Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni li huma impjegati b'xi forma ta' kuntratt mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu is-salarju/remunerazzjoni li qegħdin jingħataw? Kemm hi il-perjodu li għalih ġew ingaġġati dawn l-impjegati? Jista' il-Ministru jgħid ukoll jekk hemmx xi impjegati li għandhom iktar minn sittin sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali u fuq liema kontravenzjonijiet matul is-sena li għaddiet?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru totali ta` taħrikiet li ngħataw f`Malta u Għawdex mill-Gwardjani Lokali tul is-sena 2002 kien 149843.
Qiegħed nehmez ma` din it-tweġiba lista li telenka fuq liema kontravenzjonijiet ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet.
Pulizija — Każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account
Question
Minħabba l-inkonvenjenza fil-każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account, tista' sseħħ emenda fil-kodiċi ċivili sabiex fil-każ imsemmi fuq, il-joint account ma jinżammx?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jemenda l-liġi fis-sens indikat fil-mistoqsija iżda qabel kollox irid jara l-veduti tal-banek kummerċjali.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2002 mid-dipartiment li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni li qegħdin jagħmlu xogħol ta' traduzzjoni tal-liġijiet/dokumenti in konnessjoni mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Kemm tħallsu flus s'issa kull persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jistgħu jittieħdu passi dwar il-bankina għolja żżejjed li hemm ħdejn il-bus stop fi Sliema Road, il-Gżira billi din qed tkun ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jara li ssir bankina fuq in-naħa tar-residenzi San Josetto u Unicorn f'Misraħ il-Barrieri, Msida minħabba l-flooding li spiss jiġi kkawżat fid-djar kull meta jkun il-maltemp?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kostruzzjoni ta` bankini ġodda m`hux funzjoni tal-Kunsilli Lokali u għalhekk nitolbu jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jogħġbu l-Ministru jara li tiġi mnaddfa l-area ta' quddiem Triq Ħal Resqun fil-Gudja peress li issa ilha tiġi wżata bħala miżbla?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Billi mhux ċar għal liema area l-Onorevoli Membru qed jirreferi, nitolbu jkun aktar speċifiku sabiex tiġi stabbilita ta` min hi r-responsabbilita tad-tindif.
Jista' l-Ministru jara li ssir bankina fuq in-naħa tar-residenzi San Josetto u Unicorn f'Misraħ il-Barrieri, Msida minħabba l-flooding li spiss jiġi kkawżat fid-djar kull meta jkun il-maltemp?
Meta jingħata tender għal kuntratt ta' xogħol ta' tisbiħ ta' ġonna f'żoni residenzjali bħal dak fi Pjazza Preziosi Floriana, jistgħu l-Kunsilli Lokali kkonċernati jorbtu lil-kuntratturi sabiex is-sit ma jispiċċax f'dlam ċappa sakemm jitlestew ix-xogħljiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li Kunsill Lokali jista' jorbot lill-kuntratturi li jkunu nghataw tender għall-kuntratt ta' xogħol ta' tisbiħ ta' ġonna residenzjali biex is-sit ma jispiċċax fi dlam ċappa sakemm jitlestew ix-xogħolijiet. Dan jista' jsir billi l-Kunsill jagħmel kundizzjonijiet simili meta tinħareġ talba għall-offerti.
Kunsill jista' jiggwida ruħu wkoll permezz ta' l-Avviż Legali 119 ta' l-2002 fejn hemm stipulat illi (i) kuntrattur għandu jqiegħed dawl adegwat ma' nżul ix-xemx fuq materjal depożitat, kif ukoll (ii) Kunsill jista' jagħmel dawk il-pattijiet u kundizzjonijiet li jidhirlu xieraq.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija Nru. 38415.
X'inhi r-reazzjoni tal-istrutturi li jaqgħu taħt il-Ministeru u huma responsabbli mill-qasam tal-informatika għall-effetti tat-taxxa tal-VAT fuq is-settur, anki meta mqabbel ma pajjiżi oħra li jeżentaw is-settur mill-VAT u għalhekk huma iżjed kompettittivi anke biex jiġbdu lejhom investiment ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Għalkemm il-mistoqsija ma' tispecifikax ghal liema prodotti jew servizzi qieghed jirreferi ghalihom l-Onor. Interpellant, ngharrfu illi fl-UE permezz tad-direttiva 2002/38/EC, il-VAT ma' tiġix imposta skond fejn il-prodott jew servizz jinħadem, iżda skond fejn jiġi kkunsmat jew mixtri.
Għaldaqstant, il-VAT ma' taffettwa bl-ebda mod il-kompetittivita ta' pajjiż fil-qasam tal-ICT.
X'budget hemm għall-edukazzjoni tal-IT fl-iskejjel tal-gvern wara l-ħin tal-iskola? F'liema xhur se jsiru l-korsijiet tal-IT fl-iskejjel wara l-ħin tal-iskola? Kemm se ddum għaddejja din il-ħidma? Kemm se jkunu qed jgħallmu dawn il-korsijiet? Kif intagħżlu l-għalliema? X'kundizzjonijiet finanzjarji ġew offruti dawn l-għalliema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet ser isiru matul is-sena kollha u din il-ħidma tibqa` sejra sakemm ikun hemm domanda. Ser ikun hemm wieħed u tmenin (81) għalliema li ser ikunu jgħallmu dawn il-korsijiet u dawn ġew magħżula billi nħarġet ċirkulari fl-iskejjel mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni. L-applikazzjonijiet kienu miftuħin għall-għalliema kollha ta` l-informatika fl-iskejjel tal-Gvern, tal-knisja u indipendenti. Dawn ġew offruti LM7 is-siegħa, VAT eskluza. Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-Ministru tal-Edukazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm dgħajjes tal-klandestini li għadhom ma nbiegħux? Jekk hemm kemm hemm u meta ser toħroġ l-offerta?
Response (GATT, AUSTIN)
Baqa` tlett dgħajjes tal-klandestini li kienu ġew konfiskati favur il-Gvern mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) bħala Qorti ta` Ġudikatura Kriminali u li sallum għadhom ma nbiegħux.
S'isa għad m`hemmx data meta dawn għandhom jinbiegħu b`offerta.
Iħoss il-Ministru li r-roti jiġu reġistrati fil-kunsilli lokali beix ikun ċertifikat b'numru u bid-dawl u mezzi xierqa, fosthom mezz ta' waqfien biex nevitaw inċidenti ta' tfal u żgħażagħ li jweġġgħu bir-roti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m`hiex il-policy ta` dan il-Ministeru li r-roti jiġu reġistrati fil-Kunsili Lokali. Madanakollu jekk l-Onorevoli Interpellant, iħoss li għandu jsir xi forma ta` reġistrazzjoni fuq ir-roti biex dawn ikollhom dawk il-mezzi xierqa sabiex jiġu evitati inċidenti, nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Transport.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pieni li ġew mogħtija mill-Qrati lil dawk il-persuni li nstabu ħatja ta' serq mill-1998 sa l-2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq għal kull każ kif ukoll l-eta' u s-sess tal-persuna li ġiet ikkundannata? Jista' jgħid jekk minn dawk li nstabu ħatja kienx hemm min reġa' tressaq il-Qorti akkużat bl-istess reat jew reati aktar serji fl-istess perijodu u x'kienu l-pieni nflitti f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta` persuni li nstabu ħatja ta` serq mill-01/01/98 sa 31/12/2002 huwa kif jidher hawn taħt:
Malta 1072
Għawdex 125
F'Malta ma tinżammx statistika ta` l-informazzjoni l-oħra li qed jitlob l-Onor. Interpellant waqt li f`Għawdex id-dettalji huma kif jidhru fuq annessi li ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37752?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid hija fuq arterja u għalhekk ma taqax fil-kompetenza tal-kunsill Lokali, Paola.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni li taħtu jaqa` d-Direttorat tat-toroq.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Private securities
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru?
Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tiegħi għandi security guard/receptionist wieħed li jitħallas bir-rata ta` LM2.59 fis-siegħa - VAT inkluża. Dan is-servizz beda fl-ewwel ta` November 2002 (meta l-Ministeru mar għall-uffiċċini fi Triq id-Dejqa, il-Belt) u ser jibqa` fis-seħħ sakemm dan il-Ministeru jiġi provdut b`uffiċjal tas-Sigurta u li għalih ġiet ippreparata sejħa għall-applikazzjoni mill-MPO.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa biex id-delivery men ma jibqgħux jiġu mħarrka daqshekk ta' spiss meta jkunu qegħdin jgħabbu jew iħottu x-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Minghajr ma nidhol fil-mertu ta' min hu u min m'huwiex "delivery man" u kemm inhargu citazzjonijiet billi statistika ma tezistix, peress li l-mistoqsija tikkoncerna materja li hija relatata ma' l-osservazzjoni tas-sinjali tat-traffiku, nahseb ikun aktar xieraq li din tigi maghmula lill-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni.