Legislature:
Category:
Reset
Active:

Irġiel – rapporti dwar vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30512 u jgħid kemm kien in-numru ta' rġiel li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-informazzjoni kif mitluba qatt ma nżammet f’forma ta’ data elettronika, mhux possibli li din tingħata.

Nisa — rapporti dwar vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30513 jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-informazzjoni kif mitluba qatt ma nżammet f’forma ta’ data elettronika, mhux possibli li din tingħata.

Tfal u Żgħażagħ – rapporti dwar vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30514 u jgħid kemm kien hemm tfal u żgħażagħ ta' taħt l-età li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-informazzjoni kif mitluba qatt ma nżammet f’forma ta’ data elettronika, mhux possibli li din tingħata.

Rekluti fl-Armata – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn min hu reklut fl-Armata ma jitħallasx tal-overtime meta l-pulizija jitħallsu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas ta’ overtime qatt ma kien applikabli għall-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Armata – splussiv impurtat għall-użu privat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30789, billi ma nafx x'tip ta' speċifiċità qed jagħmel referenza għaliha, u billi safejn naf jien l-Armata tikkontrolla l-isplussiv li jiġi impurtat biex jintuża mill-kmamar tan-nar (fost l-oħrajn), jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30789 u jagħti tagħrif dwar x'tip ta’ kontroll qed tagħmel l-Armata għal dak li jikkonċerna splussiv li jiġi impurtat għall-użu privat? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-istess Armata żżommx dan l-isplussiv taħt il-kontroll tagħha u tikkontrolla wkoll l-ammont ta' splussiv li jinħareġ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li għall-materjal speċifikat fil-mistoqsija, cioe li jintuża fil-kmamar tan-nar, jiġi mpurtat diversi explosive precursors. Dawn m’humiex splussiv imma precursors. Jinħażnu l-Mosta tnejn minnhom biss, jiġifieri Potassium Chlorate u Potassium Nitrate. Importatur ta’ dan il-materjal irid ikollu liċenzja ta' importazzjoni. Meta kontejner mimli bil-materjal jasal il-Fortizza tal-Mosta, jiġi assigurat li s-siġill tal-kontejner għadu intatt. Il-kontejner jinżamm ġewwa l-Ammo Depot taħt is-sigurta` tal-Forzi Armati ta’ Malta sakemm ikun imbattal fl-imħazen tal-fortizza fil-preżenza tal-importatur. Dan kollu jiġi rreġistrat fuq reġistru li jinżamm mill-FAM. Dan il-materjal jiġi maħżun fil-Fortizza tal-Mosta li huma mgħassa mill-FAM. Kull kumpless fejn jinħadem il-logħob tan-nar għandu kwota fis-sena kif stipulat fil-liġi. Il-FAM tassigura li din il-kwota ma tinqabiżx.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati – persuni impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati tul is-sena li għaddiet (2016) u jekk humiex se jiġu ingaġġati persuni oħra tul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li sa Diċembru 2016 kien hemm 24 persuna impjegati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati. Ġiet ingaġġata persuna waħda f’Jannar 2017 u huwa meħtieġ li jiġu ngaġġati 19 il-persuna matul din is-sena, kif qed jiġi diskuss fl-HR Plan tal-2017 u li ħafna minnhom huma replacements.

Pickpocketing — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ pickpocketing fl-2016? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet seħħew dawn il-każijiet? Jista’ jgħid x’kienu l-affarijiet misruqa? Jista’ jgħid kemm tressqu nies il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija u kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija? Fil-każ tan-nazzjonalità barranija, jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalita kienu? Jista jgħid x’kienu s-sentenzi mogħtija mill-Qorti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti ta’ każijiet ta’ pick-pocketing li ġew irrappurtati lill-Pulizija fis-sena 2016 kien jammonta għal 2447. Informazzjoni dettaljata dwar il-lokalita fejn seħħew dawn il-każi, kif ukoll dettalji tal-affarijiet misruqa tinstab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Ninsab infurmat illi ma tinżammx informazzjoni elettronika ta’ kemm tressqu nies il-Qorti, il-pieni mogħtija b’konnessjoni ma’ dawn il-każi u n-nazzjonalita` tagħhom.

Rapporti lill-pulizija dwar persuni nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-pulizija dwar persuni nieqsa fl-2016? Kemm persuni nstabu jew irritornaw u kemm baqgħu ma nstabux? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 saru 837 rapport lill-pulizija dwar persuni nieqsa. Minn dawn hemm 14 il-persuna li għadhom nieqsa, filwaqt li 823 instabu jew irritornaw. 602 persuni kienu tas-sess femminili, filwaqt li 235 kienu tas-sess maskili. L-etajiet tagħhom ivarjaw hekk kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Is-Siġġiewi – pulizija

Question

Fid-dawl tal-fatt li d-distrett li fih jinkludi s-Siġġiewi, fih l-inqas numru ta' pulizija, jista' l-Ministru jikkunsidra li j¿id il-pulizija fid-distrett, sabiex l-għassa tas-Siġġiewi tkun miftuħa iktar ta’ spiss?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi ninsab infurmat illi n-numru ta’ Pulizija fid-distretti, huwa bbażat skont l-esġenzi tas-servizz ta’ kull distrett partikolari. Tajjeb li wieħed isemmi, li l-Pulizija f’kull għassa, jkunu meħtieġa li barra li jkunu fl-għasses, jaqdu doveri oħra fil-lokalita` li jkunu jaħdmu fiha u dan jinkludi wkoll ronda fl-istess lokalita`. Madankollu mhux eskluż illi jiġi kkunsidrat li jkun hemm żieda fin-numru ta’ Pulizija, anke` fid-distrett illi jinkludi s-Siġġiewi, wara t-tmiem tar-reklutaġġ illi jmiss.

Twaħħil ta’ CCTV Cameras

Question

B' referenza għad-diversi mistoqsijiet li ressaqt, jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jitwaħħlu aktar CCTV Cameras, kemm se jitwaħħlu u f'liema lokalitajiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-ħidma dwar CCTV Camerasgħadha għaddejja, inkluż kemm u fejn se jitwaħħlu.

Pulizija – stqarrija tas-suspettati

Question

Jista’ l-Ministru jara għalfejn il-Pulizija li jieħdu stqarrijiet tas-suspettati qegħdin jesebixxu fil-Qorti tal-Maġistrati, sempliċi DVD tal-interrogatorju u mhux ukoll l-istqarrija traskritta bil-mistoqsijiet u t-tweġibiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ninsab infurmat li l-liġi u cioe Artiklu 658 tal-Kodiċi Kriminali, ma’ jagħmel l-ebda referenza li l-Pulizija li jieħdu stqarrijiet tas-suspettati, iridu jippreżentaw traskrizzjoni tal-istqarrija biex tiġi esebita` fil-Qorti tal-Maġistrati, barra milli jesebixxu DVD tal-interrrogatorju. Madankollu il-Magistrat jista’ jordna li ssir traskrizzjoni tad-DVD esebita` mill-prosekuzzjoni fil-kawża per se. Dan ifisser illi l-Pulizija qed tagħmel dak kollu li huwa mitlub fil-parametri tal-liġi.

Forzi Armati ta' Malta — reklutaġġ għal suldati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li jkunu ngaġġati rekluti ġodda minn l-aħħar sejħa li ħarġet għar-reklutaġġ għal suldati mal-Forzi Armati ta' Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li huwa maħsub illi mill-aħħar sejħa għar-reklutaġġ li ħarġet u li tagħha l-proċess ta’ selezzjoni għadu għaddej, il-fuq minn mitt rekluta ġdid se jiġu ngaġġati matul din is-sena.

Att III tal-2014 – persuni li ġew eżenti minn responsabilità kriminali fil-konfront ta’ minuri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30675 u ċjoè: B’referenza għall-Att III tal-2014, l-Att li jkompli jemenda l-Kodiċi Kriminali, jista’ l-Ministru jgħid kemm ir-rapport kien hemm kontra persuni minuri ta’ taħt l-14-il sena u li ma setgħux jittellgħu l-Qorti għaliex ġew eżenti minn responsabilità kriminali skont l-istess Att, fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx b’dan il-mod minħabba li l-korp qatt ma kellu sistema elettronika biex jinżammu r-records.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30674 u jgħid kemm-il rapport kien hemm dwar vjolenza domestika fis-sena 2016 u kemm minnhom ġew investigati? Jista’ jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq vjolenza domestika fis-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Armata – kontroll ta’ splussiv li jiġi impurtat għall-użu privat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta’ kontroll qed tagħmel l-armata għal dak li jikkonċerna splussiv li jiġi impurtat għall-użu privat? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-istess armata jżżommx dan l-isplussiv taħt il-kontroll tagħha, u tikkontrolla wkoll l-ammont ta' splussiv li jinħareġ?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jindika ċar għall-liema tip ta’ splussiv qed jirreferi.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali — Segretarjat Privat – Safar

Question

Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2015, 2016 u 2017. Matul is-sena 2014 ma kienx hemm spejjeż ta’ vvjaġġar.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport kien hemm dwar vjolenza domestika fis-sena 2016 u kemm minnhom ġew investigati? Jista’ jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq vjolenza domestika fis-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Att III tal-2014 – rapporti kontra persuni minuri ta’ taħt l-14-il sena

Question

B’referenza għall-Att III tal-2014, l-Att li jkompli jemenda l-Kodiċi Kriminali, jista’ l-Ministru jgħid kemm ir-rapport kien hemm kontra persuni minuri ta’ taħt l-14-il sena u li ma setgħux jittellgħu l-Qorti għaliex ġew eżenti minn responsabbilità kriminali skont l-istess Att, fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Korp tal-Pulizija — Overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħaddmu sigħat ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija fix-xhur ta’ Ottubru 2016, Novembru 2016 u Diċembru 2016 xahar b’xahar u kemm tħallsu f'overtime fl-istess xhur, xahar b' xahar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li, s-siegħat illi nħadmu f’overtime fil-Korp tal-Pulizija fix-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2016 kif ukoll l-ammont li tħallas, kien hekk kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. L-ammont għax-xahar ta’ Diċembru għadu qed jiġi kompilat.