Jista' i-Ministru jgħid fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena kemm saru testijiet tal-breathalyser? Kemm-il sewwieq instab pożittiv? Kien hemm xi sewwieqa li kienu nvoluti f'xi inċident tat-traffiku li ġie mogħti l-breathalyser? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jagħti dettalji?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Mejju ta` din is-sena kien hemm 38 sewwieq/a li l-Pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv. Minn dawn 20 kellhom riżultat pożittiv, 2 kienu fin-negattiv filwaqt li 16 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut. Infurmat ukoll illi minn dawk li sarilhom dan it-test kien hemm 24 li kienu involuti f`xi inċident tat-traffiku. Minn dawn ta` l-aħħar 13 kellhom riżultat pożittiv filwaqt li 11 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut.
Pulizija — Apparat biex jiġi kkontrollat l-ispeed tal-vetturi
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li sa fl-aħħar jiġi wżat it-tagħmir li nġieb biex jiġi kkontrollat l-ispeed tal-vetturi fuq bażi uffiċjali? X'inhu jżomm milli dan jinbeda? Jekk saru xi testijiet fit-triq b'dan it-tagħmir, jista’ il-Ministru jgħid meta u fejn saru?
Response (BORG, TONIO)
Infakkar l-Onor. Interpellant fit-Tweġiba preċedenti li jien kont tajt dwar dan is-suġġett, ċioe` li l-provvediment legali meħtieġ biex il-Pulizija tkun tista` tagħmel użu mill-speed cameras kien ġie ppublikat fl-1 ta` Marzu 2002.
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ilha tagħmel użu minn l-speed cameras sa minn Mejju tas-sena l-oħra. Dan qed isir fil-By Pass ta` l-Imrieħel u fit-Triq tal-Barrani. Infurmat ukoll illi s`issa kien hemm 185 sewwieq li ngħataw ċitazzjoni wara li ġew irreġistrati fuq l-speed camera li kienu qed isuqu b`veloċita` aktar minn dik permessibli.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba f'dawn il-ħames xhur tas-sena nstabet droga fuq priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? X'kienet id-droga u f'’liema ammont? Fejn instabet? X' passi ttiehdu u kontra min? Kien hemm xi ħadd ieħor li fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin nstabu bid-droga? Jista’ il-Ministru jagħti d-dettalji?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-ewwel ħames xhur ta` din is-sena kien hemm tmien (8) okkażżjonijiet meta nstab xi trab suspettuż fuq priġunieri jew fiċ-ċelel tagħhom. F`dawn il-każi kienu involuti ħames priġunieri. Għad m`hemmx konklużjoni jekk din kenitx droga.
Ninsab infurmat ukoll illi l-każi kollha ġew mgħoddija lill-Pulizija u f`kull każ saret inkjesta maġisterjali. Dawn il-każi għadhom qed jiġu investigati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li a) qed jiskontaw sentenza u b) qed jistennew sentenza, li huma dipendenti fuq id-droga? Kemm minnhom huma barranin u ta' liema pajjiż? Jista’ jgħid kemm minnhom qed jingħataw kura regolari? Jista’ jgħid kemm għandu l-iżgħar wieħed u kemm l-akbar?
Response (BORG, TONIO)
Il-kura li tingħata kif ukoll is-sitwazzjoni medika tal-priġunieri huma ta` natura kunfidenzjali u ma nħossx li għandhom isiru pubbliċi.
Madanakollu ninsab infurmat illi fil-preżent hemm tlieta u għoxrin (23) priġunier li qed jagħmlu programm ta` riabilitazzjoni mid-droga; 7 fis-S.A.T.U., 6 f`Santa Marija/Sedqa u 10 mal-Caritas.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-uniformijiet il-ġodda ta' l-uffiċjali tal-korp tal-pulizija ħarġu difettużi kif ġie rrapportat dan l-aħħar fuq il-ġurnal l-Orizzont?
Response (BORG, TONIO)
Dwar dak li ġie irrapurtat fil-ġurnal imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, ninsab infurmat illi huwa minnu li l-qomos mogħtija f`dawn l-aħħar issues kienu itwal minn kif ikunu l-qomos fin-normal. Pero` dan mhux ikkunsidrat bħala difett minn naħa tal-kuntrattur. Dan sar proprju fuq talba tal-Korp stess. Inserraħ ras l-Onorevoli Interpellant illi kull meta irriżulta li kien hemm uniformijiet difettużi jew mhux skond l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija, dawn ġew irritornati lill-kuntrattur sabiex jirrimedja.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xi tibdiliet strutturali fit-Taqsima ta' l-Immigrazzjoni tal-MIA biex jiġu akkomodati r-regolamenti ta' Shengen? Jekk iva, fiex jikkonsisti dan it-tibdil strutturali?
Response (BORG, TONIO)
Meta Malta tkun parti mis-sistema ta` Schengen, ikun neċessarju illi l-istruttura fl-ajruport tkun skond dak li huwa definit mill-proċeduri stabbiliti. Huwa għaldaqstant neċessarju illi jsiru dawk it-tibdiliet strutturali biex jiġi aċċertat illi passiġieri li jkunu ġejjin minn pajjiżi li huma parti mix-Schengen area, ma jitħalltux ma` dawk illi jiġu mill-area barra mix-Schengen, jew vice versa. Dan irid isir b`mod u manjiera ukoll, illi anke dokumenti ma jkunux jistgħu jinbidlu, minn area għal oħra. Studju u pjanijiet għal dan it-tibdil strutturali, diġa` sar mill-MIA.
Jista' il-Ministru jikkonferma li persuna li ġiet maħtura chairman ġdid ta' waħda mill-korporazzjonijiet tal-utilities qiegħda tiġi nvestigata mill-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar il-każ li qed jirreferi għalih.
Jogħġbu l-Ministru jara l-għala t-talba tal-persuna li d-dettaljij tagħha qed jintbagħtu separatament lill-uffiċċju konġunt (File no. T113/97) sabiex tifdi ċ-ċens tal-propjeta tagħha, għadha ma ġietx iproċessata, minkejja li rċiviet l-acknolegement tat-talba tagħha fl-20 ta' Diċembru 2001?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fi żmien qasir l-applikant in kwistjoni ser jiġi infurmat bl-ammont li bih jista` jifdi ċ-ċens.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti pendenti quddiem kull Maġistrat li jikkonduċi l-inkjesti? Jista' il-Ministru jgħid ukoll minn meta bdew il-Maġistrati individwalment jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti każi ta' serq matul April 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul April 2003 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 86 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Mejju 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti każi ta' serq matul Mejju 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Mejju 2003 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 80 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex (minn fejn tinġabar l-istatistika) lokalitaż b'lokalita', fis-snin 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sal-31 ta' Mejju 2003) Jista' il-Ministru jikklassifika r-reati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex (minn fejn tinġabar l-istatistika) lokalita' b'lokalita', fis-snin 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sal-31 ta' Mejju 2003)? Jista' il-Ministru jikklassifika s-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx il-poter li joħorġu permessi temporanji għall-bars?
Response (BORG, TONIO)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal bars temporanji li jintramaw waqt xi attivitajiet bħal ma` huma festi reliġjużi.
F`dan il-każ japplika l-A.L. 119 ta` l-2002 li jistipula li ħadd ma jista` iwaqqaf xi posta f`xi triq jew jagħmel xi attivita` kummerċjali f`tali triq f`xi ġurnata jew ġranet speċjali jew speċifiċi mingħajr il-permess tal-Kunsill Lokali.
Ta` min jgħid ukoll illi l-Kummissarju tal-Pulizija, għal raġunijiet ta` ordni pubbliku eċċ jista` iwaqqaf jew jissospendi permess maħruġ mill-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-Maġistrati li qed jikkonduċu l-inkjesti f' dan il-pajjiż?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-maġistrati li qed jikkonduċu l-inkjesti f`dan il-pajjiż huma kif ġej:-
MALTA
Maġistrat Antonio Mizzi
Maġistrat Jacqueline Padovani
Maġistrat Saviour Demicoli
Maġistrat Abigail Lofaro
Maġistrat Giovanni Grixti
Maġistrat Consuelo Scerri Herrera
Maġistrat Miriam Hayman
Maġistrat Lawrence Quintano
GĦAWDEX
Maġistrat Paul Coppini
Maġistrat Antonio Micallef Trigona
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu li jiġi assenjat Imħallef speċifiku sabiex jippresidi s-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili u jekk hux beħsiebu wkoll jappunta Imħallef ieħor sabiex jgħin fix-xogħol tal-Qorti Kriminali?
Response (BORG, TONIO)
L-Onor. Membru huwa infurmat, l-ewwel li l-assenjazzjoni tad-dmirijiet tal-ġudikanti qiegħed isir mill-Prim Imħallef u mhux mill-Ministru, it-tieni li reċentement ġie maħtur imħallef ieħor u għalhekk il-kumpliment huwa presentement wieħed sħiħ.