Jista' il-Ministru responsabbli mill-investimenti, lura għas-snin l-imgħoddija, jgħid min kien iċ-chairman responsabbli mill-Air Malta li għamel l-għażla ta' ammont ta' ajruplani li kienu inferjuri għal dak li kien hemm u għad hemm fuq is-suq, u min awtorizza lil dan iċ-chairman biex jixtri dawn l-ajruplani?
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu fuq l-ajruplani msemmija fil-mistoqsija preċedenti u jistax jgħid ukoll min kien responsabbli ma min ikkonsulta?
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu, u fil-każ liema deċiżjonijiet se jittieħdu fil-konfront ta' min huwa resposnabbli jew aħjar ta' min kien responsabbli fid-deċiżjoni tax-xiri ta' l-ajruplani msemmija fid-domandi preċedenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għad-diskorsi tiegħi fil-Parlament kif ukoll għad-dokumenti mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fid-dibattitu riċenti dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Air Malta peress illi din il-kwistjoni ġiet trattata b'mod eżawrjenti u l-pożizzjoni tal-Gvern tpoġġiet b'mod ċar.
Jista' il-Ministru jikkonferma dak li huwa stess qal fuq l-istazzjon n azzjonali ta' Malta, jiġifieri li issa kulħadd irid jerfa' il-piż u li saħansitra ma jeskludix li jdur fuq il-ħaddiema ta' l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Kemm il-darba l-Onorevoli Interpellant irid jikkonferma xi diskors li jien għamilt fuq il-PBS, għandu jitlob "recording" lill-PBS.
B'riferenza għall-istqarrija li nissel huwa stess fejn saħaq li ma jeskludi xejn fir-rigward tal-kwestjoni ta' l-Air Malta, jaħseb il-Ministru li qiegħed joħloq distinzjoni fil-klassi, b'mod li jiġi aġevolat min huwa allegatament ħati ta' ċertu azzjoni, cioe' min kien jokkupa l-kariga ta' chairman u dawk li taw u approvaw il-parir tiegħu, filwaqt li jdur fuq min huwa l-iżgħar fil-kumpannija biex iġorru l-kundanna ta' ħaddieħor u jsofru danni psikoloġiċi minħabba li ħobżhom ikun mhedded, jekk ikun il-każ?
Il-Ministru lest li jikkonsidra li l-każ imsemmi fid-domandi preċedenti jiġi skrutinizzat mill-Qrati ta' Malta, sabiex issir ġustizzja ma min allegatament wettaq dak li fil-qarib jista' jissejjaħ "il-qatla ta' kumpannija li dejjem ikkontribwit lejn pajjiżna", ħalli b'hekk f'isem il-ġustizzja soċjali jerġa' jiddaħħal is-serħan tar-ras ta' kull ħaddiem ġewwa l-Air Malta u sabiex min huwa allegatament responsabbli jagħti lura dak li huwa tal-kumpannija lill-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Kont nistenna li bħala avukat, l-Onorevoli Interpellant jaf sew li Ministru ma jinizjax, jawtoriżża jew japprova proċeduri fil-Qrati Maltin.
B'riferenza għad-domandi preċedenti tiegħi dwar il-kwestjoni ta' l-Air Malta, jikkonsidra l-Ministru li bl-aġir tiegħu jista' jiġi interpretat li qed jingħata l-kunsens lil kull min jinsab f'pożizzjoni maniġerjali li jwettaq dak li jħoss li għandu jagħmel anke jekk dan ikun ta' detriment għal pajjiżna, għaliex fl-aħħar stadju l-ħaddiem se jkun qiegħed ipatti għal dan?
F'dan ir-rigward, jista' il-Ministru jikkonferma dan li qed jintqal, jew jekk ma jaqbilx jistax jirtira dak li qal fil-pubbliku u jipprovdi s-serħan tal-moħħ għall-ħaddiema b'mod immedjat billi jibda l-investigazzjonijiet neċessarji fuq min huwa responsabbli? Jista' jara wkoll li dan iseħħ fl-oqsma kollha li fihom setgħu allegatament instellħu r-riżorsi tal-poplu għaliex ittieħdu deċiżjonijiet li kienu bbażati fuq il-kapriċċi tal-ftit?
Response (GATT, AUSTIN)
Le għall-ewwel mistoqsija.
Għat-tieni mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 4891.
In vista ta' l-istqarrija li saret mill-Ministru dwar l-Air Malta, jista' jgħid il-Gozo Air Charter, il-Heliport u l-ħaddiema tal-heliport kif se jiġu milquta, jekk se jiġu milquta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li fil-waqt li l-Gozo Heliport m'għandhiex impjegati magħha, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema tal-Malta Aircharter li jammontaw għal tmintax (18) ġewwa l-heliport jinqasmu f'żewġ kategoriji -
1. Tlieta li huma mislufa mill-AirMalta (seconded)
2. Ħmistax huma mislufa mill-Corporate Services Department fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Billi hemm għajdut persistenti li bejjiegħa tal-gass se jibdew jiġu mġiegħla jraqqdu t-trakkijiet tagħhom f'Birżebbuġa wara li jżarmaw, possibbli li l-awtoritajiet konċernati jerġgħu jikkonsidraw din id-deċiżjoni (f'każ li se jiġri hekk) għaleix din se toħloq tbatija żejda lil diversi bejjiegħa tal-gass?
Jekk jirriżulta lill-awtoritajiet li hemm min jabbuża u jbiegħ gass barra mir-rotta tiegħu, jista' il-Ministru jara li jitrażżan min jabbuża u m hux jittieħdu passi li jbati minnhom kulħadd?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li il-ħażna taċ-ċilindri tal-gas u l-area fejn jitqassam il-gas huma kundizzjonijiet tal-Liċenzja tad-Distribution tal-Gas li tinħareġ mill-Malta Resources Authority u mhux mill-Korporazzjoni Enemalta.
Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru responsabbli mill-investimenti, lura għas-snin l-imgħoddija, jgħid min kien iċ-chairman responsabbli mill-Air Malta li għamel l-għażla ta' ammont ta' ajruplani li kienu inferjuri għal dak li kien hemm u għad hemm fuq is-suq, u min awtorizza lil dan iċ-chairman biex jixtri dawn l-ajruplani?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu fuq l-ajruplani msemmija fil-mistoqsija preċedenti u jistax jgħid ukoll min kien responsabbli ma min ikkonsulta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu, u fil-każ liema deċiżjonijiet se jittieħdu fil-konfront ta' min huwa resposnabbli jew aħjar ta' min kien responsabbli fid-deċiżjoni tax-xiri ta' l-ajruplani msemmija fid-domandi preċedenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonferma dak li huwa stess qal fuq l-istazzjon n azzjonali ta' Malta, jiġifieri li issa kulħadd irid jerfa' il-piż u li saħansitra ma jeskludix li jdur fuq il-ħaddiema ta' l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-istqarrija li nissel huwa stess fejn saħaq li ma jeskludi xejn fir-rigward tal-kwestjoni ta' l-Air Malta, jaħseb il-Ministru li qiegħed joħloq distinzjoni fil-klassi, b'mod li jiġi aġevolat min huwa allegatament ħati ta' ċertu azzjoni, cioe' min kien jokkupa l-kariga ta' chairman u dawk li taw u approvaw il-parir tiegħu, filwaqt li jdur fuq min huwa l-iżgħar fil-kumpannija biex iġorru l-kundanna ta' ħaddieħor u jsofru danni psikoloġiċi minħabba li ħobżhom ikun mhedded, jekk ikun il-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Il-Ministru lest li jikkonsidra li l-każ imsemmi fid-domandi preċedenti jiġi skrutinizzat mill-Qrati ta' Malta, sabiex issir ġustizzja ma min allegatament wettaq dak li fil-qarib jista' jissejjaħ "il-qatla ta' kumpannija li dejjem ikkontribwit lejn pajjiżna", ħalli b'hekk f'isem il-ġustizzja soċjali jerġa' jiddaħħal is-serħan tar-ras ta' kull ħaddiem ġewwa l-Air Malta u sabiex min huwa allegatament responsabbli jagħti lura dak li huwa tal-kumpannija lill-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għal dak li ġie rrappurtat fil-mezzi ta' l-istampa tal-ġimgħa li għaddiet minn diversi korrispondenti dwar ir-riżultati finanzjarji tat-Tarznari għas-snin 2002 u 2003 u anke għall-ewwel xahrejn ta' l-2004, jista' il-Ministru: a) jikkonferma jekk din hijiex il-pożizzjoni attwali tat-Tarznari; b) ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti finanzjarji għas-snin 2002 u 2003 u għall-ewwel xahrejn tas-sena 2004; c) jgħid jekk is-sitwazzjoni hija kif irrappurtata fl-istampa, x'wassal biex il-miri tal-gvern mill-bidunett tal-pjan marru żmerċ b'persentaġġ tant għoli? ii) X'inhuma l-pjani tal-gvern biex jagħmel tajjeb għal din id-diskrepanza? iii) Jekk il-projections għas-snin li fadal re l-2008 hux se jkunu riveduti? iv) X'inhuma l-konsegwenzi li aċċetta l-gvern fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea f'każ li l-miri finanzjarji tal-gvern għat-Tarznari ma jintlaħqux u allura x'contingency plans għandu l-gvern f'din l-eventwalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex meta r-residenti tal-Kortin fil-Mellieħa jċemplu għas-servizz tat-tbattil tal-fosos mill-bowser, il-customer care department, meta jindenjaw iwieġbu, jgħidulhom jikkuntattjaw lill-kuntrattur direttament jew jgħidu li d-dipartiment m'għandux awtorita' fuq il-kuntrattur u ma jista' jagħmel xejn biex itejjeb is-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ingħataw struzzjonijiet lil min hu responsabbli għall-Customer Care fil-Kororazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma biex f'kazi bħal dawn t-talbiet li jsiru jgħadduhom mill-ewwel lill-kuntrattur responsabbli.
Ingħataw struzzjonijiet oħra biex il-Unit tal-Customer Care issegwi dawn l-ilmenti billi tikkontatja lil min ikun għamel talba biex tivverifika jekk fil-fatt il-kuntrattur ikunx għamel ix-xogħol mitlub minnu.
Ċertament mhux il-każ li l-Korporazzjoni m'għandiex awtorita' tesiġi mingħand il-kuntratturi li dawn josservaw l-obbligi li jkunu daħlu għalihom meta ħadu l-kuntratt.
Jista' il-Ministru jivverifika jekk fil-fatt fil-Kortin tal-Mellieħa hemmx 13-il dar fi Triq Kepler, 6 fi Triq Isaac Newton u diversi fi Triq Koperniku li mhumiex imqabbdin mas-servizz nazzjonali tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li wara spezzjoni fuq il-post irriżulta li n-numru ta' djar f'Tal-Kortin, Mellieħa li m'għandhomx servizz ta' drenaġġ hu hekk -
Triq G. Galilei - żewġt'idjar (2)
Triq J. Keppler - ħmistax-il dar (15)
Triq I. Newton - erbat'idjar (4)