Min hu l-propjetarju tal-artijiet li fuqhom hemm applikazzjoni għall-iżvilupp mingħand il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37455.
Ninsab infurmat illi l-persuna li għamlet l-applikazzjonijiet li saret referenza għalihom iddikjarat li hija s-sid tal-art ikkonċernata.
Dwar il-parti mill-art li tappartjeni lill-Uffiċċju Konġunt ninsab infurmat li l-Knisja talbet lill-Uffiċċju Konġunt biex jinkludi l-art in kwistjoni f`Annex 8 bħala proprjeta` trasferita lil Gvern skond il-ftehim li sar bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti. Jirriżulta iżda li terzi persuni issottomew dokumenti lill-Uffiċċju Konġunt fejn qed jgħidu li għandhom titolu fuq l-istess art. Peress li l-Uffiċċju Konġunt għandu dokumenti li juru mod ieħor, il-każ jinsab quddiem il-Qorti.
Kemm fil-fatt kienu n-numri ta' tmiem tar-raba u xagħri li l-Gvern xtara mingħand il-knisja matul dawn l-aħħar snin? Kemm minnhom huma bi qbiela u kemm minnhom b'ċens?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jivverifika l-informazzjoni li għandu dwar proprjeta` trasferita lil Gvern mill-Entitajiet Ekklesjastiċi. Qabel ma jitlesta dan il-proċess, id-Dipartiment mhux f`pożizzjoni li jagħti statistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm biex dan is-sajf il-Protezzjoni Ċivili tagħti l-għajnuna tagħha lil xi ħadd li kien fil-periklu ta' għarqa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġie msejjaħ tmintax 18-il darba biex jagħti għajnuna lil xi ħadd li kien f`diffikultajiet fil-baħar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?
Response (BORG, TONIO)
Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti u, iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-Mistoqsija.
Ix-xogħlijiet ta' bini ta' ħitan tal-franka u tal-konkos fit-triq prinċipali tal-Wardija kienu koperti bil-permessi? X'passi ttieħdu jekk jirriżulta li ma hemmx?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret minn uffiċjali tas-sezzjoni tal-Infurzar tal-MEPA ma ġew innotati l-ebda ħitan tal-franka u tal-konkos fit-Triq prinċipali tal-Wardija. Ikun utili jekk l-Onorevoli Interpellant jispeċifika fejn dan ix-xogħol qiegħed isir.
Jista' il-Ministru jaġġornani dwar l-enforcement notices li nħarġu fuq ix-xogħlijiet u t-twaqqiegħ tal-ħitan tas-sejjieħ fit-toroq ta' Burmarrad u tas-Salini?
Kemm inħarġu permessi mill-MEPA għall-xogħlijiet ta' rijabilitazjoni/restawr, eċċ fil-widien u l-kampanja u liema widien u partijiet tal-kampanja jkopru dawn il-permessi f'Malta u Għawdex separatament?
Response (BORG, TONIO)
Il-MEPA toħroġ numru ta` permessi dwar xogħlijiet li jsiru fil-widien jew fil-kampanja, u dawn il-permessi jinkludu numru ta` xogħlijiet li jistgħu jitqiesu bħala riabilitazzjoni jew restawr.
Għaldaqstant biex twieġeb din il-mistoqsija, il-MEPA għandha bżonn ta` aktar tagħrif fuq liema tip ta` riabilitazzjoni jew restawr f`widien jew fil-kampanja qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Matul din is-sena kemm kien in-numru ta' kmamar għall-użu tal-biedja li ġew approvati mill-MEPA u kemm ġew rifjutati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul il-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u l-5 ta` Diċembru 2002, il-MEPA approvat 95 applikazzjoni għal xi tip ta` kamra għal użu agrikolu, filwaqt li rrifjutat 156 talbiet simili għax ma kienux konformi mal-policies tal-Awtorita`.
Jista' l-Ministru jindika r-rata ta' kriminalita' f'Wied il-Għajn bejn l-1998 u s-sena 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-reati rappurtati lill-Pulizija li seħħew ġewwa Wied il-Għajn bejn l-1998 u s-sena 2002, huma kif ġej:
1998
1999
2000
2001
2002*
348
374
307
366
304
*sat-30/11/02
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li għall-finijiet tal-pensjoni, dawk il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li ġew ingaġġati fil-15 ta’ Frar, 1999 jibbenefikaw mill-pensjoni wara 25 sena servizz bħall-pulizija u l-uffiċjali korrettivi?
Response (BORG, TONIO)
Il-kundizzjonijiet li taħthom ġew ingaġġati membri fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma jipprovdux sabiex tingħata pensjoni wara ħamsa u għoxrin sena servizz.
Kienet ingħatat konċessjoni speċjali lil dawk il-membri tal-Pulizija li ġew trasferiti għal dan id-Dipartiment sabiex dawn setgħu ikomplu jibbenefikaw minn pensjoni wara ħamsa u għoxrin sena servizz, liema benefiċċju kienu diġa` qegħdin igawdu waqt is-servizz fil-Korp tal-Pulizija, u li ma kenux koperti mill-abbozz ta` Liġi pubblikat taħt l-Amministrazzjoni preċedenti.
Jista' il-Ministru jgħid jekk inħariġx permess biex jitpoġġew imwejjed u siġġijiet fi ġnien Hastings fil-Belt Valletta? Min ħareġ il-permess? Min ħareġ dan il-permess ta kas tal-periklu kontinwu għal-waiters, u x'effett ser ikollu fuq iċ-ċittadini? Qiegħed jitħallas xi dritt talli qed tintuża art pubblika għal skop ta' negozju? Għandu dritt il-managment tar-ristorant faċċata, jostakola l-bankina bil-billboards?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fit-3 ta` April 2001, l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet permess li kien approvat mid-DCC l-applikazzjoni PA4245/98 fejn ġie awtorizzat li jitpoġġew siġġijiet u imwejjed kif imsemmi mill-Onor. Interpellant. Tajjeb li jingħad li waqt il-proċess ta` l-applikazzjoni il-MEPA ma kellha l-ebda oġġezzjoni minn xi ċittadin dwar dan il-permess.
Infurmat ukoll illi d-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ encroachment permit għat-tqegħid ta` imwejjed u siġġijiet f`parti minn ġnien Hastings lill-management tar-ristorant wara li dawn ottenew il-permess tal-Awtorita` ta` l-Ambjent u l-Ippjanar. Dan l-encroachment permit huwa suġġett għall-miżata ta` Lm380.00 fis-sena.
Minn spezzjonijiet li għamlet il-Pulizija ma irriżultax li l-bankina qed tiġi ostakolata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm għandhom eta'? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa u mil-liema pajjiżi ġejjin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fis-6 ta` Diċembru 2002 in-numru ta` priġunieri kien ta` mitejn u ħamsa u disgħin (295) li minnhom ħmistax (15) huma nisa u mitejn u tmenin (280) irġiel.
Dawn ġejjin minn diversi pajjiżi kif jidher hawn taħt:-
Nazzjonalita`
Irġiel
Nisa
Total
Maltin
186
4
190
Libjani
57
1
58
Ingliżi
7
4
11
Alġerini
2
0
2
Bangladesh
3
0
3
Bulgaria
3
0
3
Olanda
3
2
5
Eġizzjani
3
0
3
Taljani
3
1
4
Lebaniżi
1
0
1
Niġerjani
3
2
5
Palestinjani
1
0
1
Portugizi
1
0
1
Sudanizi
2
0
2
Tuneżini
5
0
5
Torok
0
1
1
Jugoslavi
2
0
2
TOTAL
280
15
295
Eta tal-prigunieri:
15 sa 17 il-sena
Xejn
18 sa 20 sena
8
21 sa 24 sena
44
25 sa 29 sena
60
30 sa 34 sena
59
35 sa 39 sena
52
40 sa 49 sena
47
50 sa 59 sena
21
60sena u aktar
4
295
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li ġew irrapurtati lill-pulizija ta' każi ta' stupru u ta' attentati ta' stupru? F'liema lokalitajiet saru dawn il-każi? Jista' jgħid ukoll jekk ittieħdux passi bil-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi sa l-aħħar t`Ottubru 2002 kien hemm ħdax-il każ ta` allegazzjonijiet ta` stupru. Għaxar persuni tressqu l-Qorti fuq dawn il-każijiet. Erba` każijiet għadhom qed jiġu nvestigati. Kien hemm ukoll żewġ każijiet oħra (barra l-ħdax) fejn il-kwerela ġiet irtirata. Infurmat ukoll illi dawn il-każijiet ġew irrapurtati li seħħew San Ġiljan, Fgura, Raħal Ġdid, Buskett, Birkirkara, Msida, Żurrieq, Isla, Rabat, Qormi u Żebbuġ.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fi sqaq Sejduna ossia Seguna Ħal Mann limiti ta' Ħal Lija sarx bini fuq art tal-gvern minn individwi privati? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn riċerki li saru mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma jirriżultax li sar bini fuq art tal-Gvern fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li l-post 25, Triq Xandru, Bormla preżentement f'idejn l-Uffiċċju Konġunt jinħareġ għall-bejgħ possibbilment bi prezz aktar konvjenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jagħmel il-verifiki neċessarji qabel ma tittieħed deċiżjoni jekk il-fond jinbiegħx skond id-disposizzjonijiet tal-Att dwar it-Trasferiment ta` Artijiet tal-Gvern.
Night clubs/Discos — Spezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet din is-sena minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'night clubs, discos etc. Instabu xi nuqqasijiet? X'passi ttieħdu fejn irriżulta li kien hemm nuqqasijiet?
Response (BORG, TONIO)
Il-Bord ta` Sorveljanza għas-Saħħa u għall-Ħarsien f`Lokalitajiet ta` Divertiment skond ir-Regolament 13 tar-Regolamenti ta` l-1995 dwar iż-Żamma ta` Bon Ordni f`lokalitajiet ta` divertiment li għandu rappreżentanza fih id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, iltaqa` seba` darbiet fejn wettaq spezzjonijiet f`diversi stabbilimenti ta` divertiment ġewwa Paċeville, Buġibba u San Ġwann.
Nuqqasijiet li nstabu matul dawn l-ispezzjonijiet ġew irrapurtati lill-Pulizija.
Peress li l-liġi ma tippermettix li viti ta' l-ilma f'discos, night clubs etc, jinżammu magħluqa, jista' il-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet għall-għarrieda biex ikun żgurat li dan qed jiġi osservat? Jekk iva, kemm saru s'issa? Jekk le, għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23181, ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f`postijiet ta` divertiment għal kwalunkwe` ksur ta` xi regolamenti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' serq irrapurtti lill-pulizija f'Novembru ta' din is-sena? Kemm kien hemm serq, minn djar, minn lukandi, ristoranti etc?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-istatistika tal-Pulizija għax-xahar ta` Novembru, għadha qed tinġabar.