal-VAT ikkummissjona lil Dr Antoine Fiott ta' PricewaterhouseCoopers sabiex jagħti servizz ta' konsulenza lid-Dipartiment dwar tibdil meħtieġ fil-leġiżlazzjoni tal-VAT skond l-Acquis Communautaire. Tħejja rapport ġenerali wieħed u rapporti oħra anċillari bħala parti mill-istess servizz. Il-ħlas relatat ma' dawn ir-rapporti mehmuża kien ta' Lm1,400. (b) Id-Dipartiment tal-Kuntratti, wara sejħa għall-offerti, ikkummissjona rapport għand id-ditta "Advocates Micallef" dwar l-allenjament tal-Public Services (Procurement) Regulations ta' l-1996 mad-Direttivi ta' l-Unjoni Ewropeja dwar ix-xiri pubbliku. L-qofol tax-xogħol tlesta sa l-aħħar tas-sena 2001 imma l-pagament finali mhux ser isir qabel ma jkun verifikat li dawn id-draft regulations huma għal kollox konformi. Il-parti tal-mistoqsija dwar 'rapporti/studji li saru għall-tmexxija amministrattiva ta' l-operat tal-gvern' għada vaga u vasta wisq. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jaqbel li mhux possibbli li jiġi kkalkolat l-infiq (inkluż ukoll il-pagi ta' min jagħmilhom) fuq in-numru li ma jispiċċa qatt ta' rapporti u studji li jsiru, jew ikunu qegħdin jinkitbu kontinwament u ta' kulljum mill-impjegati waqt l-operat normali ta' kull dipartiment u entita' tal-Gvern. Dwar din il-parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru 25544 f'seduta 550 li kienet tinkludi l-ammonti ta' kemm ġew iqumu rapporti ppublikati mill-Ministeru tiegħi u mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #34469 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pendenti bħalissa applikazzjonijiet għal VAT refund fuq:- spejjes tat-tieġ, spejjes tal-funeral, spejjes ta' kostruzzjoni minn għarajjes, separatament u kemm hu t-total lura ta' VAT li qed tintalab lura għal kull kategorija indikata?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li applikazzjonijiet pendenti għall-VAT refund fuq spejjeż ta' tiġijiet hemm 57 li jammontaw għal madwar Lm42,750 u għall-funerali hemm 75 li jammontaw għal madwar Lm5,625. Rigward spejjeż ta' kostruzzjoni minn għarejjes, din l-informazzjoni tista' tinkiseb mill-Awtorita' tad-Djar peress li din l-iskema m'għadiex taqa' taħt ir-responsabbilita' tad-Dipartiment tal-VAT.
Leg 9 PQ #34470 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjoni W59/02 dwar il-VAT refund fuq spejjeż tat-tieġ li saret f'Jannar li għadda?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija diġa ġiet proċessata u l-ħlas dovut se jsir dalwaqt.
Leg 9 PQ #33548 Sitting 767 2002-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-patata li daħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #33549 Sitting 767 2002-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-ħass li daħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda taql-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #33550 Sitting 767 2002-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-kaboċċi li daħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #33551 Sitting 767 2002-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-pastard li daħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #34428 Sitting 767 2002-07-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Estimi 2002

Question

Billi l-gvern jidher li jrid jagħmel enfasi fuq diversi proġetti viżibbli kif ikkonfermat f'ċirkulari riċenti tas-segretarju permanenti OPM lis-segretarji permanenti, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-proġetti jinvolvux xi spiża addizzjonali għal dik li hemm fl-estimi 2002 kif ukoll kemm bi ħsiebu l-gvern jonfoq fuq kull proġett?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta l-Ministeru tal-Finanzi jalloka l-fondi taħt kull Vot, tkun il-prerogattiva ta' kull Ministeru għal liema skopijiet dawn il-fondi jintużaw. Fil-fatt, dawn jintużaw skond il-commitments li jkun daħal għalihom il-Ministeru rispettiv u skond il-prijoritajiet tiegħu. Għalhekk, il-programm ta' azzjoni msemmi hu wkoll parti mill-programm tal-Gvern, jifforma parti mill-prijoritajiet ta' kull Ministeru u, bħal ma hu normali, mistenni li jmur oltre minn Diċembru ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #34373 Sitting 765 2002-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda Environment Impact Assessment/Statement fil-Ministeru tiegħi fil-perjodu msemmi.