Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ministeru tiegħu jirranġa ċ-ċint li jinsab fi Triq Arkati l-Isla, liema ċint iħares għal fuq ix-xatt ta' l-Isla u jinsab f'kondizzjoni diżastruża? Dan biex ikun eliminat kull periklu mill-aktar fis possibbli.
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibilita` li studenti li huma sponsorjati mir-restoration unit tal-works division u li qed jagħmlu Diploma in Masonry Heritage Skills fl-MCAST jiġu mpjegati ma’ l-istess unit wara li jlestu l-kors tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi kull ingaġġ ta’ ħaddiema fis-Settur Pubbliku jsir wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
B'referenza għall-mistoqsija u għat-tweġiba parlamentari 22744 dwar jekk il-ħaddiema mpjegati tal-gvern li kienu ntbagħtu jaħdmu mal-kunsilli lokali u li kienu sussegwentement ntbagħtu ftit taż-żmien ilu jagħmlu xogħol ta' bini eċċ., f'Hal Safi għal faċilitajiet adegwati biex jiġu akkommodati l-immigranti irregolari, issa li dan ix-xogħol tlesta, jista' l-Ministru jgħid humiex se jerġgħu jintbagħtu lura mal-kunsilli lokali? Jista' jwieġeb din il-mistoqsija li ġiet riferuta lilu bħala l-Ministru kompetenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li fil-preżent it-Taqsima tax-Xogħlijiet għad għandha bżonn ta’ dawn il-ħaddiema fuq id-diversi proġetti tagħha u għaldaqstant m’hemmx ħsieb li jerġgħu jintbagħtu lura mal-Kunsill Lokali.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Bordijiet/Kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24302 u jagħti ċifra globali ta' kemm intnefqu flus mill-ministeru għall-iżvilupp ta' ġonna, soft area, eċċ. matul l-2004, l-2005 u l-2006 separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li ċ-ċifri globali ta’ kemm intefqu flus mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għall-iżvilupp ta’ ġonna, soft areas, eċċ. matul l-2004, 2005 u 2006 separatament, huma kif jidhru hawn taħt:
Sena
Ċifra Globali
2004
Lm 439,384.65
2005
Lm 371,483.73
2006
Lm 561,286.40
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24667, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza mibgħuta minn persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-OPM lill-ministeru fuq dan il-każ wara li saret it-twiddiba lill-persuna konċernata?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li għall-istess raġunijiet li tajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24667, mhux fl-interess pubbliku li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-korrispondenza mitluba.
Jista' l-Minsitru jagħti ċifra globali ta' kemm intnefqu flus mill-ministeru għall-iżvilupp ta' ġonna, soft area, eċċ. matul l-2004, l-2005 u l-2006 separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tingabar u ser tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir embellishment ta' l-Imdina ditch u cioe' tat-tennis court, il-five-a-side court u l-ġnien ta' l-inħawi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-embellishment ta’ l-Imdina ditch jiġifieri t-tennis court u l-five-a-side court diga' huma inklużi fi programm ta' xogħlijiet għall-futur.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24125 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid meta triq ġdida fi Triq Villa Abate ġewwa Ħaż-Żabbar se tingħata isem minħabba li ilha żmien twil li ġie suġġerit isem għaliha li aktarx huwa Triq Dun Gwann Debono?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu bħalissa hemm sbatax (17) -il mobile phone li qiegħed isir użu minnhom u li huma proprjeta’ tal-Gvern. Matul l-aħħar ħames (5) snin, kien hemm mobile phone wieħed (1) li kien ġie rrapportat mitluf mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 24445, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport investigattiv li sar mill-MITTS u l-central information management unit?
Response (ZAMMIT, NINU)
Minħabba raġunijiet ta’ privatezza skond id-Data Protection Act ta’ l-2001, ma jkunx prudenti li npoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-kamra.
Riżorsi u Infrastruttura — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi minn Jannar ta’ l-2006 sal-lum fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu hemm mikri van wieħed mingħajr driver. Dan il-van jinkera bir-rata ta’ Lm11.80 kuljum, VAT inkluża, mingħand Godwin’s Garage, Għargħur.
Ma kienx hemm kiri ta’ trakkijiet matul il-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-investigazzjoni li tirrigwarda l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li ġie investigat in konessjoni ma' każ ta' misuse tal-computer?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien ġie nvestigat mis-Central Information Management Unit u l-MITTS.
Il-persuna nvoluta kienet ingħatat twiddiba bil-miktub skond Regolament 19 tar-Regolamenti tad-Dixxiplina.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapport msejjaħ "Renewable Energy in Malta" magħmul minn Matt Macdonald, esperti mqabda mill-Gvern?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport ta’ Mott Mac Donald fuq ‘Renewable Electricity Exploitation in Malta’.
Fost affarijiet oħra r-rapport studja numru ta’ siti fuq l-art għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku mir-riħ u l-impatti assoċjati magħhom. Meta ġew studjati dawn l-impatti u l-istima li dan il-wind farm jiġġenera biss 1.06% tal-konsum ta’ l-elettriku fl-2010, l-Gvern ikkonsidra li l-bini ta’ large scale wind farm fuq l-art mhux ġustifikat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi s-Sur Joe N Tabone rriżenja minn Chairman ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi b’effett mit-13 ta’ Jannar 2005.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla l-proċess ta' l-organizzar tan-numri tal-bibien fit-toroq ta' Hal Qormi, partikolarment fi Triq il-Kummerċ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li jsir xogħol ta’ għoti ta’ numri lill-bibien ġewwa Ħal Qormi matul din is-sena.
Ninsab infurmat ukoll li Triq il-Kummerċ tinsab f’żona industrijali u għaldaqstant ma taqax taħt ir-responsabbilita’ tad-Door Numbering Unit sabiex isir l-organizzar tan-numri tal-bibien fiha. Skond il-liġijiet eżistenti din il-Unit hija responsabbli sabiex torganizza n-numri tal-bibien f’żoni residenzjali biss.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus/fondi biex kompla jiġi riabilitat Wied il-Qlejgħa, l/o Rabat matul l-2004, l-2005 u l-2006?
Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-flus li ntefqu fuq ir-rijabilitazzjoni ta’ Wied il-Qliegħa magħruf aħjar bħala Chadwick Lakes, l/o Rabat matul l-2004, 2005 u 2006 kienu kif ġej:-
Sena
Nefqa
Lm
Xogħol
2004
797.50
Skavar, tagħbija, ġarr, rimi u tneħħija ta’ 250 metru kubu ta’ materjal.
2005
xejn
xejn
2006
7,069.56
7,429.00
Xiri ta’ materjal u kiri ta’ makkinarju għal tindif u xogħol ta’ rijabilitazzjoni ta’ ħitan, ilqugħ ta’ ilma u toroq. Tneħħija ta’ 182 tunnellata ta’ materjal.
Pagi ta’ ħaddiema tal-Gvern li għamlu dan ix-xogħol.
Ix-xogħol ta’ tneħħija ta’ materjal minn Wied il-Qlejgħa sar tul il-medda bejn il-pont li jagħti għal Wied ta’ l-Armla u l-Qattara, tul ta’ madwar 2100m.
Ma’ din il-medda ta’ madwar 2km, inbena wkoll ħajt baxx ta’ madwar 30cm għoli tal-bricks mimli biex jipproteġi x-xogħol ta’ tarmac u ma jħallix il-ħamrija tinżel fit-triq.
L-ilqugħ ta’ l-ilma li ġie msewwi huwa dak ta’ bejn il-Minkba u Harbet il-Ward. Dan kellu nofsu mwaqqa’, kif ukoll kien hemm parti ta’ madwar 30m ta’ ħitan li jilqgħu l-ħamrija ta’ l-għelieqi li nbnew mill-ġdid.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li fil-pont tal-Mosta issir xi struttura li żżid is-sigurta' tal-persuna jekk din f'mument ta' dlam tiddeċiedi li tneħħi ħajjitha b'idejha u taqbeż minn fuq il-pont peress li dan il-pont huwa post fejn isiru diversi suwiċidji matul is-sena u struttura bħal din tista' tnaqqas ir-riskju li jintilfu ħajjiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilita’ tal-pontijiet taqa’ taħt l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta. Għalhekk nitolbu sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tiġi restawrata l-kappella tal-Parlament? Jekk le, jista' jgħid meta se jibda x-xogħol ta' restawr fiha? Jista' jikkonferma meta se jitlesta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi fil-Palazz hemm “Kamra” fejn sal-bidu tas-seklu dsatax kien hemm Kappella li qabel kienet dik personali tal-Gran Mastru. Il-proġett ta’ restawr wasal fl-aħħar fażi tiegħu wara li kien hemm problemi kbar biex tiġi restawrata l-affresk ta’ Filippo Paladini li soffriet danni kbar matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-parti tal-proġett tlestiet u tlesta wkoll ir-restawr tas-saqaf ta’ l-injam.
Bħalissa qegħdin jiġu pjanati dawn ix-xogħlijiet pendenti fuq dan il-proġett:
i. is-sistema tad-dawl;
ii. jsir damask kif kien hemm qabel;
iii. jerġa’ jinfetaħ il-bieb prinċipali;
iv. tiġi konservata pittura fuq tila.
Id-data ta' meta jkun lest ix-xogħol kollu tkun tista' tingħata hekk kif jinħarġu l-permessi kollha relatati ma' l-eżekuzzjoni tax-xogħol imsemmi f'(iii).