Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30489 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30361, jista' l-Ministru jgħatini d-dettalji ta' l-ismijiet u l-indirizzi tal-ġeneru ta' business elenkati fil-mistoqsija indikata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30494 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li s-sidien ta' propjeta', li l-istess sidien ma humiex abitanti fiha, u li din il-propjeta' kienet b'ċnus għand il-knisja u li issa qiegħda għand il-Joint Office jistgħux jifdu ċ-ċens ta' din il-propjeta' għand il-Joint Office?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċnus li jitħallsu fl-Uffiċċju Konġunt u li jistgħu jinfdew huma dawk kif imsemmija fid-diskors tal-budget u fl-istqarrija għall-istampa li ħarġet wara l-budget ta` din is-sena dwar bejgħ ta` proprjeta` li kienet tal-Knisja. Għar-rigward proprjeta` oħra, trid issir talba u tiġi kunsidrata fuq il-merti tagħha.
Leg 9 PQ #30534 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-korp tal-pulizija li diġa għalqu il-25 sena servizz? F'liema rank? Kemm hu mistenni li jirtiraw għaliex jkunu laħqu l-eta' tal-irtirar matul l-2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` membri tal-Korp li għalqu jew ser jagħlqu 25 sena servizz is-sena d-dieħla, huwa kif ġej: 2001 2002 Kummissarju 1 - Deputat Kummissarju 1 - Assistent Kummissarju 4 - Supretendent 13 - Spettur 11 - Surġent Maġġur 2 - Surġent 45 3 Kuntistabbli 103 2 Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, dan jiddependi assolutament fuq l-individwu kkonċernat u għaldaqstant mhux possibli li wieħed jipprevedi kemm ser ikun dan in-numru.
Leg 9 PQ #30546 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Protezzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' mpjegati li ddaħħlu fit-taqsima tal-protezzjoni ċivili minn dipartimenti oħra u li ma humiex fil-korp tal-pulizija, x'inhi r-raġuni li qed issir deskriminazzjoni magħhom fis-sens li mhux qegħdin jingħataw id-dritt għall 25 sena servizz li jgawdu l-pulizija u x'inhi r-raġuni li ma jiddaħlux iżjed nies sabiex jirriplejsjaw l-istess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-kondizzjonijiet għall-ingaġġ li għalihom iffirmaw dawk kollha li daħlu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma hemm l-ebda klawsola li tgħid illi dawn jistgħu jibbenefikaw mid-dritt li jirtiraw bil-pensjoni wara 25 sena servizz. Kien fil-każ ta` dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew trasferiti għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili illi l-Gvern ta` l-konċessjoni li dawn setgħu jibqgħu jgawdu mill-kundizzjonijiet ta` pensjoni li kienu intitolati għalihom bħala membri tal-Korp tal-Pulizija. Għalhekk m`hu qed issir l-ebda diskriminazzjoni lejn dawk li ma kienux membri tal-Korp tal-Pulizija qabel ma ġew ingaġġati fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li wara kollox volontarjament għażlu li jiġu trasferiti ma` dan il-Korp.
Leg 9 PQ #30397 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Proġett — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-iżviluppaturi ta' dan il-proġett għandhomx il-firmatarji tal-kuntratt oriġinali? Jekk le kemm-il darba nbidlu u minn huma dawk t'issa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-firmatarji tal-kuntratt oriġinali kienu il-kumpanija Fort Chambray Ltd. F’Jannar 1996 il-Gvern irrikonoxxa lill-Kumpanija Forti Development Ltd. bħala l-utilista ta’ tmenin fil-mija (80%) ta’ l-art għall-iżvilupp residenzjali li akkwistat permezz tal-kuntratt tat-22 ta’ Novembru 1995 u lill-Forti Resort Hotel Ltd bħala utilista ta’ l-art għall-iżvilupp ta’ l-Hotel li akkwistat permezz tal-kuntratt li sar ukoll fit-22 ta’ Novembru 1995.
Leg 9 PQ #30398 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Proġett — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-klawsoli kollha tal-kuntratt dwar il-proġett ta' Forti Chambray humiex qed jiġu osservati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kundizzjonijiet tal-kuntratt qegħdin jiġu osservati imma f’dak li hu xogħolijiet rigward il-Units residenzjali u l-Hotel, l-iżviluppaturi ma imxewx maż-żmien stipulat fil-kuntratt. Il-Units residenzjali, minbarra numru żgħir minnhom, tlestew. Rigward l-Hotel din għadha ma bdietx tinbena.
Leg 9 PQ #30399 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Forti Chambray — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' restawr sar fuq il-Forti Chambray u kemm huwa stmat li jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta’ restawr li sar s’issa fuq il-Forti Chambray minn kemm ilu li ħareġ il-permess PA 3941/93 li jġib id-data tal-31 ta’ Lulju 1995, kien it-tindif minn ħaxix ‘ħażin’ minn parti mis-swar, ir-restawr tad-deffun u ċmieni fuq is-saqaf tal-barracks ta’ l-Ordni u r-restawr tal-loġoġ ta’ l-istess barracks. L-Awtorita` ta’ l-Ippjanar mhix f’pożizzjoni li tagħmel stima tax-xogħolijiet li saru.
Leg 9 PQ #30400 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Proġett tal-Forti Chambray — Xogħolijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħolijiet fuq il-proġett tal-Forti Chambray twaqqfux sakemm ġew regolarizzati l-irregolaritajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-xogħolijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ azzjoni ta’ nfurzar huma weqfin sakemm jiġu regolarizzati jew jitneħħew.
Leg 9 PQ #30401 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Forti Chambray — Irregolaritajiet

Question

Kemm mill-irregolaritajiet f'Forti Chambray ġew sanzjonati jew l-iżviluppatur reġġa x-xogħol lura għall-stat oriġinali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi xogħolijiet li kienu qed isiru mingħajr permess twaqqfu, iżda ma jidhirx illi ġew sottomessi applikazzjonijiet biex jiġi ssanzjonat l-iżvilupp. L-avviżi ta’ nfurzar għadhom pendenti peress illi l-iżvilupp illegali għadu ma tneħħiex. Ta’ min jgħid li sadanittant saru diversi laqgħat fejn l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar indikat lill-iżviluppatur u l-periti tiegħu x’miżuri jeħtieġ jittieħdu minnhom sabiex l-ebda binja antika ma tiġi kompromessa.
Leg 9 PQ #30402 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Proġett Forti Chambray — Enforcement Notice

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice inħarġet fuq il-proġett tal-Forti Chambray? X'inhuma r-referenzi ta' dawn l-enforcement notices? X'kienu l-illegalitajiet li jindirizzaw u meta inħarġu?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #30419 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Intern

Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati inċidenti (fl-għassa tal-Ħamrun) li ġraw bejn it-traffic lights li jirregolaw it-traffiku fil-Blata l-Bajda fid-direzzjoni tal-Belt f'dawn l-aħħar 3 snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 1999 u t-30 ta’ Novembru 2001, ġew irrapurtati lill-Pulizija (fl-Għassa tal-Ħamrun) 4 inċidenti stradali fil-post imsemmi mill-Onor. Interpellant. Dawn kollha ġew irrapurtati matul din is-sena.
Leg 9 PQ #30424 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Żvilupp tax-Chalet

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 30286, jista' l-Ministru jgħid min ġie magħżul għall-offerta Avviż Nru. 202 għall-iżvilupp tax-Chalet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-għola offerta għadha qed tiġi kkunsidrata mill-Kumitat tal-Kuntratti. Ma nħossx li huwa prudenti li jiġi żvelat l-isen ta’ dan l-offerent f’dan l-istadju.
Leg 9 PQ #30425 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħamiem

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi dwar persuna li d-dettalji tagħha u ritratti li juru dan li qed ngħid, qed ngħaddi separatament li allegatament qed titma l-ħamiem li qed jinfesta il-viċinanzi. Tistax tittieħed azzjoni dwar dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qatt ma kellha xi lment mill-ġirien kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant u lanqas ma huwa reat kriminali li persuna titma’ l-ħamiem. Imma billi skond l-artikolu 125(2) tal-Kodiċi tal-Pulizija, iż-żamma ta` iżjed minn sitt ħamiem ġewwa l-limiti tal-Furjana, mhux permess mingħajr liċenzja ta’ l-awtorita` sanitarja, nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #30375 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qawra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30248?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi wara l-inċident li kien seħħ nhar is-26 ta` Ottubru 2001, barra l-post isemmi mill-Onorevoli Interpellant fejn tlett membri tal-Korp tal-Pulizija kienu ġew aggrediti u msawta minn numru ta` persuni, kienu ġew imressqa quddiem il-Qorti erba` persuni. Dan il-każ għad ma ġiex deċiż.
Leg 9 PQ #30379 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex tikkonsisti l-policy and design guidance - fish farming addottata f'Mejju 1994 u emendata? Tista' tpoġġi kopja fuq il-mejda tal-kamra?

Response (BORG, TONIO)

Il-Policy & Design Guidance for Fish Farming maħruġ fl-1994 jipprovdi linji gwida għall-industrija ta` l-akwakultura f`dak li għandu x`jaqsam ma` l-ippjanar ta` l-iżvilupp. 4 kopji tal-guidelines u ta` l-emenda qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Aktar kopji ta` dawn il-guidelines jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Leg 9 PQ #30390 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Bini Ġdid — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jingħata l-kumpens xieraq lill-persuna hawn taħt indikata, tal-posta li ttieħdilha sabiex sar bini ġdid floku?

Response (BORG, TONIO)

Skond ir-riċerki li għamel id-Dipartiment ta` l-Artijiet, il-persuna indikata mhix is-sid tal-proprjeta` li d-dettalji tagħha ingħataw mill-Onorevoli Membru taħt Separate Cover Section. Il-kuntratt tax-xiri tal-proprjeta` imsemmija ġie iffirmat mas-sid fit-28 ta` April 1999.
Leg 9 PQ #30278 Sitting 667 2001-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Imtarfa — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar tliet snin ma nfetħitx Għassa tal-Pulizija fl-Imtarfa? Jista' l-Ministru jikkunsidra li tinfetaħ din l-għassa peress li dan il-bżonn kull ma jmur qed dejjem jinħass fost il-komunita ta' l-Imtarfa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din il-proposta qed tkun ikkunsidrata.
Leg 9 PQ #30359 Sitting 667 2001-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tat-topic paper ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar ir-retail?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tat-topic papers dwar ir-retail mħejjija mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Aktar kopji ta` dawn it-topic papers jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Leg 9 PQ #30360 Sitting 667 2001-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tat-topic paper dwar it-turiżmu mħejjija mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tat-topic papers dwar it-turiżmu mħejjija mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Aktar kopji ta` dawn it-topic papers jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Leg 9 PQ #30362 Sitting 667 2001-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tfassal policies dwar 1) pompi tal- petrol 2) żviluppi industrijali fi nħawi residenzjali 3) shooting ranges 4) żviluppi barra nħawi mibnijijn 5) ipparkjar barra ħwienet, uffiċini, stabbilimenti tal-ikel?

Response (BORG, TONIO)

Rigward id-domanda ta` l-Onorevoli Interpellant hawn taħt hawn il-lista tal-policies mitluba. 1) pompi tal-petrol - hemm abbozz li se jiddiskutih il-Bord fil-bidu tas-sena. 2) żviluppi industrijali fi nħawi residenzjali - L-IPSE bil-kollaborazzjoni ta` l-MDC u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ikkommisjonat il-Micro-enterprise study. Ir-Rapport bħalissa qiegħed jiġi evalwat mit-tlett organizazzjonijiet bl-iskop li jiġu mfassla policies fuq żvilupp industrijali ġo żoni residenzjali. 3) shooting ranges - hemm abbozz ta` policy li għadu mhux finalizzat. 4) żviluppi barra nħawi mibnijin - ġiet proposta policy għal dan il-għan fil-North West Local Plan u ser jiġu mfassla policies simili fil-Pjani Lokali pendenti l-oħra. 5) ipparkjar barra ħwienet, uffiċini, stabbilimenti tal-ikel - ġiet abbozzata policy li se tiġi finalizzata fil-bidu tas-sena d-dieħla.