Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #3681 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Stipendju ta' l-istudenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern fl-istipendji ta’ l-istudenti kollha ta' l-Universita' matul is-sena 2002? Jista' jgħid jekk din l-iskema ta' stipendji jibbenefikawx minnha anke studenti barranin, u jekk le, jekk dawn jibdewx jibbenefikaw minnha hekk kif Malta tidhol fl-UE?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2002, l-istudenti ta' l-Universita' intitolati għall-Għotja tal-Manteniment ħadu bejniethom is-somma ta' Lm 4,154,720. Biex wieħed jibbenifika minn din l-iskema jrid ikun ilu jgħix Malta almenu ħames snin biex jibda jibbenefika. Il-parti l-kbira ta' l-istudenti barranin li jattendu l-Universita' mhux ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u allura fi kwalunkwe każ ma jibbenefikawx.
Leg 10 PQ #3524 Sitting 84 2003-12-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Fringe benefits lid-diretturi tal-bord

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-fringe benefits li jingħataw lid-diretturi fuq il-bord ta' l-ETC?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ir-remunerazzjoni taċ-Chairman, Deputy Chairman u d-Diretturi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (E.T.C.) hi Lm 6000, Lm 1200 u Lm 1200 rispettivament. Iċ-Chairman għandu l-użu ta' karozza, telefon ċellulari, l-użu ta' Personal Computer u l-ġurnali lokali. Id-Deputy Chairman għandu allowance għall-petrol.
Leg 10 PQ #3526 Sitting 84 2003-12-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

E-learning

Question

Jista' il-Ministru jispjega dak li ssemma fid-diskors tal-budget dwar E-learning u minn fejn se jittieħdu l-fondi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li e-learning huwa programm ta' l-Ewropa biex l-ICT jiġi integrat b'mod effettiv fit-tagħlim u taħriġ (2004-2006). Għaldaqstant il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni bena infrastruttura ta' networking fl-iskejjel kollha ta' l-istat, kemm primarji kif ukoll sekondarji. Il-computer student ratio fl-iskejjel primarji u sekondarji huwa fil-fatt wieħed mill-aktar għoli fl-Ewropa. Barra minn hekk fis-sena 2001 il-Gvern nieda proġett ta' erba' snin biex fl-iskejjel kollha jiddaħħal il-broadband internet. F'dan il-proġett il-Gvern se jkun investa Lm1,200.000 biex b'hekk il-computers kollha fl-iskejjel ikunu networked u jkollhom il-faċilita' ta' l-internet. Informat ukoll li id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti minn Ottubru 2003 beda programm ta' e-learning fil-Fiżika li jwassal sal-livell ta' SEC. Dan il-programm jikkonsisti minn 30 lezzjoni fuq l-internet. Il-kors jinkludi wkoll xogħol dwar it-topic li jkun qed jiġi studjat. Dan ix-xogħol jiġi immarkat minn tutor. Kull korrispondenza issir bl-e-mail. Dawk kollha li jieħdu l-kors għandhom l-opportunita' li darba kull xahar jiltaqgħu mat-tutur personalment. Biex jikkumplimenta dan il-kors (imma mhux meħtieġ għall-finijiet tal-kors) ġew iffilmjati tletin programm li qed jintwerew fuq Channel 22. Il-ħlas għall-kors kollu huwa ta' Lm25.00. Bl-Għajnuna ta' l-ITS għadu kif beda jiġi mhejji kors elemtari fil-Ġermaniż. Dan il-kors se jiffoka fuq l-industrija turistika. Hemm il-ħsieb li jsiru żewġ korsijiet oħra fil-Matematika u fil-Malti għall-livell ta' SEC. Il-fondi biex jitħallsu l-għalliema u l-materjal meħtieġ jittieħdu mill-fondi tad-Dipartiment ta'-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti.
Leg 10 PQ #3465 Sitting 82 2003-12-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Skola Gużeppi Despott

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet biex isir it-tibdil neċessarju kemm strutturali kif ukoll f'faċilitajiet fl-iskola Ġużeppi Despott?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa llum saret Outline Application għand il-MEPA.
Leg 10 PQ #3466 Sitting 82 2003-12-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Eżami tal-Malti fil-livell SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani ta' l-Universita' biex fil-livell tas-SEC fl-eżami tal-Malti jkun hemm żewġ karti, waħda għal-lingwa u oħra għal-letteratura u mhux kif isir bħalissa li hemm karta waħda għat-tnejn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tal-MATSEC, fuq il-parir tal-panel tas-sillabu tal-Malti fil-livell tas-Sec, jidhirlu li jkun aħjar jekk l-istudenti kollha tal-Malti jkunu familjari kemm mal-lingwa kif ukoll mal-letteratura Maltija. Għalhekk f'dan l-istadju ma hemmx pjani biex ikun hemm żewg eżamijiet tal-Malti, wieħed fil-lingwa u ieħor fil-letteratura.
Leg 10 PQ #3467 Sitting 82 2003-12-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti li qed isegwu l-kors ta' B.Ed.

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li bħalissa qegħdin jagħmlu l-kors ta' B.Ed.? Jista' jagħti n-numri għal kull sena tal-kors u jgħid kemm minnhom huma ġuvintur u kemm minnhom huma bniet? Kemm huma mistennija li jiggradwaw fl-aħħar ta' din is-sena akkademika?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3468 Sitting 82 2003-12-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti li ggradwaw mill-kors B.Ed.

Question

Jista' il-Ministru jgħid, peress li hemm numru kbir li ggradwaw mill-kors tal-B.Ed. u li ma sabux jaħdmu, jekk jingħatawx parir meta japplikaw għal dan il-kors li jkun diffiċli għalihom li jsibu x-xogħol meta jtemmu l-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li id-Dekan tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni sikwit ikun mistieden mill-amministraturi ta' istituzzjonijiet post-sekondarji biex jitħaddet dwar il-kors tal-B.Ed (Hons). F'dawn il-laqgħat l-istudenti jingħataw indikazzjonijiet ċari u preċiżi dwar il-prospetti ta' xogħol fi tmiem il-kors.
Leg 10 PQ #3517 Sitting 82 2003-12-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola ta' l-Imtarfa — Studenti li jbatu mid-dyslexia

Question

Jista' il-Ministru jispjega għaliex tfal li jbatu mid-dyslexia fl-iskola ta' l-Imtarfa m'għandhomx għajnuna kontinwa u regolari fl-istess skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tfal li jbatu mid-dyslexia jingħataw l-ewwel appoġġ mill-għalliema tagħhom iggwidati mit-Taqsima ta' Specific Learning Difficulties skond il-bżonn meħtieg. L-iskola ta' l-Imtarfa kienet waħda mill-iskejjel inkluż fi proġett li kien jitlob li għalliema mill-Ispecific Learning Difficulties Unit iżuru lill-iskola aktar spiss. Infatti minn Ottubru l'hawn f'din l-iskola saru ħames żjarat.
Leg 10 PQ #3463 Sitting 81 2003-12-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-istat — Kotba tal-letteratura Ingliża

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jiswew il-kotba tal-letteratura Ingliża u ta' suġġetti oħra li kellhom jixtru l-istudenti li jmorru l-iskejjel ta' l-istat? Jista' jelenka l-kotba li qed jintużaw bħalissa u kemm jiswa kull wieħed?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li il-kotba fl-iskejjel ta' l-Istat jitqassmu b'xejn. Iżda meta l-istudenti fil-Liċei jersqu biex jagħmlu l-eżami tal-Letteratura Ingliża ta' l-SECE, il-prassi dejjem kienet li dawn il-kotba jinxtraw mill-istudenti infushom. Dan jiġri għaliex minn sena għall-oħra jkun hemm tibdil fis-Sillabu dwar l-għażla tal-kotba. Ta' min jinnota li l-istudenti jixtru dawn il-kotba li jintużaw kemm fir-raba' kif ukoll fil-ħames sena. Dawn huma l-uniċi kotba li l-istudenti għandhom jixtru. Mhux possibli li jingħata prezz ta' kemm hu il-valur tal-kotba għaliex mhux dejjem ikun l-istess. Jiddependi skond in-numru ta' kotba li jinxtraw kif ukoll l-edizzjoni.
Leg 10 PQ #3464 Sitting 81 2003-12-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-istat — Suġġett tal-letteratura Ingliża

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-letteratura Ingliża huwiex suġġett obbligatorju jew huwiex wieħed mis-suġġetti optional fl-iskejjel ta' l-istat? Liema huma dawk is-suġġetti li huma optional fil-livell sekondarju?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li il-Letteratura Ingliża huwa suġġett obbligatorju fl-iskejjel ta' l-Istat. It-tagħrif dwar is-suġġetti ta' l-għażla ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3383 Sitting 80 2003-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola fil-Birgu — Ilmenti dwar tfal li qed jagħmlu l-istorbju

Question

Peress li kelli lmenti minn residenti li joqogħdu viċin skola fil-Birgu, li isimha qed jingħata separatament, li studenti li jattendu din l-iskola qed ta' kuljum jagħmlu l-istorbju kemm fil-għodu u kemm wara nofs inhar, jistgħu l-awtoritajiet edukattivi jwissu lil din l-iskola dwar dan? Għaliex dawn l-istudenti qed jitħallew jitlajjaw viċin l-iskola anke waqt il-ħinijiet ta’ l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-awtoritajiet ta' l-iskola ġew informati b'dan l-ilment u lesti jinvestigaw kull ilment li jsir. Informat ukoll li bħal f'kull Sixth Form oħra ta' Malta, dawn l-istudenti huma marbutin jattendu għall-lezzjonijiet tagħhom, iżda jistgħu jitilqu mill-iskola f'dawk il-ħinijiet li fihom ma jkollhomx lezzjonijiet. Wieħed irid jiftakar li s-suġġetti tagħhom kollettivament ma jkoprux il-ħinijiet kollha ta' l-iskola.
Leg 10 PQ #3384 Sitting 80 2003-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ta’ l-Universita' ta' Malta inkluża l-Malta University Services Ltd. li qabżu s-60 sena fil-każ tan-nisa u 61 fil-każ ta’ l-irġiel li ngħataw estensjoni tas-servizz? F'liema dipartiment jaħdmu? Kemm hemm li ngħataw aktar minn estensjoni waħda ta' sena?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3416 Sitting 80 2003-12-12 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Luqa — Kulleġġ ta' l-għammieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mis-sistemi tal-computer u mill-office furniture li kienu jinsabu fil-kulleġġ ta' l-għammieri, f'Qormi Road, Luqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tnejn mill-computers u l-office furniture li kienu jinsabu fl-uffiċċju tal-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura li kien iservi ukoll bħala uffiċċju tal-Gardening Section tad-Diviżjoni ittieħdu fl-uffiċċju tal-Gardening Section, Villa Psaigon. L-erba' computers li kienu fil-computer room u li, għax ma jistgħux jiġu upgraded ma ġewx aċċettati mill-Istitut ta' l-Agribusiness qegħdin ukoll il-Gardening Section. Dawn ġew spezzjonati bil-għan li d-Diviżjoni tiddisponi minnhom.
Leg 10 PQ #3376 Sitting 79 2003-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Studenti ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin li bħalissa qed jattendu l-Universita' ta' Malta f'Tal-Qroqq? Mil-liema pajjizi huma? X'korsijiet qed jattendu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 1433.
Leg 10 PQ #3377 Sitting 79 2003-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Studenti ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista 'il-Ministru jgħid kemm iħallsu l-istudenti barranin li jattendu l-Universita' ta' Malta? Kif jiġi kkalkulat il-ħlas? Il-ħlas għall-istudenti barranin li mhumiex ċittadini ta' pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea se jitbiddel wara l-1 ta' Mejju 2004?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħlas li jsir minn studenti barranin li jattendu l-Universita' huwa indikat fl-iskeda li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżati huma determinati mill-ispejjeż kollha involuti kemm diretti u indiretti, u għal dan l-iskop is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja hi immaterjali.
Leg 10 PQ #3378 Sitting 79 2003-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Lija — Kumpless ta' l-universita - studenti ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin li jattendu l-Universita' li joqogħdu fil-kumpless li għandha l-Universita' f'Ħal-Lija? Kemm iħallsu? Jista' jgħid jekk hemmx ukoll professuri u/jew lecturers jew staff akkademiku ieħor li joqogħdu hemm? Jista' jagħti dettalji dwar il-ħlasijiet li jsiru minn dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sad-9 ta' Diċembru 2003 kien hemm 150 student universitarju barrani joqogħdu fir-Residenza ta' Ħal Lija. Dan in-numru ivarja minn żmien għall-ieħor. Ir-rati li jħallsu l-istudenti ivarjaw skond jekk il-persuna tridx kamra għaliha waħedha jew tkunx lesta toqgħod f'kamra ma' student ieħor. Ir-rati huma kif ġej: Kamra b'persuna waħda Kamra b'aktar minn persuna waħda Sena akkademika: minn Lm1056 sa Lm990 minn Lm792 sa Lm660 1st Semester: minn Lm548 sa Lm514 minn Lm411 sa Lm343 2nd Semester: minn Lm520 sa Lm488 minn Lm390 sa Lm325 Fir-Residenza bħalissa hemm joqgħod staff akkademiku wieħed. In-numru ta' dawn jinbidel minn żmien għall-żmien. Ir-rati li jħallsu jiddependi minn liema tip ta' akkomodazzjoni jiddeċiedu li jieħdu.
Leg 10 PQ #3379 Sitting 79 2003-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Lija — Kumpless ta' l-universita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sar il-kuntratt biex l-Universita' ta' Malta ħadet f'idejha l-kumpless tagħha f'Ħal-Lija? Ma' min sar? Għal kemm snin? Kemm huwa l-ħlas? L-Universita' għandha sehem fit-tmexxija ta' dan il-kumpless?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ewwel kuntratt għall-kera tar-Residenza sar f'Mejju 1994. Il-kuntratt sar ma' Torri Gardens Ltd. L-ewwel kuntratt kien għal perjodu ta' tlett snin u ġie mġedded minn żmien għall-żmien. Il-kera attwali hi ta' Lm50,000 fis-sena. Ir-Residenza ta' l-Universita' hi immexxija mill-University Catering Services Ltd. L-isħma ta' din il-kumpanija huma kollha ta' l-Universita'.
Leg 10 PQ #3380 Sitting 79 2003-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti ta' immigranti llegali

Question

Jista' il-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija numru 2782 u jagħti d-dettalji mitluba dwar l-istudenti ta' immigranti illegali li jattendu skejjel f'Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta' tfal ta' immigranti li qegħdin miżmuma Malta u li qed jattendu l-iskejjel ta' l-istat huma ħmistax. Sebat'itfal oħra qegħdin jattendu fi tlett skejjel tal-Knisja. 22 tifel u tifla qed jattendu f'waħda mill-iskejjel Primarji Indipendenti.
Leg 10 PQ #3208 Sitting 78 2003-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet ta' l-'O' u l-'A' level

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2778 dwar eżamijiet ta' l-'O' u l-'A' levels, jista' il-Ministru jgħid mit-tliet skejjel indipendenti msemmija fit-tweġiba, liema huma l-bordijiet barranin li għalihom jitressqu studenti tagħhom? Kemm hu stmat li jitressqu studenti, f'liema suġġetti u f'liema livelli?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3209 Sitting 78 2003-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet ta' l-'O' level

Question

Fl-aħħar eżamijiet li saru f'Mejju/Ġunju ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm qagħdu għall-eżamijiet fil-livell ordinarju ta' l-Universita' ta' Londra? F'liema suġġetti u kemm kien hemm studenti maqsuma f'subien u bniet li resqu għal kull eżami?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.