Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – Cruise liner terminal — privatizzazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22426, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min qed isiru n-negozjati li saret referenza għalihom fit-tweġiba?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li dwar il-Cruise Liner Terminal f’Ghawdex, qed isiru diskussjonijiet preliminari ma’ Kala Marina Development Consortium, li kien l-uniku proponent li ssottometta proposta.

Investimenti Barranin (FDI)

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22335 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u jagħti break down dettaljat tal-investimenti barranin (FDI) f’Malta fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 maqsuma skont is-setturi li fihom sar dan l-investiment?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Investiment Kapital Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22336 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u jagħti break down dettaljat tal-investiment kapitali lokali f’Malta fis-snin 2013, 2014 u 2015 maqsuma skont is-setturi li fihom sar dan l-investiment?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ftehim iffirmat ma’ Barts School of Medicine

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22421, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-obbligi tal-Gvern fil-ftehim iffirmat ma’ Barts School of Medicine f’Marzu 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall- Mistoqsija Parlamentari Nru 23955

Ftehim iffirmat ma’ Barts School of Medicine

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22421, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-għanijiet u l-miri li l-Barts School of Medicine mistennija li tilħaq tramite l-ftehim iffirmat magħha f’Marzu 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ta’ Barts and the London School of Medicine (Queen Mary University London), huwa li titwaqqaf skola tal-mediċina ġewwa Għawdex immirat lejn is-suq barrani.

Barts School of Medicine – rendikont tax-xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22422, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min ġew iffirmati agreements li saret referenza għalihom fit-tweġiba?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-ftehim li sar f’Marzu 2015 ma’ Barts and the London School of Medicine and Dentistry (Queen Mary University of London), komplew jitfasslu arranġamenti kontrattwali ma’ l-Universita ta' Malta (Fakulta tal-Mediċina u Kirurġija) mal-M.A.M., l-M.U.M.N. u unions oħra, mal-Kunsill Mediku u mal-Foundation' Programme. Dawn l-arraġamenti huma parti mit-tħejjija għal qafas istituzzjonali meħtieġ għall-funzjonar effettiv ta’ l-iskola ta’ Mediċina ta’ Barts ġewwa Għawdex. Sadanittant il-preparamenti għal bini tal-iskola ġewwa Għawdex mexjin skond il-pjan. Ta’ min jinnota wkoll li sadanittant Barts u l-Universita ta’ Malta diġa bdew jikkoperaw fil-qasam tar-riċerka permezz ta’ simposja konġunti bil-għan li xjentisti miż-żewġ istituzzjonijiet jiffarmiljarizzaw ruħhom max-xogħol ta’ riċerka biex jippjanaw programmi flimkien. S’issa saret laqgħa xjentifika bl-isem Comparing Research Agendas in Oncology fil-23 ta’ Novembru 2015. Hemm laqgħa oħra pjanata għat- 2 ta’ Ġunju bl-isem Haematological Diseases: from Genes to Innovative Targets and Therapies

Malta Industrial Parks – lista ta’ spazji

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22423, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba mingħajr ma jsemmi l-isem tal-kumpaniji rispettivi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Industrial Parks – lista ta’ spazji

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22424, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba mingħajr ma jsemmi l-isem tal-kumpaniji rispettivi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MIMCOL – Financial Statement

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22368 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ Financial Statements awditjati tal-Malta Investment Management Company Limited (MIMCOL)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Shipbuilding Co. Ltd – Financial Statement

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22369 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ Financial Statements awditjati tal-Malta Shipbuilding Co. Ltd?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dekasteru tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22392 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’direct orders bid-dettalji ta’ kull direct order li ngħataw minn dawn l-entitajiet matul l-2014: (a) il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar; (b) MIMCOL; (ċ) MGI; (d) Projects Malta; (e) MITA; (f) MCA; (g) MGA; (h) Malta Enterprise; u (i) Malta Industrial Parks?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Dekasteru tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22396 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ direct orders bid-dettalji għal kull direct order li ngħata minn dawn l-entitajiet matul l-2015: (a) il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar; (b) MIMCOL; (ċ) MGI; (d) MITA; (e) KGT; (f) MCA; (g) MGA; (h) Malta Enterprise; (i) Malta Industrial Parks; u (j) Malta Freeport Corporation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

ITS – proposti għal sit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22331, u jagħti lista ta’ min tefa’ l-proposta tiegħu għall-użu tas-sit tal-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) u jgħid (b’mod ġenerali) x’kienet il-proposta ta’ kull min tefa’ l-offerta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ftehim iffirmat ma’ Barts School of Medicine

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22421, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim iffirmat ma’ Barts School of Medicine f’Marzu 2015 jinvolvix użu ta’ faċilitajiet jew proprjeta pubblika?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-obbligu tal-Gvern huwa li jipprovdi direttament jew ma' parti terzi il-binja tal-iskola. Din l-iskola ser tkun mibnija viċin l-isptar ġenerali ta' Għawdex.

Malta Gaming Authority — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet ġodda li rċeviet l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) għal kull settur li tirregola, sena b’sena bejn l-2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Containers li għaddew minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ containers li għaddew minn Malta bejn l-2013 u l-2015, sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ containers li għaddew minn Malta bejn 2013 u 2015 kienu : 2013 - 2.75m 2014 - 2.90m 2015 - 3.06m

Computers tal-Gvern — upgrade

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru upgrading ta’ computers tal-Gvern bejn l-2014 u l-2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant li bejn l-2014 u l-2015 il-MITA wetqet ‘Operating System upgrades' fuq diversi komputers tal-Gvern: · Fl 2015, twettqu 2,218 software upgrade · Fl 2016 (sa 7 ta’ Marzu 2016) twettqu 756 software upgrade Dawn l fiġuri jeskludu computer upgrades fl-iskejjel.

Skema “Investment Aid”

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aktar tagħrif dwar l-iskema Investment Aid u jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw minn din l-iskema?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tal-Investment Aid Tax Credits 2014 - 2020, il-kreditu ta' taxxa mogħti taħt dan inċentiv huwa ddikjarat fit-tax return tas-sena ta' wara li l-investiment ikun sar. F'dan ir-rigward, iċ-ċifri tal-2014 jiġu kkompilati fl-2016, filwaqt li iċ-ċifri tal-2015 jiġu kkompilati fl-2017.

Skema “Soft Loan”

Question

Jista’ l-Ministru jagħti iktar tagħrif dwar l-iskema Soft Loan u jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw minn din l-iskema?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tas-Soft Loans, 7 impriżi (5 zgħar u medji; 2 kbar) bbenifikaw fl-2014 u 4 impriżi zgħar u medji bbenifikaw fl-2015. Fl-2014 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €9,135,000 li minnhom €6,335,000 ingħataw lil kumpaniji zgħar u medji; waqt li fl-2015 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €5,363,750.