Jista’ l-Ministru jagħti d-data preċiża ta’ meta t-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jidħol fis-seħħ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Gvern se jżomm mal-wegħda elettorali li jraħħas il-kontijiet residenzjali f'Marzu 2014 u dawk kummerċjali f'Marzu 2015.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li t-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li se jidħol fis-seħħ se jkun apparti l-benefiċċji li diġà għandhom illum dawk il-familji li jibbenefikaw mill-energy benefit u sussidju anċillari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhux se jitneħħew benefiċċji lill-familji Maltin u Għawdxin.
Minħabba li l-Gvern ikkonferma kemm-il darba li se jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma qabel ma jlesti l-proġett tal-gas terminal, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa dan is-sussidju, min se jħallsu (jekk hux il-Gvern jew l-Enemalta) u kif se jiġi ffinanzjat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni kollha neċessarja li turi kemm jiswa l-proċess biex Delimara 2 (magħrufa bħala BWSC) tinqaleb mill-fuel oil għall-gasoil (diesel) u kemm hu stmat li dan il-proċess jieħu żmien?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għad ma hemmx dawl ġol-arblu li twaħħal quddiem ir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-lum ebda applikazzjoni permezz tal-formola STL biex il-lampa tiġi mqabbda mas-sistema tal-elettriku ma ġiet sottomessa mill-Kunsill Lokali lill-Korporazjzoni Enemalta.
Ir-Rabat (Malta) – Triq Ħal Tartarni – arblu tal-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitneħħa l-arblu tal-elettriku (li r-ritratt tiegħu qed jintbagħad separatament) li jinsab f’nofs bankina dejqa fil-bidu ta’ Triq Ħal Tartarni ir-Rabat Malta, kważi kantuniera ma’ Triq il-Buskett, għaliex qiegħed ikun ta’ periklu għal min juża l-bankina u kif ukoll għal min isuq fit-triq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3884, ninfurmah ukoll illi sal-ġimgħa li ġejja se jkunu inħarġu s-sejħiet għall-offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fl-arloġġ tal-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu għamel talba biex isir trasferiment ta' meters minn fuq sid preċedenti għal fuq ismu. F'dan il-każ it-trasferiment ma jistax isir minħabba li hemm dejn pendenti u qabel dan jitħallas ma jistax isir it-trasferiment mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid lill-Kamra min kien qed jakkumpanjah għaż-żjara tiegħu fil-Qatar aktar kmieni din is-sena apparti l-persuni li d-dettalji dwahom qed jintbagħtu separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' impjegati li kienu fuq kuntratt ta' impjieg definit mal-Korporazzjoni Enemalta u li ngħataw kuntratt indefinit mal-istess korporazzjoni bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-1 ta' April 2013? F'kull każ, jista' jagħti l-grad u d-dipartiment/sezzjoni tal-impjegat/a, id-data ta' meta ġie ffirmat il-kuntratt definit oriġinali, it-tul tal-kuntratt definit, is-salarju u benefiċċji oħrajn tal-kuntratt definit, id-data ta' meta l-kuntratt definit inbidel f'wieħed indefinit u s-salarju u benefiċċji oħrajn tal-kuntratt indefinit?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma – safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fil-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsumatur ġiet ikkuntattjata fit-22 ta' Otturbu 2013, fejn din kienet infurmata li l-kont għoli li rċeviet huwa kont stima.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — xogħol mogħti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-WSC, l-ARMS u l-MRA ma taw l-ebda xogħol lil Karl Borg/Karl Borg Events.
L-Enemalta tat xogħol ta' structures lil Karl Borg/Karl Borg Events fl-2009 wara sejħa għal quotations. L-ispiża kienet ta' €13,352.56 (tlettax-il elf, tlett mija tnejn u ħamsin ewro u sitta u ħamsin ċenteżmu). Il-ħlas kien awtorizzat mis-CEO.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4903 dwar konsulent barrani li akkumpanja lill-Ministru tal-Enerġija waqt żjara barra minn Malta f’diskussjonijiet ma’ stat ieħor, jista’ l-Ministru jindika liema hu l-Ministru konċernat ġaladarba indika li mhux hu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghandu jaghmel il-mistoqsija lill-Ministeru responsabbli mill-Malta Enterprise.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 973, u fid-dawl li parti mill-Korporazzjoni Enemalta se tiġi pprivatizzata, jista’ l-Ministru jgħid x' se jsir mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta li se jiġu redundant mill-power station tal-Marsa u mill-power station ta' Delimara Phase I?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta mhux ser tkun qed tagħmel redundancies minn fost il-ħaddiema tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jittella' ilma mill-water table kuljum? X'persentaġġ tal-water table qed jintuża? Jista’ jgħid jekk hemmx ippjanati fondi mill-Unjoni Ewropea kemm għall-water table kif ukoll għall-manutenzjoni tar-reverse osmosis? Kemm jiġi ġġenerat ilma kuljum mir-reverse osmosis? Kemm hija l-ispiża biex jiġi ġġenerat dan l-ilma mir-reverse osmosis kull sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-water table jittella’ 32,700m3 (tnejn u tletin elf, u seba’ mitt metru kubu) ta’ ilma kuljum.
Il-persentaġġ li qed jintuża huwa dak ta’ 38.6% (tmienja u tletin punt sitta fil-mija) fuq l-ilma kollu li nipproduċu.
Inħarsu lejn kull possibilita’ li jinġiebu fondi mill-Unjoni Ewropea.
Kuljum qed jiġi ġġenerat 52,000m3 (tnejn u ħamsin elf metru kubu) ta’ ilma mill-impjanti tar-
Reverse Osmosis
.
L-ispiża biex jiġi ġġenerat dan l-ilma mir-
Reverse Osmosis
għas-sena 2012 kienet ta’ €16,505,860. (sittax-il miljun, ħames mija u ħamest elef, tminn mija u sittin Ewro).
Jista’ l-Ministru jara li jerġa’ jidħol jaħdem il-ħaddiem li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien jaħdem mal-Korporazzjoni Enemalta u kien sospiż u li issa ġie lliberat mill-Qorti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta qed tevalwa l-każ imsemmi u qed tieħu l-pariri legali neċessarji. Dan qed isir skond ir-regolamenti tad-dixxiplina hekk kif stabbiliti fil-Ftehim Kollettiv.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha ħames snin bla dawl u jixtieq jara kif jista’ jħallas il-kontijiet tad-dawl li għandu pendenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħti aktar informazzjoni dwar il-persuna peress li l-informazzjoni mogħtija mhux biżżejjed.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma – spejjeż ta’ media events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma u li minkejja li saru xi kuntatti xorta jħoss li bħala konsumatur ma kellux ir-risposta li jieħu dan bi dritt?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konsumatur ġie kkuntattjat fl-14 ta’ Ottubru 2013, fejn l-ARMS Ltd infurmatu illi l-kont jiġi rranġat hekk kif hu jissottometti l-informazzjoni meħtieġa.