Jista' l-Ministru jara li tiġi ddisinnjata l-junction fi Triq in-Nutar Zarb, quddiem iċ-ċimiterju ta' Ħ'Attard, peress li l-karozzi li jaqsmu din it-triq tant traffikuża joħolqu periklu kbir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tat-Toroq qed jeżamina il-proċedura ta' din il-junction sabiex ikun jista' jiddisinja alternattiva aħjar għal din il-problema.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista' ta' subways taħt it-toroq kif ukoll pedestrian overpasses li hawn f'Malta? Min hu responsabbli għall-manutenzjoni ta' dawn l-istrutturi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista ta' subways taħt it-toroq kif ukoll pedestrian overpasses li hawn f'Malta.
Ninsab infurmat li l-manutenżjoni ta' dawn l-istrutturi taqa' fir-responsabbilta' ta' l-ADT.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25024, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, jista' l-Ministru jikkumenta fuq il-każ u jgħid jekk id-diffikultajiet tar-residenti ta' dik iz-zona jistgħux jiġu mtaffija b'xi mod? Jista' jgħid li f'każ li l-ilmenti jilħqu l-Awtorita' dwar it-Trasport bil-miktub, hemm xi tip ta' infurzar li jista' jiġi eżerċitat fuq dawn l-iskejjel mill-ADT stess?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ħadet azzjoni biex tassigura li la waqt it-tagħlim u l-anqas waqt testijiet dwar is-sewqan tal-vetturi ma jibqgħu jsiru testijiet ta' manuvri tas-sewqan, bħal riservar u pparkjar eċċ, f'postijiet residenzjali.
Qed isiru wkoll spezzjonijiet kultant żmien fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija tiegħu 25024 biex ikun assigurat li l-għalliema tas-sewqan ma jiħdux lil min ikunu qegħdin jgħallmu s-sewqan biex jagħmlu ċerti manuvri f'dawk it-toroq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ kera mħallsa għall- perjodu bejn Jannar u Marzu 2007, kienet ta’ Lm2,825.00. fuq uffiċini numru 4, 5, 6, 7 u 8 fis-sular 3 u 4 f’Transcontinental House, Triq Zakkarija, Valletta. Uffiċini 4 u 5 huma okkupati mill-Projects Development and Co-ordination Unit, filwaqt li fl-uffiċini 6, 7 u 8 jinstab id-direttorat għas-Support Services and Financial Managemen.t
Sidien tal-proprjeta’ huma Transcontinental Properties ta’ 54/1, Triq Zakkarija, il-Belt Valletta.”
Qed inpoġġ fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' kif tħallset il-kera matul l-ewwel tlett xhur tas-sena 2007.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27951 u jgħid x'kien in-numru ta' vetturi ġodda reġistrati fis-snin 2003,2004, 2005, 2006, 2007 (sal-lum) kull kategorija separatament?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27957 ċioe': B'referenza għax-xogħlijiet li kellhom isiru mill-MIDI fuq Manoel Island jista' l-Ministru jgħid ix-xogħlijiet li saru s'issa u x'kellu attwalment isir s'issa skond il-kuntratt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li skond il-kuntratt u skeda ta’ xogħolijiet – l-ewwel fażi ta’ restawr kellu jkun lest (5) ħames snin mill-ħruġ tal-permess mill-MEPA. Dan seħħ fl-2003. Għalhekk dawn ix-xogħolijiet għandhom jkunu lesti sal-2008. Tista’ ssir estensjoni ta’ dan il-perjodu minħabba il-fatt li l-RMYC tħallew jokkupaw il-parti tal-fortiżża sakemm jinstab sit alternattiv.
Xogħolijiet li saru sa issa jinkludu;
Interventi ta’ emergenża fil-Fortiżża Manoel 2001
Restawr tal-pont tal-ħadid
Restawr tal-Polverista’, Blokok A,B,C,D fuq il-fortiżża Manoel
Il-kappella ta’ Sant’ Antnin
Il-Casemates
Il-Fortifkażżjonijiet (Swar)
Dawn ix-xogħolijiet msemmija huma kompleti jew fi stadju avanzat ta’ xogħol. Saru xogħolijiet estensivi fuq il-bini li ser jinkorpora l-Uffiċini tal-MIDI. Sar xogħol ukoll fuq iċ-ċentru ta’ distribużżjoni li ġie trasferit lil Enemalta. Il-MEPA qed tipproċessa l-applikażżjoni fuq il-Lazzarett.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27954 u jgħid x'inhu n-numru ta' number plates personalizzati maħruġa mill-ADT sal-lum u kemm kien id-dħul minnhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta ħarġet 756 number plate personaliżżati .
L-ammont ta’ flus miġbura mill-ADT huwa ta’ Lm 142, 630.00.*
*Nixtieq ninfurma lil-Onor Interpellant illi l-ADT għamlet offerta promożżjonali lil Importaturi tal-karozzi ġodda u dawk użati fejn ġew offruti li jixtru 50 jew 60 plate għal prezz ta’ Lm 5,000.00 jew Lm6,000.00 rispettivament basta l-ħlas jkun bil-quddiem.
B’din il-promożżjoni l-bejgħ ta’ pjanċi personaliżżati żdid.
Dawn il-pjanċi jistgħu jintużaw biss għal- karozzi ġodda jew dawk impurtati minn barra minn Malta u qegħdin jiġu rreġistrati Malta għall-ewwel darba.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li ssir it-Triq Adelaide Cini, Santa Venera? Ħarġu l-permessi neċessarji mill-MEPA biex issir din it-triq? X'jonqos biex issir din it-triq?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28214 u jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien applika taħt l-indirizz li qed jidher separatament għall-permess biex jixtri cab li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex jużah għall-hire services 13-il sena ilu baqa' qatt ma ngħata tweġiba ċara mill-ADT minkejja li sa ftit xhur ilu kkonfermawlu li l-każ kien għadu qed jiġi pproċessat u li l-file kien għadu eżistenti? Minkejja li jmur lura għal żmien il-Public Transport Authority, l-applikant stqarr miegħi li l-Pulizija kienu kitbu lill-PTA nhar is-7 ta' Settembru 1994 permezz ta' ittra li r-referenza tagħha qed tidher separatament mibgħuta mill-Msida Police Office, liema ittra rajt kopja tagħha, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta din l-applikazzjoni hi mistennija tiġi deċiża u jekk diġa' ġiet deċiża jgħid għaliex l-applikant qatt ma ġie mgħarraf b'dan?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq petrol ta’ l-uffiċjali għax-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu ta’ din is-sena hi kif ġej:
Ministeru
Jannar Frar Marzu
Lm 542.68 Lm 537.98 Lm 508.99
ADT
Jannar Frar Marzu
Lm 2,442.84 Lm 2,371.49 Lm 2,599.53
Din l-ispiża tirreferi għal dawn l-uffiċjali msemmija hawn taħt li skond il-kuntratt speċifiku ta’ kull wieħed minnhom, huma ntitolati għal petrol imħallas mill-Gvern:
Kap tas-Segretarjat tal-Ministru
Segretarja Privata tal-Ministru
Segretarju Permanenti
Direttur (Serviżżi ta’ Support ta’ Immaniġġjar Finanżjarju)
Direttur (EU Affairs, Zvillupp ta’ Policy u Implementażżjoni)
Kap, Unit Zvillupp ta’ Progetti u Ko-ordinazzjoni
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-ADT tispezzjona ir-road humps u plateuskollha li hemm fit-toroq biex taċċerta li dawn saru bil-permessi meħtieġa u huma skond l-istandards peress li wħud minnhom tant huma għoljin li tista' ssir ħsara fil-vetturi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-approvażżjonijiet li jinħargu mit-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku għal ‘road humps’ jew ‘plateaux’ jinħargu bid-daqsijiet li għandhom jinbnew tali ‘humps’. Hija responsabbilta’ ta’ kull kunsill li jara li jimplimenta ‘road humps’ skond il-kriteria maħruga mit-taqsima.
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol ta' trinek li qiegħed isir fi Triq Birbal, Hal Balzan jitlesta bla dewmien għax din hi triq traffikuża ħafna u l-ilma tax-xita li jgħaddi minnha qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti minħabba li t-trinka għadha miftuħa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed issir fuq it-trinek tal-WSC fi Triq Birbal waslu fl-aħħar fażijiet. Dawn qed jiġu testjati mill-istess WSC u kif jiġi ċertifikat li kollox sar sew, ix-xogħol ikun jista jitlesta.