Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħlas ta' bolol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru tal-Finanzi kif filfatt hija indirizzata l-ittra li ġiet mgħoddija b’mod separat ma’ din il-Mistoqsija Parlamentari.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31021, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li rebaħ it-tender?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tender inħareg mid-Dipartiment tal-Kuntratti bir-referenza CT2210/2016. Ir-rebbieħ tat-tender kien l-uniku wieħed li pparteċipa jiġifieri Vivian Corporation Limited u l-kuntratt ġie ffirmat fil-25 ta’ Jannar 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità xahar b’xahar fl-2016 u kemm minnhom ingħataw din il-pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità xahar b’xahar fis-sena 2016 kien jammonta għal 590, skont kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt. Minn dawn,
· 340 qegħdin jitħallsu l-pensjoni msemmija;
· 32 kienu approvati mill-bord mediku u qegħdin fil-proċess li tinħarġilhom il-pensjoni;
· 53 għad irid jibda l-proċess tal-evalwazzjoni medika; u
· 165 talba kienu irrifjutati fl-evalwazzjoni medika.
Talbiet
Total
Jannar
50
Frar
52
Marzu
55
April
46
Mejju
56
Gunju
62
Lulju
51
Awwissu
46
Settembru
41
Ottubru
49
Novembru
46
Dicembru
36
Total
590
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji u tfal li qed jibbenefikaw miċ-Children’s Allowance sal-aħħar pagament tal-2016 u kemm kienet in-nefqa fuq din l-allowance?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, 40,315 familja u 60,725 tfal ibbenefikaw mic-Children’s Allowance, filwaqt illi n-nefqa fuq din l-allowance għall-2016 kienet ta’ € 41,829,983.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni sal-lum li applikaw u ġew intitolati għall-In-Work Benefit? Jista’ jgħid kemm kienet iż-żieda fuq l-2015? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa fuq dan il-benefiċċju għas-sena 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li sallum applikaw u ġew intitolati għall-In Work Benefit kien ta’ 3,586, b’żieda ta’ ta’ 868 benefiċċjarji fis-sena 2016 fuq is-sena 2015.
Inżid ukoll illi n-nefqa fuq dan il-benefiċċju għas-sena 2016 kienet ta’ €2,379,423.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali fi tmiem Diċembru 2014, 2015 u 2016? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni sabu jew instabilhom xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu pensjoni kontributorja fi tmiem Diċembru 2016 u kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li qed jieħdu l-istess pensjoni llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li kienu jircievu pensjoni kontributorja sa tmiem Diċembru 2016 kien ta’ 84,057 filwaqt illi llum in-numru żdied għal 84,271.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – każijiet investigati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investigati każi ta’ abbużi fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fl-2015 u fl-2016? Jista’ fl-istess waqt jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet f’kull sena li nstab li kien hemm tassew abbuż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji, fl-2015 investiga 947 każ, li minnhom 345 kienu bi ksur tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali. Fis-sena 2016 ġew investigati total ta’ 1,012-il każ, li minnhom 330 kienu bi ksur tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iskema tal-Awtorità tad-Djar għal refund tal-VAT fuq l-ewwel proprjetà għadhiex tiġi mħaddma nkella le? Jekk għadha tiġi mħaddma, jista’ jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-benefiċċjarji matul is-sena li għaddiet u kemm ingħataw VAT lura? Jista’ jgħid jekk koppja li tkun xtrat proprjetà parzjalment finished mingħand koppja oħra, li jkollha l-irċevuti fuq isimhom iżda ma jkunux applikaw u lanqas ħadu l-VAT lura fuq dawk l-irċevuti, tista' l-koppja li tkun xtrat il-proprjetà tuża’ dawn l-istess irċevuti meta tapplika għar-refund fuq il-VAT?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-iskema li qed issir referenza għaliha, li hija mmirata għall-persuni li qegħdin jixtru l-ewwel residenza tagħhom fejn jingħataw għotja biex tgħinhom fil-bini u/jew tkomplija ta’ xogħlijiet jew irranġar tal-ewwel residenza, għadha fis-seħħ. Mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016, l-Awtorita’ tad-Djar kellha 559 persuna li bbenefikaw minn din l-iskema, bi spiża ta’ €1,387,641.86.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-irċevuti fiskali jridu jkunu f’isem l-applikanti biex dawn ikunu jistgħu jitolbu r-rimborż fuqhom. Ġaladarba x-xogħol ikun sar mis-sidien ta’ qabel, il-prezz tal-bejgħ tal-proprjeta’ ikun jinkludi dan ix-xogħol, u għaldaqstant wieħed ma jkunx jista’ jirċievi għotja fuq tali xogħol.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar is-servizzi kollha li joffru l-ħaddiema soċjali li jaħdmu fis-settur tal-anzjani? Kemm hemm ħaddiema soċjali f’dan is-settur importanti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ħaddiema soċjali fis-settur tal-anzjani hemm 8 (1 ser tirtira issa u 4 b’eta avvanzata qrib l-irtirar). Id-Dipartiment joffri ukoll 10 sigħat ta’ servizz, ġewwa r-Residenza San Vinċenz, permezz ta’ ħaddiema soċjali mill-Aġenzija Appoġġ.
Ħaddiema soċjali fi ħdan id-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunita’ jsegwu prinċipalment każijiet soċjali li jiġu riferuti minn diversi entitajiet u assessjar ta’ applikanti prospettivi biex jiġu allokati servizz ta’ Għajnuna fid-Dar (
Home Help
).
Din is-sezzjoni taħdem flimkien ma’ aġenziji speċjalizzati oħra skond ix-xejra ta’ każijiet soċjali u jagħmlu diversi rapporti oħra dejjem skont ir-rikjesti prinċipali fl-andament ta’ każijiet soċjali.
Servizz ta’ Independent Community Living – Aġenzija Sapport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz tal-Independent Community Living tal-Aġenzija Sapport? Meta kien imwaqqaf dan is-servizz u kemm kien hemm persuni b’diżabilità li għamlu użu minnu f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li , l-Independent Community Living Fund hija skema li tgħin persuni b’diżabilità, billi tipprovdi fondi biex ikun jista’ jinxtara servizz ta’ assistenza personali. Kull każ jinstema’ quddiem Bord semi-independenti, immexxi minn persuna b’diżabilita’ u l-Bord japprova l-pakkett tas-servizz meħtieġ.
Dan il-Fond ġie mwaqqaf fl-2013 u n-numru ta’ benefiċċarji għal dawn l-aħħar tliet snin kienu kif ġej:
Sena
Numru ta’ Benefiċċjarji (Persuni b’Diżabilità)
2014
45
2015
55
2016
71
Jista’ l-Ministru jara li social worker iżżur u tara l-każ tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament rigward dħul f’Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk is-swali fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule li sas-7 ta' Frar 2017 kienu għadhom bla generator?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-swali fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule li sas-7 ta’ Frar 2017 kienu għadhom bla ġeneratur huma s-swali Admission Ward u St Joseph Wards 1 sa 11.
Djar tal-Anzjani – ħaddiema – deċiżjonijiet dwar il-paga
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li fix-xhur li ġejjin ser ikunu qed jittieħdu deċiżjonijiet li jittrattaw dawk il-ħaddiema li preżentament qed jaħdmu f'diversi djar tal-anzjani f'pajjiżna u li l-paga tagħhom qed titħallas mill-FMS?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċnez de Paule – anzjani /residenti li mietu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu anzjani/residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule bejn Jannar 2015 u Jannar 2017 maqsuma, xahar b'xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ anzjani / residenti li mietu fir-Residenza San Vinċenz de Paule, bejn Jannar 2015 u Jannar 2017, xahar b'xahar, kif mitlub minnu, huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt.
2015
2016
2017
Xahar
Imwiet
Imwiet
Imwiet
Irġiel
Nisa
Total
Irġiel
Nisa
Total
Irġiel
Nisa
Total
Jannar
16
25
41
16
18
34
19
24
43
Frar
10
32
42
6
21
27
Marzu
16
16
32
7
22
29
April
8
15
23
15
26
41
Mejju
11
16
27
9
14
23
Ġunju
21
17
38
21
11
32
Lulju
10
14
24
10
13
23
Awwissu
11
19
30
15
27
42
Settembru
9
15
24
11
18
29
Ottubru
16
19
35
13
22
35
Novembru
9
15
24
12
20
32
Diċembru
14
21
35
16
26
42
TOTAL
151
224
375
151
238
389
19
24
43
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Konsulenti - remunerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, il-lista ta’ konsulenti ingaġġati fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma b’mod dettaljat dwar is-servizzi tal-CommCare u Respite? Fiex jikkonsistu dawn is-servizzi? X’għandu jagħmel wieħed biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għas-sit eletroniku www.activeageing.gov.mt fejn wieħed jista’ jsib l-informazzjoni dwar is-servizzi kollha li joffri d-Direttorat għall-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’.
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi jekk jixtieq li jkollu
hard copy
, jiena lest li ngħaddilu kopja.