Laqgħat tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea preseduta mill-Ministru
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa se tiġi preseduta minnha tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Kemm minnhom se jsiru f’pajjiżna u kemm barra? Tista’ tindika n-natura tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-laqgħat kollha li jaqgħu taħt l-Ministeru Għad-Djalogu Socjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Civili.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – ħaddiema ingaġġati in vista tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew jew se jiġu impjegati u ngaġġati persuni ġodda mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtha, in vista tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Tista’ tindika wkoll il-kategoriji u l-iskali rispettivi tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ingaġġ/Kategorija
Salarju
Suġġett
Policy Officer
(Ġinevra)
Skala 9
ILO – International Labour Organisation Activities
Policy Officer
(Ġinevra)
Skala 9
WPIEI- Working Parties on International Environmental Issues
Policy Officer
(New York)
Skala 9
CSW – Committee for the Status of Women.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29151, tista’ l-Ministru tgħid liema aspetti tal-Att dwar il-Kompetizzjoni dawn il-laqgħat kienu jikkonċernaw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li dawn il-laqgħat kienu jikkonċernaw proċedura, tul taż-żmien ta’ investigazzjoni u l-funzjonijiet tal-Uffiċċju.
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni– FA Premier League – delayed screening of Premier League Matches
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29152 tista’ l-Ministru tikkonferma li allura d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ma kitibx direttament il-FA Premier League Ingliża rigward il-każ tad-Delayed Screening of Premier League Matches?
Response (DALLI, HELENA)
Kif diġà spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29152, id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) kien talbet lill-operaturi ikkonċernati sabiex tiġi mogħtija dikjarazzjoni uffiċjali mingħand l-FA Premier League. L-ittra mingħand l-FA Premier League fil-fatt kienet indirizzata lid-Direttur Ġenerali u tagħmel referenza li l-informazzjoni mogħtija fl-ittra qed tingħata bħala konferma ta’ dak li ntqal mill-operatur konċernat waqt il-laqgħa li kienet saret miegħu.
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni– FA Premier League – delayed screening of Premier League Matches
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29152, tista’ l-Ministru tgħid għalfejn id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ma kitibx hu direttament il-FA Premier League Ingliża rigward il-każ tad-Delayed Screening of Premier League Matches?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ma kitbitx hi direttament il-FA Premier League Ingliża peress li kif diġa spjegat fil-mistoqsija parlamentari 29152 din intalbet waqt laqgħa mal-operatur ikkonċernat. F’dan il-każ partikolari, il-każ li kien qed jiġi analizzat kien jirrigwarda wkoll il-ftehim bejn l-operatur konċernat u l-FA Premier League, u għaldaqstant l-informazzjoni ntalbet direttament mingħand l-operatur.
Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur – FA Premier League – każ ta’ Delayed Screening of Premier League matches
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29152, tista’ l-Ministru tgħid x’għamel id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) sabiex jikkonferma li dak li kien ddikjarat fil-fatt qed iseħħ fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ikkunsidrat li l-ittra mingħand l-FA Premier League kienet konferma uffiċċjali ta’ dak li kien qed iseħħ fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Għaldaqstant ma sarux kommunikazzjonijiet oħra biex jiġi kkonfermat dan il-fatt.
Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – bejgħ ta’ petrol u d-diesel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni humiex jinvestigaw is-suq tal-bejgħ tal-petrol u d-diesel?
Response (DALLI, HELENA)
L-informazzjoni li qed tiġi mitluba tista` tkun ta' preġudizzju għall-investigazzjonjiet li jkun qed jagħmel l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tal-Kompetizzjoni.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — person of trust u position of trust
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 29928 u tgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tagħha sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm zewġ persuni f’position of trust u sittax-il person of trust.
Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149 b’mod partikolari għal dawk it-tlieta u tletin (33) deċiżjoni maħruġa mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ sottomess, liema artikoli tal-Att dwar il-Kompetizzjoni dawn kienu jikkonċernaw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-każijiet kienu jikkonċernaw dawn l-artikoli tal-Att dwar il-Kompetizzjoni hekk kif joħroġ mit-tweġieba parlamentari 30451:
- Tlettax il-każ taħt Artikolu 14 (2) tal-Att Dwar il-Kompetizzjoni
- Każ wieħed artikolu 11A tal-Att Dwar il-Kompetizzjoni
- Żewġ każjiet taħt l-artikolu 14 tal-Att dwar l-Awtorita ta’ Malta ghall-Kompetizzjoni u għall-affarijiet tal-Konsumatur
Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni — laqgħat
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149 b’mod partikolari għat-tlieta u tletin (33) deċiżjoni maħruġa mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ, kemm-il laqgħa saret mal-partijiet konċernati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li mill-fajls jirriżulta li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni għamel 57 laqgħa mal-partijiet konċernati fejn kien hemm:
12 il-każ fejn ma saret l-ebda laqgħa
11 il-każ fejn saret laqgha waħda
3 kazijiet fejn saru żewġ laqghat
3 każijiet fejn saru tliet laqghat
2 każijiet fejn saru erba’ laqghat
Każ fejn saru 5 laqgħat
Każ fejn saru 43 laqgħa
Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni – ħruġ ta’ request for information mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149 b’mod partikolari għal dawk it-tlieta u tletin (33) deċiżjoni maħruġa mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ, kemm-il request for information inħareġ mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li mil-fajls jirriżulta li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ ħamsa u ħamsin (55) request for information fejn kien hemm:
26 każ fejn ma ħarġet l-ebda talba
4 każijiet fejn ħarġu żewġ talbiet
2 każijiet fejn ħarġu 4 talbiet
Każ wieħed fejn ħarġu 43 talba.
Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149 b’mod partikolari għal dawk it-tlieta u tletin (33) deċiżjoni maħruġa mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ, kienx hemm ċirkostanzi fejn xi wieħed mill-partijiet weħel xi multa amministrattiva skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
L-ewwelnett nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 30451 fejn urejt li huwa żbaljat fil-konkluzjoni tiegħu li d-deċizjonijiet ma ħarġux skont il-liġi.
Infurmata li kien hemm każ wieħed fejn wieħed mill-partijiet weħel multa amministrattiva wara li ma ppreżentax l-informazzjoni mitluba fi żmien li ngħata mill-Uffiċċju.
Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni – talba għal ħruġ ta’ interim measure
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149 b’mod partikolari għal dawk it-tlieta u tletin (33) deċiżjoni maħruġa mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ, jekk kienx hemm xi talba biex tinħareġ xi interim measure u effettivament din inħarġitx mid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)?
Response (DALLI, HELENA)
L-ewwelnett nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari 30451 fejn urejt li huwa żbaljat fil-konkluzjoni tiegħu li d-deċizjonijiet ma ħarġux skont il-liġi.
Infurmata li ma kien hemm l-ebda talba biex tinħareġ xi
interim measure
.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Segretarjat Privat - lista aġġornata
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tagħha u s-salarji rispettivi tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali — deċiżjonijiet tal-Qrati kostituzzjonali
Question
Peress li wara d-deċiżjonijiet tal-Qrati Kostituzzjonali ta’ April 2015 u Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), il-Ministru kienet qalet li hemm diversi liġijiet li jridu jiġu emendati, tista’ l-Ministru telenka dawn il-liġijiet u għal kull liġi tgħid liema huma dawk l-artikoli li se jiġu emendati? Tista’ tgħid meta se jiġi ppubblikat l-abbozz ta' liġi f'din ir-rigward?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twegiba tinghata f'xi seduta ohra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29380, tista' l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament rigward kundizzjonijiet tax-xogħol fil-Qasam tat-Turiżmu?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg għamel kuntatt mal-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament f’din il-mistoqsija parlamentari u f’dan ir-rigward wieġeb għall-mistoqsijiet tiegħu u ċċara x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol bażiċi tiegħu relatati mas-settur li hu jopera fih.
Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur — każijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29155, fejn elenkat il-każijiet kollha li ġew mismugħa quddiem it-Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur minn mindu dan it-tribunal twaqqaf, tista’ l-Ministru tgħid għal kull każ il-ġurnata meta ngħatat id-deċiżjoni u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-dati tad-deċiżjonijiet huma kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Każ
Data meta ingħatat id-deċi¿joni jew informazzjoni relevanti
1
Melita Mobile Limited vs Direttur Għall-Affarijiet tal-Konsumatur
17 ta’ April, 2013
2
Benny Borg Bonello nomine vs Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
Sub judice
pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell
3
Melita Plc (C 12715) vs Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
Appell ċedut
4
Melita Plc (C 12715) u Melita Mobile Limited (C 35794) et vs Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
Sub-judice
differit għas-sentenza
5
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Gusta vs Korporazzjoni Enemalta et
4 ta’ Ottubru, 2016
6
Onorevoli Joe Mizzi vs Uffiċċju għall-Kompetizzjoni
28 ta’ Jannar, 2016
7
Malta Bargains Limited (UK) vs Awtorità tat-Turi¿mu ta’ Malta et
19 ta’ Mejju, 2015
8
Liquigas (Malta) Limited vs Uffiċċju għall-Kompetizzjoni
14 ta’ April, 2015
9
U Communications Limited vs Uffiċċju għall-Kompetizzjoni
22 ta’ Ottubru, 2014
10
Miqna Systems Limited u MaltaTicket.com Limited vs Uffiċċju
għall-Kompetizzjoni wara l-ilment tal-istess Miqna Systems Limited
29 ta’ Jannar, 2014
11
Datastream Limited vs Camline Internet Services Limited
29 ta’ Jannar, 2014
12
Imnara Limited vs Uffiċċju għall-Kompetizzjoni
20 ta’ Marzu, 2013
13
Uffiċċju Għall-Kompetizzjoni vs Korporazzjoni Enemalta Wara l-Ilment ta’ Attard Services Et
Ka¿ għadu
sub-judice
13
Falzon Group Holdings Limited (C1731) Et vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)
Ka¿ għadu
sub-judice
14
A.a.j.e. Abela Brothers Partnership Et Vs Uffiċju Għall-Kompetizzjoni wara l-Ilment ta’ Carmelo Meli L
Sub-judice
differit għas-sentenza
15
Federated Association of Travel And Tourism Agents vs Deutsche Lufthansa Ag (Malta)
Ka¿ għadu
sub-judice
Kopja tad-deċizjonijiet qed jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub mill-Onor. Interpellant.