B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28014, jista' l-Ministru jgħid meta se jitqassmu l-laptops lill-għalliema tal-livell sekondarju u kemm se tkun in-nefqa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kif miftiehem ma' l-MUT, hija l-intenzjoni tad-Divizjoni li tqassam laptops lill-għalliema ta' l-iskejjel sekondarji bejn l-2008 u l-2011. Meta jiġi konkluz il-kuntratt tal-Leasing Tender inkunu nafu l-ispiza involuta.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W425 u jgħid xi programmi u inizjattivi ħadet l-Universita' matul din is-sena akkademika u x'inhuma l-pjani għas-sena akkademika li għadha kemm bdiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jiġi kumpilat tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W422 u jgħid x'ġie implimentat minn Rapport Spiteri matul l-aħħar sentejn skolastiċi separatament? X'inhu ippjanat li jsir matul is-sena d-dieħla?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser ngħaddi lill-Onor. Membru t-tagħrif mitlub fil-Mistoqsija.
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Trasferiment ta' persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li persuna li taħdem ta' Senior Tradesman (carpenter) fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni tiġi trasferita għal Workshop Technician fl-istess dipartiment, liema karigi ġejt infurmat li huma t-tnejn scale 14?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għalkemm Senior Tradesman u Senior Technician huma t-tnejn fi Skala14, il-career progression hija differenti u li l-vakanzi fil-gradi ta' Tradesman kif ukoll Technician jimtlew wara sejħa għall-applikazzjoni għall-post rispettiv u mhux sejħa waħda komuni.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28200 u jgħid min hija l-persuna li tqabbdet mill-MCAST biex tkun bħala external member waqt l-interviews li jsiru mill-kulleġġ? X’inhi r-raġuni li jkun hemm din il-persuna waqt dawn l-intervisti? Kif ġiet magħżula u kemm qed titħallas?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-MCAST ikollu diversi external members fuq interview boards għal raġunijiet ta' trasparenza u ta' 'know how' fis-suġġett partikolari. Normalment l-għazla ssir fuq bazi ta' ħiliet u l-ħlas huwa ta' Lm10 s-siegħa.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28201 u jgħid x’inhu r-rwol tal-counsellor ġewwa l-MCAST? Min ġie magħżul u meta? Xi kwalifiki għandha din il-persuna u kif sar il-proċess ta’ l-għażla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rwol ta’ Counsellor fl-MCAST jikkonsisti primarjament f’li jipprovdi servizz ta’ counselling u guidance fil-Kulleġġ. Flimkien mal-Counsellors l-oħra fil-Kulleġġ, jifformula u jimplimenta programm ta’ counselling u attivitajiet simili; imexxi sessjonijiet ta’ counselling u guidance ma’ studenti individwali u / jew ma’ gruppi ta’ studenti; jiggwida lill-istudenti, u l-ġenituri tagħhom jekk tinħass il-ħtieġa, fl-għażliet u d-deċiżjonijiet edukattivi u vokazzjonali; jgħin lill-istudenti fil-ħtiġijiet u problemi personali; jirreferi studenti lil aġenziji u servizzi oħra skond il-bżonn; jipprepara u jqassam materjal dwar żvilupp personali u soċjali, u jorganizza attivitajiet fil-Kulleġġ u barra mill-Kulleġġ flimkien ma’ awtoritajiet oħra.
Il-persuna li dan l-aħħar ġiet appuntata Counsellor b'effett mit-2 ta' Ottubru 2007, għandha Master of Arts in Education Studies u hija membru tal-British Association for Counselling and Psychotherapy.
Il-proċess ta’ l-għażla sar skond il-proċedura stabbilita fl-MCAST għal skopijiet ta’ reklutaġġ.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28202 u jgħid x’inhu x-xogħol tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma’ l-MCAST meta din taħdem full-time ma’ l-MPO?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament tagħmel xogħol part-time fl-MCAST relatat ma' programmi ta' European Union Mobility Programmes. Informat li dan ix-xogħol ma jaffettwax l-ingaġġ li għandha l-persuna ma' l-OPM u li l-arranġament huwa wieħed temporanju sakemm il-kulleġġ jingaġġa persuna full-time wara li sejħa għall-applikazzjonijiet ma tat l-ebda rizultat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28523 u jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati full time u part-time fil-lukandi u fir-ristoranti kemm f'Malta u f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' ħaddiema full-time u part-time li kienu jaħdmu fil-lukandi u ristoranti f'Malta u f'Għawdex fl-aħħar ta' Ġunju 2007, kienu kif ġejjin:
Lukandi u Ristoranti Malta Għawdex Total
Full Timers 7,907 671 8,578
Part Timers bħala xogħol ewlieni tagħhom 4,914 482 5,396
Part Timers li għandhom xogħol full time ukoll 3,135 217 3,352
Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li l-aħħar statistika ppublikata hi dik ta' Ġunju 2007.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li f'każ ta' ġenituri pensjonanti u li t-tfal tagħhom jattendu l-MCAST u jirrepetu l-klassi dawn it-tfal jibqgħu jingħataw l-istipendju biex ma jkunux ta' piż fuq il-familja tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Avviz Legali dwar l-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jagħmilha ċara li studenti li qed jirrepetu l-istess sena jew li ma jkunux qed jirreġistgraw progress fl-istudji tagħhom, titwaqqfilhom l-għotja ta’ manteniment sakemm jerġgħu jibdew jagħmlu progress. Dan jgħodd għall-istudenti kollha li jieħdu stipendju u mhux biss għal dawk ta’ l-MCAST.
B'dankollu tajjeb li l-individwu konċernat jikteb direttament lili b'tagħrif dwar iċ-ċirkostanzi tal-familja bl-iskop li nara hemmx xi għajnuna li tista' tiġi konsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal ix-xogħol tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola Guzeppi Despott? Kemm intnefaq s'issa fuq dan il-proġett? Meta hu maħsub li se jitlesta ix-xogħol u l-iskola terġa' tibda topera?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tlestiet l-ewwel fazi tax-xogħol tal-bini u inbdew xogħolijiet ta' finitura. S'issa intefqu Lm478,276 fuq dan il-proġett. Informat li hu maħsub li l-iskola l-ġdida sekondarja subien, kulleġġ Santa Margerita, tkun tista' tibda l-proċess ta' l-operat tagħha fis-sena skolastika 2008 - 2009.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet minn clubs tal-football biex tingħatalhom biċċa art biex jibnu ground tagħhom? F'liema lokalitajiet? Meta saret kull talba?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, maqsuma f'irġiel u nisa? F'kull każ kemm huma taħt it-21 sena? Kemm minn dawn tal-aħħar ilhom jirreġistraw aktar minn sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Settembru 2007 fuq l-Ewwel Parti u t-Tieni Parti tar-Reġistru kien ta’ 5,940 u 689 rispettivament.
Kien hemm 4,941 irġiel u 1,688 nisa. Minn dawn kien hemm 671 persuna taħt l-20 sena, 377 irġiel u 294 nisa. Kien hemm 2,566 persuni li kienu ilhom jirreġistraw minn 12-il xahar ‘il fuq, 2,166 irġiel u 400 nisa.
Nirreferi lill-Onor. Membru li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandha taqsimiet ta’ l-etajiet differenti minn dik mitluba. B’hekk il-figuri mgħotija kienu taħt l-20 sena u mhux taħt il-21 sena.
Informat ukoll li kien hemm 298 persuna Ii sabu xoghol matul ix-xahar ta’ Settembru 2007 u li qabel kienu qed jirregistraw ghax-xoghol ma’ l-ETC.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28209 u jgħid kemm ġie wżat fuel biex tissaħħan il-vaska tal-pixxina nazzjonali minn Jannar sa l-20 ta' Ottubru? Min hu l-kuntrattur li jissuplixxi l-fuel? X'tip ta' fuel hu? Meta ngħata l-kuntratt? Kemm sewa l-fuel li ssuplixxa din is-sena? Kemm tħallas?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-fuel uzat biex tissaħħan il-vaska tal-Pixxina Nazzjonali minn Jannar sa l-20 ta' Ottubru kien 160,000 litru. Fil-perjodu Jannar - Marzu, d-diesel ġie mixtri mill-Korporazzjoni EneMalta. Il-kuntrattur attwali Falzon Service Station ingħata l-kuntratt f'April 2007 wara sejħa għal tenders. It-tip ta' fuel uzat huwa diesel. L-ispiża għall-fuel mixtri din is-sena kienet ta' Lm57,584.57 u s'issa tħallsu Lm48,101.63.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28208 u jgħid jekk matul din is-sena l-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq hux se tagħlaq fix-xhur tax-xitwa? Minn meta sa meta? Kien hemm xi bookings minn barra għal dan iż-żmien?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għal din is-sena m’hemmx il-ħsieb illi l-pixxina nazzjonali tingħalaq, ħlief għal ġimgħa ta’ bejn il-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28205 u jgħid x’inhi r-raġuni li dawk l-istudenti li għamlu kors part-time fl-MCAST tad-2D Computer Aided Draughting & Design Auto CAD 2006/07 għadu ma sarx l-eżami online li kellu jsir? Meta huwa maħsub li jsir dan minħabba li qed iżomm milli l-istudenti jkomplu bil-kors li jmiss wara dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ezami tat-teorija fit-2D Computer Aided Draughting and Design flimkien ma' l-ezamijiet tal-prattika saru f'Lulju 2007, tneħħi għal student wieħed biss li minħabba impenji personali sarulu l-ezamijiet f'Settembru 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-għaqdiet li għamlu użu mill-kumpless sportiv tal-Kottonera matul dawn l-aħħar tnax-il xahar? Kemm kien id-dħul tal-kumpless matul dan il-perijodu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għaqdiet li uzaw il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera matul dawn l-aħħar tnax-il xahar:
National
Association of Arms Collectors & Target Shooters
Malta Badminton association
Malta Judo Federation
Malta Netball Association
Malta Volleyball Association
Malta Weightlifting Federation
Traditional Karate Federation of Malta
Clubs
Aerobic Classes
Foreign Netball Teams
Kick Boxing Club
Tigne' Judo Nursery
Education
Education Division - Skolasajf
Various Schools as well as Primary/Secondary, Government/Private/Church
Non Sport
Care Malta Institution
Komunita' Tiġi Saltnatek
Neo Katekomunali
Richmond Foundation
Various Canine Shows
Il-Kumpless kien jintuza wkoll għall-programmi sportivi tal-KMS:
Active Youngsters
Girls on the Move
Skolasport
Summer on the Move
Informat li l-ammont tad-dħul mill-Kumpless kien ta' Lm 44,529.24.