Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkummissjonat xi studju dwar interventi meħtieġa biex iċ-Ċittadella tiġi ppreservata bl-aħjar mod? Jekk iva, meta? Lil min ġie kkummissjonat? Kemm se jiswa? Meta għandu jitlesta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25638 u 25202 u jgħid min hu l-perit inkarigat minn kull proġett, kull proġett separatament? X'kienu l-kriterji li permezz tagħhom intgħażlu dawn il-periti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-periti nkarigati mill-proġetti ta' tisbiħ separatament kien kif jidher hawn taħt:
Proġetti ta' tisbieħ tal-prodott turistiku
Id-diżinn mill-ġdid ta' Pjazza Sant' Anna f'Marsaskla - Bezzina & Cole
Ġnien Belvedere f'Pembroke viċin tlett lukandi ewlenin - Edward Bencini & Associates
Faċilita' edukattiva, ġnien promenade fil-Qawra - Grech, Cassar & Ebejer Partners
Tisbiħ ta' Triq tul il-baħar f'San Pawl il-Baħar - Design & Technical Resources Ltd (F'dan il-każ il-perit intagħżel mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl)
Żvillup ta' Bajjiet
L-iżvillup tal-bajja Ix-Xtajta tal-Qawra f'San Pawl il-Baħar; It-titjib tal-bajja f'Fond Għadir f'Tas-Sliema - Alfred Grech & Associates
Il-kriterji li permezz tagħhom intgħażlu dawn il-periti li jinkludu kumpanniji huma esperjenza professjonali, riżorsi tekniċi, esperjenza fi proġetti pubbliċi u kapaċita' li jitwettaq ix-xogħol tal-proġett. L-għażla saret wara sejħa għall-periti/ditti ta' periti biex jesprimu l-interess tagħhom għal xogħol bħal dan.
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Dħul ta' l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn
a) 8,000 sa 9,000
b) 9,000 sa 10,000
c) 10,000 sa 12,000
d) aktar minn 12,000
e) anqas minn 5,000?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif jidher hawn taħt:
Servizz Pubbliku
Ammont ta’ persuni
8,000 - 9,000
5
9,000 - 10,000
2
10,000 - 12,000
6
Aktar minn 12,000
5
Anqas minn 5,000
106
Settur Pubbliku
Ammont ta’ persuni
8,000 - 9,000
73
9,000 - 10,000
24
10,000 - 12,000
32
Aktar minn 12,000
27
Anqas minn 5,000
268
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25496 li oriġinarjament kienet riferuta lill-Ministru għall-kompetittivita' u komunikazzjoni u ċioe': X'passi se tieħu l-Awtorita' Marittima Maltija biex tara li jinżammu nodfa l-inħawi fil-ponta taċ-Ċirkewwa fejn jinżlu jgħoddsu ħafna għaddasa u li bħalissa qed iservi ta' speċi latrina pubblika?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25501.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa fuq il-proġett tal-ħolqien ta' ċentru għall-viżitaturi u xogħol ieħor fit-tempji tal-Gġantija? Meta beda x-xogħol? X'jonqos isir? Meta hu mistenni li jitlesta? Kemm se jiswa? Kemm kienet l-ispiża fuq dan il-proġett fl-2006? Minn liema vot tħallset din l-ispiża? Taħt liema vot ta' nefqa hemm il-flus vvotati għal dan il-proġett fl-2007? Kemm hemm flus kommessi s'issa għas-sena 2007?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-proġett għall-ħolqien ta’ ċentru interim tal-viżitaturi qiegħed miexi kif pjanat. Dan jinkludi ukoll it-tneħħija tal-ħajt tal-concrete li kien inbena fl-1957. Ix-xogħol fuq it-ticket booth il-ġdid u l-museum shop beda f’Marzu u ser ikun lest f’Ġunju. Immedjatament wara ser jibda t-twaqqigħ tal-ħajt tal-concrete u l-bini ta’ ħajt baxx tas-sejjieħ flimkien ma’ culvert għall-ilqugħ ta’ l-ilma tax-xita minfloku. Eventwalment, aktar tard din is-sena ser jiġu installati numru ta’ toilets ġodda. L-istima globali ta’ dawn ix-xogħlijiet hija ta’ Lm15,000 u qed jiġu iffinazjati mill-Vot Kapitali 7033. Is-somma ta’ flus kommessi mill-bidu tax-xogħlijiet s’issa hija ta’ Lm7,000. Xogħol ieħor li hemm għaddej jinkludi restawr kontinwu ta’ ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi, u rijabilitazzjoni tal-għelieqi tal-madwar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew turisti mis-sena 2000 sal-lum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' turisti li ġew Malta mis-sena 2000 sa l-2006 kien kif ġej:
2000 1,215,718
2001 1,180,145
2002 1,133,814
2003 1,126,601
2004 1,156,028
2005 1,170,610
2006 1,124,233
Ta' min iżid li jekk wieħed iqabbel il-perjodu Novembru-Marzu 2006/7 ma' Novembru-Marzu 2005/6 wieħed isib żieda ta' 19,349 turist (7.1%).
X'passi ġodda se jittieħdu biex iż-żona fuq il-blat fiċ-Ċirkewwa fejn jinżlu jgħoddsu ħafna għaddasa tinżamm iżjed nadifa milli hi għax bħalissa il-pont taħt il-ħajt qed iservi speċi ta' latrina pubblika?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' tat-Turiżmu għamlet assessment u għaddietu lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għall-attenzjoni u azzjoni meħtieġa.
Tajjeb li wieħed isemmi li f'din iż-żona qegħdin jitwaħħlu numru ta' CCTVs biex jipproteġu lill-għaddasa mis-serq u l-vandaliżmu.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25202 jista' l-Ministru jgħid min hu l-perit inkarigat minn kull proġett, kull proġett separatament? X'kienu l-kriterji li permezz tagħhom intgħażlu dawn il-periti?
Jista' l-Ministru jgħid xi ftehim jew kuntratt hemm bejn Where's Everybody ( u kumpanniji sussidjarji jew assoċjati) u l-Maltasong Board, dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tal-music video, ic-CD u d-DVD tal-kanzunetta Vertigo? Jista' jippreżenta kopja tal-kuntratti kollha li saru bejn iż-żewġ naħat? Kemm intalbu jħallsu l-kumpannija Where's Everybody għad-drittijiet tal-kanzunetta Vertigo, li skond il-liġi huma proprjeta' tal-Maltasong Board biex ikunu jistgħu jużawha fil-programmi tagħhom? Jista' jgħid għaliex kumpaniji u ħwienet li talbu li jbiegħu c-CD u d-DVD tal-kanzunetta Vertigo ma ngħatawx permess mill-Where's Everybody biex jagħmlu dan? Għaliex il-kanzunetta Vertigo qed tinbiegħ biss minn żewġ kumpaniji?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta mhix se tonora l-ftehim milħuq minnha stess ma' l-instructors mislufin mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, fosthom il-ħin abbinat mas-servizz li qed jagħtu lill-aġenzija wara li dawn kienu ġew assigurati mis-CEO ta' qabel li kien intlaħaq ftehim magħhom?
Jista' jgħid kif dawn il-persuni kienu notifikati b'ittra reġistrata mingħajr ma ħadd indenja jiltaqa' magħhom biex jistħarreġ is-sitwazzjoni?
Ma jaħsibx li jekk dawn l-instructors imorru lura mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, Heritage Malta se titlef is-servizz tagħhom li f'dan il-każ huwa b'xejn u se jkollha timpjega aktar nies, cioe' tiżdied l-ispiża kurrenti ta' l-aġenzija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi fid-19 ta’ Settembru 2005 wara li saru l-emendi meħtieġa fil-Cultural Heritage Act li permezz tagħhom dak li kien magħruf bħala ċ-Ċentru Malti għar-Restawr (CMR) kellu jiġu assorbit ma’ Heritage Malta kif fil-fatt seħħ, l-instructors kollha mislufa mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni ma’ Heritage Malta irċevew ittra mill-aġenzija li permezz tagħha ġew mistiedna jagħtu s-servizzi tagħhom lil din l-agenzija. Ittri simili għal dawn harġu għal dawk kollha li kienu qed jaħdmu fiċ-Ċentru għar-Restawr.
Fl-istess ittra l-
instructors
ġew mistiedna biex jissieħbu b’self ma’
Heritage Malta
u jzommu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.
Heritage Malta
ġiet ricentement mgħarrfa li fid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni dawk l-
instructors
li x-xogħol tagħhom mhux fit-tagħlim imma fl-uffiċċju isegwu l-ħinijiet ta’ l-uffiċċju. Kull ma għamlet
Heritage Malta
dan l-aħħar kien li allura aġġornat ruħha mar-regoli jew prassi eżistenti għal dawk kollha li huma
instructors
.
Iktar minhekk fl-ittra li l-
instructors
irċivew dan l-aħħar mhux biss ġie spjegat dan kollu imma wkoll ġew mgħarrfa li dan l-aġġornament se jsir b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2007.
Heritage Malta
hija konxja mill-fatt li jista jkun hemm minn jiddeċiedi li jitlaq lura lejn id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u għaldaqstant l-aġenzija qed tagħmel l-arranġamenti alternattivi.
Irrid infakkar li l-emendi għall-
Cultural Heritage Act
li rriferejt għalihom kienu għaddew minn dan il-Parlament bl-approvazzjoni unanima taż-żewġ naħat tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta m'għadhiex tagħti xogħol ta' tagħlim lill-instructors mislufin mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-instructors mislufa minn mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni ma’ Heritage Malta dejjem kellhom xogħol li iktar hu tekniku. Dik hija l-pożizzjoni wkoll ta’ l-instructors li sabet Heritage Malta meta din assorbit dak li qabel kien magħruf bhala ċ-Ċentru Malti għar-Restawr f’Ottubru 2005.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti ħax jew hux beħsiebu jieħu xi pożizzjoni dwar it-talbiet pendenti ta' Ryanair biex jiftħu aktar rotot lejn Malta? U jekk iva, liema rotot ġodda beħsiebu jżid ma' dawk li għandhom? Destinazzjoni, destinazzjoni jista' jgħid kemm ġew turisti lejn pajjiżna permezz ta' dawn il-low cost airline flights - li ma jinkludux Maltin li kienu qed jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet irħas?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura iqis l-aċċess bl-ajru lejn pajjiżna bħala wieħed mis-sisien ta’ l-industrija tat-turiżmu. Matul is-sena 2006, l-Ministeru wettaq numru ta’ inizjattivi sabiex ikabbar l-aċċess lejn pajjiżna billi jiżdiedu rotot u titjiriet lejn Malta. Fost dawn, ta’ min isemmi x-xogħol li sar sabiex jibdew itiru lejn Malta low-cost carriers bħal Ryanair, German Wings, Meridiana u Click Air; il-ftehim li sar ma’ l-Air Malta sabiex jiżdiedu b’25% is-seats mill-Ġermanja; u d-diskussjonijiet ma’ GB Airways sabiex din tibda topera minn Manchester is-sena kollha. B’riżultat ta’ dawn l-inizjattivi, s-seats lejn Malta dan is-sajf, komparat mas-sena l-oħra, ser jiżdiedu b’18%.
Barra minn hekk, fuq inizjattiva tal-Ministeru tiegħi, għadha kif ħarġet sejħa sabiex jinfetħu rotot ġodda u b’hekk jitkompla r-ritmu pożittiv li qbadna anke wara s-sajf. F’din is-sejħa ħadna in konsiderazzjoni l-proposti li hemm minn kumpaniji bħal
Ryanair.
Huwa stmat li kull xahar
Ryanair
iġġorr 6,390
(one way),
German Wings
iġġorr 1,700 u
Meridiana
ġġorr 980 passiġġiera.
Huwa stmat li 74% tal-passiġġieri ta’
Ryanair
huma turisti u li 70% tal-passiġġieri ta’
German Wings
kif ukoll ta’
Meridiana
huma turisti.
X'passi se jittieħdu biex il-pjazza ta' Buġibba ma titlifx l-ispazju miftuħ tagħha jekk tintlaqa' applikazzjoni li jsir kiosk tal-fjuri f'nofsha u allura ma jkunx jista' jiġi armat palk f'każ li tintuża għal attivitajiet kulturali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' tat-Turiżmu ma tafx li hemm applikazzjoni għall-kiosk tal-fjuri f'dan il-lokal u f'kull każ ma tiproċessax applikazzjonijiet għall-operazjoni ta' dan it-tip ta' kiosk.
Kemm huwa mistenni li jiswa r-ramel li se jinġieb minn Aqaba fil-Ġordan f'kuntratt li l-offerta tiegħu CT 112/2007 ħarġet dan l-aħħar? X'ammont se jinġieb? Kemm se jqumu l-ispejjeż tat-trasport? X'tip ta' ramel se jinġieb? Huwa naturali jew prodott industrijali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-ispejjeż tal-manifattura tar-ramel minn Aqaba, Ġordan huma ta' Lm34,665 waqt li l-ispejjeż tat-trasport u tifriex tar-ramel huma ta' Lm60,000.
L-ammont tar-ramel li ser jinġib huwa ta' 1,700 metric tons.
Ir-ramel huwa ta' l-istess tip u għamla u mill-istess barriera bħal dak miġjub sentejn ilu għall-istess bajja. Huwa ramel minn barriera tal-granit, prodott fuq speċifikazzjonijiet stretti mogħtija mill-konsulenti tal-MTA.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-slipwayli nbniet flimkien mal-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ ġietx mgħoddija jew hi għall-użu speċifiku ta' persuna jew kumpannija waħda?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi lis-slipway saret bħala parti mill-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ sabiex tinbidel slipway oħra qadima li kien hemm.
L-użu ta' l-islipway, għalkemm pubbliku, qiegħed l-aktar biex jintuża mid-dgħajjes li jagħtu servizz għal fini tat-turisti jew xi dgħajjes zgħar tas-sajd. Huwa skoraġġut (għalkemm mhux projbit) li jinżlu dgħajjes oħra sabiex ma jingumbrawx l-użu tal-promenade.
Kemm kien il-complement ta' ħaddiema ma' Heritage Malta fis-sena 2005, 2006 u x'inhu fil-preżent, kif ukoll kemm maħsub li jitla' fil-ġejjien qarib?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-complement ta` Heritage Malta fis-sena 2005 kien ta` 247 u fis-sena 2006 kien ta` 268 persuna. Fil-preżent il-complement huwa ta` 263 persuna, u huwa maħsub li dan għandu jitla` għal 290 persuna fil-ġejjien qarib u dan biex Heritage Malta tkun tista` tagħti servizz aħjar lill-viżitaturi fil-mużewijiet u siti tagħha, u fl-istess ħin biex issaħħaħ id-diviżjoni tal-konservazzjoni li ngħaqded ma` Heritage Malta fis-sena 2005. Barra dan ġewwa Heritage Malta hemm 30 persuna oħra li huma mislufa minn entitajiet oħra li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom fi ħdan l-operat ta` Heritage Malta mis-sena 2005.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern rigward l-agro-turiżmu? Jekk hemm politika dwar dan is-settur, għal liema nħawi ta' Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura jikkonsidra l-Agro-turizmu bħala settur ieħor importanti għall-industrija tat-turizmu, u li dan jista jikkontribwixxi ħafna favur il-problemi ta' l-istaġjonalita'. Is-suċċess għall-iżvilupp ta’ dan jiddependi ħafna minn tfassil ta’ linji ta' gwida dwar bini u pjannar, minħabba l-fatt li fil-parti l-kbira tagħhom, il-bini ta’ proġetti bħal dawn jinstabu f’lokalitajiet li huma barra ż-żoni għall-iżvilupp. Għaldaqstant il-Ministeru tat-Turizmu u Kultura is-sena l-oħra issottometta abbozz ta’ proposti lil-MEPA għal kunsiderazzjoni, u fil-fatt f’Novembru tas-sena l-oħra l-MEPA fasslet linji ta’gwida għall konsultazzjoni li għandhom jgħinu l-iżvilupp ta’ din is-settur. Il-Ministeru mhux jirakkomanda li jillimita dan l-iżvilupp f’lokalitajiet partikolari, għalkemm jirrikonoxxi li Għawdex għandu jappella partikolarment għal dan is-suq.
Ċittadella — Kanuni li kien hemm quddiem il-knisja
Question
Jista' l-Ministru jgħid min ta l-permess biex jitneħħew iż-żewġ kanuni li kien hemm quddiem il-knisja Kattidrali fiċ-Ċittadella u jekk humiex se jitpoġġew fejn kienu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-kanuni kollha tal-bronz li kien hemm esebiti fil-miftuħ f’Malta kif ukoll f’Għawdex kienu miġbura minn Heritage Malta f’Marzu. Dan sar minħabba li dawn il-kanuni hekk uniċi u importanti għall-istorja ta’ pajjiżna kienu qed isofru ħsarat irriversibbli. Heritage Malta hija l-aġenzija nazzjonali li tieħu ħsieb is-siti u l-wirt kulturali kollu inkluż fl-inventarju nazzjonali, fosthom il-kanuni. Dan il-pass sar bl-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet ċivili u ekkleżjastici kollha. Bħalissa dawn il-kanuni qed jiġu studjati bir-reqqa minn esperti ta’ storja militari u konservazzjoni. Deċizjoni dwar fejn se jitqiegħdu għad trid tittieħed meta jispiċċa dan il-proċess.
Jista' l-Ministru jispjega kif il-kummissjoni nazzjonali folklor ma ngħatatx post alternattiv lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fl-ex korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma bħalma ngħataw persuni oħra li kellhom l-imħażen fl-inħawi ta' fejn sar il-parkeġġ tal-park and ride?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-imħazen milquta’ mill-proġett park and ride li fihom kien issir xogħol konness mal-Karnival kienu tlieta. F’ Portes de Bombes, fl-ex uffiċini tal-korporazzjoni għas-servizzi ta’ l-ilma ġew allokati tliet taqsimiet sabiex fihom b’ mod temporanju tqiegħed l-materjal li kien hemm f’ dawn it-tlett imħażen u jitkompla xogħol relatat mal-Karnival.