Sptar Mater Dei – servizz lil pazjenti biex imorru l-outpatients
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li pazjenti qed jitħallew jistennew fil-bieb tal-outpatients tal-Isptar Mater Dei għal ħin twil għax ma jkunx hemm post għalihom fuq il-mini buses, li qed jaslu tard ukoll għall-appuntamenti tal-outpatients għall-istess raġuni, u li għalkemm żdiedu żewġ mini buses oħra bi spiża addizzjonali u li ma kenitx parti mit-tender oriġinali, xorta waħda s-servizz mhux ilaħħaq kif suppost?
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-ġranet ta’ qabel u wara l-14 ta’ Frar 2016, kien hemm madwar 30 pazjent infettat bl-AH1N1 fl-Isptar Mater Dei? X’miżuri ttieħdu biex din l-infezzjoni ma tinfirix fl-Isptar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tispecifika d-dati ezatti li qed tirreferi ghalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-infezzjoni tal-AH1N1 fl-Isptar Mater Dei hux qed titqies bħala epidemija li setgħet tiġi evitata kieku l-ewwel każijiet (possibilment dawk li ġew mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin) ġew iżolati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bhal fi snin ohra, dawn il-kazijiet ta’ influwenza gew mill-komunita’ u ddahlu l-Isptar Mater Dei ghall-kura. Ma hemmx evidenza ta’ epidemija fl-Isptar Mater Dei . F’kull kaz ta’ pazjent bl-influwenza ammess f’Mater Dei ittiehdu l-prekawzjonijiet kollha skond l-Influenza Infection Control Policy.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li nstab li huma pożittivi għall-AH1N1 fl-Isptar Mater Dei minn Jannar 2016 sa kemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Sptar Mater Dei — Emerġenza - pazjenti li ma tfaċċawx biex jarahom tabib
Question
Jista’ l-Ministru jgħidilna f’Diċembru 2015 u Jannar 2016 kemm-il pazjent irreġistra biex jarawh fl Emerġenza fl-Isptar Mater Dei u kemm minn dawn fil-fatt ma tfaċċawx biex jarahom tabib? X’follow up sar fuq dawn il-klijenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni migbura permezz tas-sistema eletronika li biha jigu rregistrati pazjenti jirrizulta li kien hemm bejn pazjent u zewg pazjenti kuljum li irregistraw l-emergenza u ma pprezentawx ruhhom x’hin gew imsejha biex jattendu.
San Pawl il-Baħar – arbli tad-dawl fl-inħawi tal-Ġnien Borg/Għajn Stas
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23265, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt l-Enemalta kitbitx lill-entitajiet li tagħhom suppost huma l-cables li hemm fuq dawn l-arbli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta plc illi l-Kumpaniji kkonċernati ġew ikkuntattjati biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.
San Pawl il-Baħar – main tal-ilma fl-inħawi ta’ Għajn Stas/San Martin
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23266, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt it-tender għax-xogħol meħtieġ, ħarġitx inkella le? Jekk ħarġet, kemm kien hemm kuntratturi li tefgħu t-tender, u min kienu? Jekk it-tenders ġew ikkunsidrati, meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li t-tender għax-xogħol se joħroġ.
Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għas-Saħħa — użu ta' karozza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22746 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-karozzi uffiċjali li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kenux jinkrew jew ġewx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu l-karozzi? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienu mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozzi uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għall-karozza/i li għamlu użu minnhom is-Segretarji Parlamentari matul il-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda t-tħaffir ta’ oqbra fiċ-ċimiterju ta’ Marija Addolorata Paola? Fejn wasslu l-permessi mill-MEPA? Kemm oqbra ser jitħaffru bl-applikazzjoni tal-MEPA?? Issa li qed jintbagħtu għall-persuni biex iġeddu l-kuntratt, meta huwa l-ħsieb li jkunu lesti ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess tal-Mepa għall-estensjoni taċ-Ċimiterju Maria Addolorata ħareġ fis-16 ta’ Frar 2016.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Triq Sammat Paola — patching
Question
Jista’ l-Ministru jara li, peress li sar xogħol ħażin mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq Sammat Paola l-ilma qed jaqleb fir-residenza tan-nies?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li minn spezzjonijiet li għamlet tul it-triq kollha, ma nstab l-ebda difett ovvju fuq xi xogħol ta’ riparazzjoni li jista’ jiġi attribwit għall-ilment imressaq.
Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddili dettalji speċifiċi tar-residenzi li qed jirreferi għalihom ħalli l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tkun tista’ tikkuntatjahom biex tattendi għall-ilment tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pilloli Combodart hux ser ikunu nklużi fix-Schedule V? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2013 sal-lum zdiedu mat-32 –il medicina gdida fil-formularju tal-medicini, fosthom il-Methylphenidate li tinghata lil dawk it-tfal bl-AHDH u l-Gliptins ghall-pazjenti dijabetici. Id-dipartiment tas-Sahha qed ikompli jahdem biex aktar medicini ikunu mizjuda f’dan il-formularju.
Dipartiment tas-Saħħa – ħlas lil studenti tal-Occupational Therapy u Physiotherapy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex studenti tal-Occupational Therapy u tal-Physiotherapy li s-sajf li għadda kellhom placement mad-Dipartiment tas-Saħħa (fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Karen Grech u fi sptarijiet u ċentri tas-saħħa oħra), għadhom ma tħallsux ta’ dan il-placement? Jista’ jgħid sa meta huwa l-ħsieb li dan il-ħlas isir?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru id-diskusjonijiet mehtiega mal-istakeholders varji sabiex dawn il-kazijiet jigu rizolti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex pazjenti li jieħdu l-mediċina tar-retroviral therapy mill-Isptar Mater Dei mhux qed jingħataw l-ammont ta’ mediċina biex tkoprilhom il-kura għal tliet xhur u qed jirnexxilhom ikopru biss xahar wieħed? Jista’ jgħid jekk din il-proċedura hux se tkompli jew jekk il-pazjenti hux se jerġgħu jibdew mediċina għal tliet xhur?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prassi tad-Dipartiment tas-Sahha hija li l-pazjenti li huma fuq doza stabli (doża li ma tinbidilx spiss) jinghataw xahrejn stokk, u dawk li ma jkollhomx doża stabbli minħabba l-kundizzjoni tagħhom jinghataw stokk ghal-xahar biex ma jkunx hemm hela, peress li d-doża tagħhom tista’ tkun mibdula minħabba l-kundizzjoni tagħhom.
Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC) – fire exits
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-fire exits fis-SAMOC huma marbuta bit-tie backs u mhux b’xi tip ta’ lock kif titlob il-liġi? F’każ ta’ inċident serju fejn il-pazjenti u l-istaff iridu jaħarbu mill-fire exits, min se jkollu l-għodda neċessarja biex jaqta’ dawn it-tie backs? Ma jaħsibx li dawn it-tie backs immorru kontra r-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà u jpoġġu riskju żejjed fuq pazjenti li huma vulnerabbli ħafna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dak li hi qed tirreferi ghalihom bhala “tie backs” fil-fire exits fl-Isptar Sir Anthony Mamo huma fil-fatt security seals innumerati. Dawn is-security seals huma skond ir-regolamenti tas-sahha u s-sigurta u ma jimpedixux l-uzu ta’ dawn il-bibien kif u meta jkun hemm bzonn.