Wara li kien organizzat il-pilot project Move 360, jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti dan il-programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Malta għandha waħda mill-ogħla rati fejn tidħol obeżità fit-tfal. SportMalta nediet proġett pilota bl-isem MOVE 360. L-għan ta’ dan il-proġett kien li t-tfal li jieħdu sehem fih, ikollhom piż meqjus normali għall-età u l-qies tagħhom. Dan il-għan seta’ jintlaħaq billi ġew immirati tliet oqsma fil-ħajja ta’ dawn it-tfal, jiġifieri:
· l-ikel
· l-eżerċizzju
· il-lat akkademiku
Waqt il-programm, il-parteċipanti kienu jinġabru mill-iskejjel bit-trasport provdut, imorru f’wieħed mill-kumplessi ta’ SportMalta fejn kienu jippreparaw l-ikel tagħhom stess minn għażla ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, kienu jagħmlu x-xogħol tad-dar bil-għajnuna ta’ għalliema kkwalifikati u jagħmlu siegħa u kwart eżerċizzju fiżiku fuq rakkomandazzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ – skemi għall-impjieg ta’ ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi miftuħa mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ biex jgħinu fl-impjieg ta' ħaddiema ġodda? Liema huma dawn l-iskemi u kemm tingħata għajnuna fuq il-paga u l-bolla tal-istess ħaddiema ġodda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. interpellant li bħalissa l-Jobsplus għandha l-Access to Employment li toffri sussidju tal-paga lil dawk l-individwi li jħaddmu persuni skont il-kriterji stabbiliti tal-proġett. Dawk li jimpjegaw jirċievu sussidju ta’ €85 għal perjodu ta’ 26, 52 jew 104 ġimgħat skont il-kriterji mfassla. Dawk li jimpjegaw persuni b’diżabilità jirċievu sussidju ta’ €125 fil-ġimgħa għal massimu ta’ 156 ġimgħa. Għal aktar tagħrif inħeġġeġ lill-Onor. interpellant jidħol fuq is-sit elettroniku tal-korporazzjoni fejn hemm id-dettalji kollha tal-iskema: https://jobsplus.gov.mt/schemes-jobseekers/a2e-scheme
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa fl-istipendji bejn l-2010 u l-2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali f’għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti fis-snin 2010 sal-2016 kienet kif gej:
Sena
Nefqa Totali
2010
€ 21, 507,912.53
2011
€ 21, 933,162.19
2012
€ 22, 496,649.60
2013
€ 22, 863,084.26
2014
€ 24, 612,209.61*
2015
€ 24, 744,626.94
2016
€ 25, 815,788.00
*Fis-sena kalendarja 2014 kien hemm ukoll ammont ieħor ta’ flus li għadda għand l-istudenti bħala rimbors tal-bilanċ li kellhom fl-ismart card peress li din is-sistema kienet ingħalqet u l-bilanċi għaddew għand l-istudenti direttament fil-kontijiet bankarji tagħhom. Dan l-ammont flimkien ma’ ħlasijiet ta’ spejjeż lil Kumpanija Apco kien ta’ €2,559,175.80.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel u għal-libreriji mill-2012 'l hawn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numri ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel mill-2012 'l hawn, skont is-sena skolastika, huma kif se nsemmi:
Sena Skolastika Primarja Sekondarja
2011/12 78,070 36,082
2012/13 52,890 19,504
2013/14 79,213 15,266
2014/15 73,695 19,479
2015/16 67,888 9,028
2016/17 75,049 1,433
TOTAL 426,805 100,792
Infurmat ukoll li mill-2014 sal-lum l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu xtrat 59,747 ktieb għall-iskejjel u l-libreriji tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid xi skejjel ġodda inbnew u xi skejjel oħra sarilhom xogħol ta’ bini fihom u għal kull binja jista’ jgħid x’inhi n-nefqa għal kull proġett rispettiv fis-snin 2014, 2015 u 2016 separatement?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista tirreferi għal xogħlijiet konsiderevoli peress li saru xogħlijiet minuri f’ħafna aktar skejjel.
Attachments:PQ 30662 - Skejjel ġodda li nbnew u skejjel oħra li sar xogħol ta’ bini fihom _2014-2016_.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa fl-istipendji fl-2016? Jista’ jgħid ukoll x'kienu l-miżuri ġodda introdotti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
In-nefqa fl-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti għas-sena akkademika 2015/6 kienet ta’ €25,815,788.
Fost id-diversi miżuri ġodda introdotti kien hemm:
Fis-sena 2015/6 diversi korsijiet ġodda żdiedu mal-lista ta’ dawk eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti inkluż il-Postgraduate Diploma fin-Nutrition u Dietetics li beda jitqies ukoll eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti.
F’din is-sena akkademika, il-proġett edukattiv Gem 16+ laqa’ 69 student li kollha tqiesu eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti u ħafna minnhom applikaw ukoll għall-ghotja supplimentari. Id-dipartiment irċieva wkoll 108 applikazzjoni mill-Aġenzija Żgħażagħ (Youth Inc.) b’aktar minn 48 minnhom japplikaw għall-ghotja supplimenari.
Kien hemm diversi inċentivi oħra fosthom il-ħlas tal-għotja ta’ darba lill-istudenti tat-tieni sena li jkunu qed jagħmlu kors bl-apprentistat fl-MCAST. Din l-għotja tfisser li issa l-istudenti tal-apprentistat fl-MCAST u li qegħdin fit-tieni sena tal-kors tagħhom ser jibdew jirċievu l-għotja inizjali fil-bidu tas-sena akkademika. Fil-fatt 362 student irċieva l-għotja f’Marzu u dan ammonta għal investiment ta’ €42,479.58.
Fi Frar 2016 l-istipendji u stipendji supplimentari ġew riveduti b’ammont proporzjonali taż-żieda tal-għoli tal-ħajja (cola) u għaldaqstant l-istipendji u stipendji supplimentari ġew aġġustati b’żieda ta’ 0.93% u din sarrfet f’investiment akbar ta’ madwar €161,405 għas-sena akkademika 2015/6.
Inċentivi oħra kienu jinkludu l-klassifikazzjoni ta’ korsijiet li ġew meqjusa bħala eliġibbli għal stipendju ogħla fosthom il-B.Sc Pharmaceutical Technology li ġie klassifikat bħala kors prescribed għall-fini ta’ stipendju biex hekk dawn l-istudenti bdew jieħdu għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti ħafna ogħla.
L-istudenti maturi bdew jitqiesu wkoll awtomatikament eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti minn Jannar 2016 u għaldaqstant ma baqax jintalab rendikont tad-dħul ta’ dawk residenti fl-istess household biex tiġi deteminata l-eliġibbiltà ta’ studenti li jiġu aċċettati għal kors taħt il-klawsola tal-maturità.
Tajjeb jingħad ukoll illi fl-2015 il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol investa biex id-Dipartiment għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jkollu sistema onlajn fejn l-istudenti japplikaw kollha f’applikazzjoni waħda li minnha jiġu ġġenerati l-ħlasijiet wara li tiddaħħal l-attendenza fejn applikabbli.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-miżuri favur il-litteriżmu matul is-sena 2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rendikont tal-programmi u l-inizjattivi li ttieħdu b'risq il-litteriżmu fl-2016 qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 30691 - Miżuri favur il-litteriżmu.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fuq in-numru ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel u libreriji fl-2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel fl-2016 huwa kif se nsemmi:
Primarja - 75,049
Sekondarja - 1,433
Infurmat ukoll li fl-2016 l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu xtrat 25,167 ktieb għall-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiema daħlu jaħdmu fil-qasam tas-sapport tal-istudenti fl-iskejjel mill-2013 'l hawn? X'tip ta' xogħlijiet kienu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-qasam tas-sapport tal-istudenti fl-iskejjel, bejn l-2013 u l-2016, fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent, in-numru ta’ impjegati li ġew ingaġġati kien kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm iktar persuni b'diżabilità daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni b'diżabilità li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar ħames snin kien ta’ 1,014.
Persuni ‘l fuq minn 45 sena li daħlu fid-dinja tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm iktar persuni ta’ 'l fuq minn 45 sena daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni ’l fuq minn 45 sena li kienu jaħdmu full time u part time bħala xogħol ewlieni fl-aħħar ta’ Ġunju tas-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016 hu kif muri fit-tabella hawn taħt, jiġifieri:
Persuni jaħdmu
full time
u
part time
bħala xogħol ewlieni
Żieda sena fuq sena
Ġunju 2012
63,450
Ġunju 2013
65,360
1,910
Ġunju 2014
68,057
2,697
Ġunju 2015
70,547
2,490
Ġunju 2016
73,432
2,885
It-tabella turi wkoll iż-żieda sena fuq sena.
Jista' l-Ministru jara li jiġi rrimedjat inkonvenjent li Clubs tal-football qed jesperjenzaw meta d-dwal li hemm fil-ground ta' ħdejn l-Iskola Sekondarja tar-Rabat Għawdex, qed jintfew wara ftit minuti u dan wara li l-clubs kienu ħallsu €25 biex ikunu jistgħu jużaw dan il-ground għal 90 minuta? Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-clubs qed iħallsu l-istess ammont biex jużaw il-ground ta’ ħdejn l-Iskola Primarja tax-Xewkija u d-dwal jibqgħu ma jinxtegħlux?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi kienet ittieħdet deċiżjoni interna li t-timer ikopri l-ħin mill-17:00 sad-21:30 fix-xitwa, u bejn is-18:30 sal-22:00 fis-sajf. Dan sar minħabba li kien mifhum li dan l-arranġament kien jissodisfa l-bżonnijiet, u minħabba li ma waslet l-ebda talba lid-Dipartiment tal-Eżamijiet sabiex jiġi mibdul il-ħin tat-timer. Madankollu, id-Dipartiment lest li dan jinbidel jekk hemm il-ħtieġa li dan isir.
Nindika wkoll bħala punt ta’ informazzjoni li ġejt mgħarraf li l-ispejjeż tad-dawl qed jitħallsu mid-Dipartiment tal-Eżamijiet.
Il-Qawra – Skola Primarja – sit fejn se tinbena — tabelli
Question
Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30506 dwar l-Iskola Primarja ġdida li għandha tinbena fil-Qawra, fejn ingħadd li t-tabelli nqalgħu mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada biex ikun jista’ jinbidlilhom l-artwork, jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni li għaliha nħasset il-ħtieġa li l-istess tabelli jinqalgħu, kif ukoll meta se jinbeda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq il-post, kif ukoll jekk hux se jkun hemm tibdil fil-pjanti tal-istess skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-raġuni, li għaliha nqalgħu t-tabelli msemmija, diġà ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30506. Ix-xogħol fuq il-proġett tal-Iskola Primarja tal-Qawra beda u s'issa sar l-iskavar tas-sit. Il-permessi ta' żvilupp li hemm bżonn ħarġu u bħalissa qed ikun evalwat it-tender tal-bini. Il-kostruzzjoni tiddependi minn meta jingħata l-kuntratt tax-xogħlijiet li jista' jkun suġġett għal appelli u proċeduri oħra. Hu ppjanat li din l-iskola tibda topera mis-sena d-dieħla. Ma sar l-ebda tibdil fil-pjanti tal-istess skola.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Russa tul din is-sena akkademika, fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Istat, tul din is-sena skolastika, m’hemm l-ebda student li qed jistudja r-Russu u m’hemm l-ebda għalliem li huwa reġistrat li jista’ jgħallem dan is-suġġett.
Rigward l-iskejjel sekondarji tal-Knisja u Indipendenti, infurmat li l-għadd ta' studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Russa tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu huma murija fit-tabella kif ġej:
TipStudentiTotal ta' StudentiGħalliema
SubienBniet
Knisja0111
Indipendenti1613291
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġappuniża tul din is-sena akkademika,fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġappuniża tul din is-sena skolastika fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja kif ukoll Indipendenti u m’hemm l-ebda għalliema reġistrati li jistgħu jgħallmu din il-lingwa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għal SkolaSport għal din is-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għal din is-sena skolastika 2016-17 kien hemm 149 applikazzjoni valida, kollha studenti biex jidħlu fl-ewwel sena tas-sekondarja. Minn dawn daħlu 39 student.
Kien hemm 46 applikazzjonijiet oħra ta' studenti biex jidħlu fit-tielet sena tas-sekondarja. Minn dawn daħlu seba’ (7) studenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li żaru l-Esplora mill-ftuħ tagħha sal-aħħar tas-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li żaru l-Esplora mill-ftuħ tagħha sal-aħħar tas-sena kien kif ġej:
Pubbliku Ġenerali
· Dħul għall-Esebiti biss:
o Adulti – 10,631
o Minuri – 6,129
· Dħul għall-Esebiti u
Science Show
:
o Adulti – 1,582
o Minuri – 1,388
· Dħul għall-Esebiti u
Science Workshop
:
o Adulti – 153
o Minuri – 490
Skejjel
· Dħul għall-Esebiti biss:
o Minuri – 881
· Dħul għall-Esebiti u
Science Show
:
o Minuri – 2,584
· Dħul għall-Esebiti u
Science Workshop
:
o Minuri – 771
Dan ifisser li sal-aħħar tas-sena 2016, it-total ta’ viżitaturi mill-pubbliku ġenerali kien ta' 20,373 filwaqt li t-total ta’ viżitaturi mill-iskejjel kien 4,236.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma d-dixxiplini sportivi differenti li bdew jiġu pprattikati fl-iskejjel primarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin bikrin (sat-tieni sena tal-Primarja) hemm aċċenn b’saħħtu ħafna dwar il-ħiliet fundamentali li huwa essenzjali għal kull dixxiplina sportiva.
Fis-snin ta’ wara (mit-tielet sena tal-Primarja) isiru wkoll lezzjonijiet ta’ dawn id-dixxiplini: Atletika, Baskitbol, Futbol, Handball, Għawm, Ġinnastika, Golf, Rugby u Żfin.
Il-maġġoranza kbira tal-lezzjonijiet isiru mill-għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika filwaqt li minn żmien għall-ieħor isiru żjarat fl-iskejjel minn għalliema speċjalizzati fid-dixxplini msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata minn barra, mislufa mid-Dipartiment, entità jew minn Awtorità tal-Gvern fil-Malta Libraries minn Lulju 2016 sal-lum? Jekk iva kemm ġew impjegati nies, min qed joħroġ il-pagi tagħhom, x’inhu l-grad tagħhom, xi kwalifiċi u x’esperjenza kellhom il-persuni magħżula,u jekk l-ewwel sejħa ħarġitx interna għall-ħaddiema li diġà jaħdmu mal-Malta Libraries?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Malta Libraries li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.