Għaliex fir-Records Department tal-MMA biex jiġu nies minn dipartimenti oħra ma ssirx call for application meta f'dipartimenti oħra ikun hemm call for application?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-politika tal-Awtorita’ hija li tagħmel l-aħjar użu mill-impjegati. Fil-każ imsemmi, ma kienx hemm ħtiega li tinħareg sejħa għal-applikazzjonijiet meta l-impjegat jibqa fl-istess grad.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jinqalgħu l-entry gates għall-moll tal-port ta' l-Imġarr?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa qed isiru preparamenti sabiex jiġu nstallati t-ticketing booths u l-boom gates fl-Imġarr bħalma hemm ġewwa ċ-Ċirkewwa. L-entry gates kienu ġew miftuħa kif nafuhom illum biex tiġi moqdija l-Marshalling Area li nfetħet f'April 2006.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Riżenji ta' chairmen
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kemm ili nservi fil-kariga Ministerjali preżenti, ma kien hemm l-ebda Chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji jew korpi parastatali li jaqgħu taħti li rriżenjaw mill-kariga li kienu qed jokkupaw.
Iżda, fl-2004 kien hemm talba waħda, mic-Chairman ta' l-Airport Charges Regulatory Board, is-Sur Bernard Scicluna, sabiex ma jiġix ikkunsidrat mill-ġdid għal din il-kariga u għaldaqstant in-nomina tiegħu ma ġietx imġedda, u minfloku nħatar Chairman ġdid b'effett mill-1 ta' Jannar 2005.
Is-sur Scicluna kien inħatar Chairman ta' dan il-bord għall-ewwel darba fis-17 ta' Diċembru,2002.
Mill-ewwel tas-sena 2007 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq safar mill-awtorita' marittima Maltija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita’ Marittima nefqet Lm25,334.76 fuq safar minn Jannar sa Frar 2007. Huwa mistenni li Lm7,130 minn dan l-ammont jiġu rifonduti minn proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jiġu reġistrati vapuri jew tankers li għandhom 'il fuq minn 25 sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li hija l-prattika li l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta tirreġistra vapuri ta’ mhux iktar minn 25 sena.
Madanakollu jeżistu ċirkostanzi , fejn, sidien li għandhom diversi bastimenti oħra diġa jtajru ser itajjru il-bandiera Maltija, kien ikollhom ifittxu bandiera oħra sabiex jirreġistraw il-bastimenti tagħhom ta’ eta’ ta’ 25 sena jew iktar.
Għaldaqstant, f’każijiet bħal dawn, l-Awtorita’ tikkonsidra l-possibilita’ ta’ reġistrazzjonijiet ta’ vapuri ta’ eta’ ta’ 25 sena jew iktar.
Dawn il-konsiderazzjonijiet bl-ebda mod ma jnaqqsu mill-kontrolli meħtieġa. Fil-fatt, l-Awtorita’ dejjem issostni sistema fejn bastimenti ta’ 25 sena jew iktar ikunu suġġetti għal spezzjonijiet riġidi, saħansitra qabel ma dawn jiġu aċċettati għar-reġistrazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull tanker/vapur li hu reġistrat taħt il-bandiera Maltija li għandu 'il fuq minn 25 sena u jgħid min huma l-aġenti lokali f'kull każ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija ta’ natura kummerċjali u ma nħossx li għandha tiġi mgħotija.
Jista' l-Ministru jgħid, bejn wieħed u ieħor, id-data ta' meta hu mistenni li jitlesta l-proġett taċ-Ċirkewwa u kemm hi l-aħħar ċifra ta' flus li se tiġi mħallsa mill-awtorita' marittima Maltija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Il-proġett tal-mollijiet u t-terminals fiċ-Ċirkewwa u l-Imġarr huwa stmat li jiswa madwar Lm14.55 miljun.
Bħalissa, l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta qegħda tipprepara sabiex toħroġ it-tenders neċessarji għall-bini ta’ terminal fiċ-Ċirkewwa permezz ta’ fondi mill-European Regional Development Fund. L-informazzjoni fuq l-ispiża ta’ dawn ix-xogħolijiet għadha qegħda tinġabar u tkun tista’ tingħata aktar tard.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li kien hemm għajjat fil-kurituri ta' l-awtorita' marittima ta' Malta bejn min qed imexxi l-proġett taċ-Ċirkewwa u ċ-chairman ta' l-awtorita'? Dan l-inċident għandu x'jaqsam mal-mollijiet taċ-Ċirkewwa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma kienx hemm għajjat fil-kuruturi ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta bejn min qed imexxi l-proġett taċ-Ċirkewwa u ċ-Chairman ta' l-Awtorita'.
Peress li s-sidien tal-gabbani li hemm fl-Imġarr, Għawdex għadhom ma ngħatawx post alternattiv b'mod definit meta jkun lest il-proġett ta' l-Imġarr u peress li dawn in-nies qegħdin isofru danni u preġudizzju minħabba dan l-istat ta' inċertezza, jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern fil-konfront ta' dawn in-nies?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima ħadet ħsieb sabiex il-gabbani li hemm fl-Imġarr, Għawdex u li kienu ġew affetwati mill-proġett minħabba x-xogħol tal-kostruzzjoni jingħataw post alternattiv. Fil-fatt, xi tlett ġimgħat ilu, dawn ġew allokati post ġdid minn fejn joperaw.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża tal-magazin "MCMP Outlook" li ntbagħat fid-djar dan l-aħħar? Min għamel id-disinn? Min stampah? Kemm kienet l-ispiża tal-posta? Ħarġet tender biex seta' isir ix-xogħol tad-disinn u l-istampar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kien hemm żewġ ħarġiet tal-MCMP outlook, l-ispiża totali għall-istampar, disinn u pustaġġ ta' l-ewwel edizzjoni kienet ta' Lm643.77. Ix-xogħol tad-disinn sar mill-Kumpanija 26th Frame filwaqt li l-Printline Printers ħadu ħsieb l-istampar. Dawn intagħżlu wara sejħa għall-kwotazzjonijiet. L-istess kumpaniji ntużaw ukoll għat-tieni edizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli fl-awtorita' marittima Maltija li jagħti l-postijiet ta' l-irmiġġi ġodda? Kif jingħataw?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jin infurmat li l-irmiġġi fil-Yacht Marinas jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ tal-Berthing Master fil-Yachting Centres Directorate. Irmiġġi ġodda fil-Marinas tal-Awtorita' Marittima ta' Malta jingħataw skond il-waiting list iżda l-ebda rmiġġ ma ġie allokat mis-sena 2001 peress li m'hemmx irmiġġi vakanti.
Irmiġġi temporanji fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tas-Small Ships Administrator ta’ l-Small Ships Section tal-Yachting Centres Directorate. Fejn hemm pjani ta' irmiġġi organiżżati mill-Awtorita', ma hemmx postijiet vakanti. Rigward irmiġġi oħra trid issir applikazzjoni flimkien ma’ pjanta tal-post fejn jiġi indikat l-irmiġġ. Wara li jiġi żgurat li m'hemmx xi ostakoli għan-navigazzjoni jew perikli oħra, normalment jingħata l-permess.
Jista' l-Ministru jgħid kif isiru l-evalwazzjonijiet tat-tenders fl-awtorita' marittima Maltija?
Min jagħmel dawn l-evalwazzjonijiet u liema kriterja tintuża biex jintgħażlu dawn in-nies li jevalwaw it-tenders?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċċifika għall-liema tenders qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-gvern ma ħax il-passi meħtieġa biex iġib deroga mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex fuq il-bażi li l-forzi tas-suq waħedhom ma jħallux li jintlaħaq livell ta' servizz sodisfaċenti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' Għawdex? Jaf li Franza, Spanja, il-Portugal u l-Greċja hekk għamlu biex iħarsu l-interessi tal-gżejjer tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-Pożizzjoni Komuni maqbula bejn Malta, l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea fl-2001, kien speċifikat li Malta kienet se tidħol f'kuntratt ta' servizz pubbliku (PSO) biex jiġi assigurat servizz effiċjenti bejn iż-żewġ Gżejjer bi frekwenza stabbilita u skond nollijiet imposti mill-Gvern.
Permezz ta' dan il-PSO, il-Gvern qiegħed jiżgura li jkun hemm il-flessibilita' neċessarja għall-għajnuna meħtieġa rigward it-trasport bejn Malta u Għawdex.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24004 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' peress li sar ħafna tibdil fin-numru ta' bibien f'diversi bliet u rħula, tista' tgħid meta huwa maħsub li joħroġ id-direttorju tat-telefon il-ġdid?
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ikliet/Hospitality
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 21378, filwaqt li l-informazzjoni sa l-aħħar tas-sena għadha qed tinġabar.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Xiri ta' Statienary
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal xiri ta' stationery tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 2006, in-nefqa globali għall-xiri ta' stationery mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni u d-Dipartimenti, Diviżjonijiet u l-Enti kollha li jaqgħu taħtu kienet dik ta' Lm47,248.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li ttellgħu l-qorti taħt il-liġi tal-konsumaturi? Jista' jagħti l-lista ta' dawn l-okkażjonijiet li turi n-numri ta' każi, it-tip (taħt liema artiklu tal-liġi), kemm instabu ħatja u kemm kienet il-penali meta nstabu ħatja?
Kemm kien hemm każi li ttellgħu l-qorti għaliex kienu qed jiksru l-avviż legali 283 ta' l-2002 tal-prezzijiet (price indications)? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm kienet il-piena?
Rigward id-direttiva ta' l-unfair commercial practices, saret konsultazzjoni pubblika dwar kif beħsiebu jimplimentaha l-gvern?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu li qed jirreferi għaliħ.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' Proprjeta'
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 2006, in-nefqa globali għall-kiri ta' propjeta' tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni u d-Dipartimenti, Diviżjonijiet u l-Enti kollha li jaqgħu taħtu kienet dik ta' Lm74,927. Dawn jinkludu n-nefqa li titħallas f'kirjiet lill-gvern stess.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' Pjanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 2006, ma ntefaq xejn għall-kiri ta' xtieli/pjanti mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u d-Dipartimenti, Diviżjonijiet u l-Enti kollha li jaqgħu taħtu.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' għamara/pittura
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 2006, ma ntefaq xejn għall-kiri ta' għamara u pittura mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni u d-Dipartimenti, Diviżjonijiet u l-Enti kollha li jaqgħu taħtu.