Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26197.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
In-nefqa totali kiente ta' € 17,475.02. L-Internet Service Provider f'Malta huma l-MITTS filwaqt li f'kull pajjiż fejn hemm rappreżentanza diplomatika hemm ISP differenti.
L-uffiċċjali huma dawk normalment intitolati għall-internet jiġifieri s-Segretarja Permanenti, id-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi, membri tas-Segretarjat Privat u oħrajn fosthom l-Ambaxxaturi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
It-total tan-nefqa fuq safar għall-Ministeru inkluż l-Ambaxxati kien ta' € 1, 039,076.18. Matul l-istess perijodu l-Ministeru rċieva €114,345.26 bħala rifużjoni mill-Unjoni Ewropeja.
Minħabba n-natura tal-ħidma tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin mhuwiex prattiku li tingħata l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġejja:
Xahar
Head Office u FME
Ambaxxati
Jannar
€ 6,954.89
€ 8,051.08
Frar
€ 2,983.71
€ 5,808.97
Marzu
€ 5,522.33
€ 10.535.59
April
€ 3,280.50
€ 6,064.02
Mejju
€ 5,916.00
€ 4,373.85
Ġunju
€ 1,027.32
€ 10.438.98
Lulju
€ 1,770.02
€ 3,707.89
Awissu
€ 1,327.03
€ 7,072.42
Settembru
€ 291.63
€ 7,904.60
Ottubru
€ 73.76
€ 5,868.15
Total
€29,147.19
€ 69,535.08
Total Sħiħ
€ 98,682.27
Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 26132. Nixtieq inżid illi b'effett mit-22 ta' Ottubru 2007, id-Direttur dwar ir-Relazzjonijiet esterni u Kummerċ Internazzjonali ġie maħtur Ambaxxatur ta' Malta fl-Eġittu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26148.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Minn Jannar sa Ottubru 2007 ma ngħatawx direct orders mill-Ministeru u d-dekasteru li jaqgħu taħti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
In-nefqa totali kienet ta' € 49,230.97 li minnhom € 36,763.43 kienu għall-Ambaxxati kollha ta' Malta.
L-uffiċċjali huma dawk normalment intitolati għall-karozza jiġifieri s-Segretarja Permanenti, id-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi, membri tas-Segretarjat Privat u oħrajn fosthom l-Ambaxxaturi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
In-nefqa fuq prepaid top up mobile cards minn Jannar 2007 sa llum kienet hekk:
Ministeru: € 11.65
Ambaxxati: € 1244.70
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fil-Head Office inxtraw mobile phones / pdas li jammontaw għal € 694.48.
Fis-missjonijiet ta' Malta f'Beijing, New Delhi u New York inxtraw mobile phones / pdas li jammontaw għal € 453.42.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Apparti l-informazzjoni diġa mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 28475 l-informazzjoni mitluba hija:
Rented/Leased on
Grade
Rent/Lease
Rent per day
Capacity
FME
January-October
General office use
Rent
€ 13.74
1150cc
Missions
PREU & Brussels
July-October
Permanent Representative
Leased
€ 21.88
3000cc
Geneva
January-October
General office Use
Leased
€ 19.05
2400cc
London
January-October
High Commissioner
Leased
€ 30.55
3000cc
New Delhi
September-October
High Commissioner
Rent
€ 8.70
1600cc
Jista' l-Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għalkemm żmien?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Minn Jannar 2007 sa llum ma ġewx mikrija / leased l-ebda karozzi ġodda. Fil-perjodu msemmi baqgħet tiġi mikrija karozza tat-tip Mercedes bir-rata ta' Lm29.50 (€68.72) kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tiegħu bħala Ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Intpellant illi:
(a) ma kien hemm l-ebda spejjeż fuq il-karozza uffiċċjali;
(b) matul l-2007 l-ispejjeż ta' manutenzjoni fuq it-tieni karozza kienet ta' Lm220.24.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Matul l-2007 ma nxtrat l-ebda karozza għall-użu minn uffiċċjal jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’diskussjonijiet saru dwar l-Ambaxxata Ċiniza l-ġdida li hi maħsuba li tinbena f'Pembroke?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti irċieva talba formali mingħand l-Ambaxxata tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina sabiex jibdew negozjati sabiex tkun akkwistata biċċa art mingħand il-Gvern Malti biex issir Ambaxxati ġdida fuqha..
Din il-materja għaddiet għand il-Ministeru kkonċernat mill-Artijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-ammont f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħti minn Jannar 2007 sal-lum hu kif ġej:
Total € 123,530.24 (LM 53,017.27)
Billi ftit ilu l-Ministru għarraf lill-Kamra li l-post tal-Kap tas-Schengen Unit fil-Ministeru baqa' ma mteliex għaliex fost dawk li applikaw kien hemm min ma nstabx adegwat filwaqt li kandidat ieħor ġie skwalifikat, jista' l-Ministru jgħid jekk u meta ser tinħareġ sejħa ġdida għall-applikazzjonijiet?
Jista' jikkonferma li l-persuna li qed tikkordina din it-taqsima bħalissa oriġinarajment kellha kuntratt ta' advisor? Jista' jgħid jekk il-kuntratt għadux l-istess? Jista' jgħid jekk hux minnu li qed jġi esplorat flimkien mal-MPO fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jekk dan il-kuntratt jistax jinbidel għall-ieħor b'titlu differenti?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-pozzizjoni ma mbidlitx mill-ahhar Mistoqsija Parlamentari dwar din il-materja. Ma jidhirlix li ghandi noqghod naghti dettalji dwar individwi li huma kjarament il-mira ta' din il-mistoqsija.
Kont nahseb li dan l-istil ta' "politika" kien spicca.
Id-decizjoni jekk kuntratt ta' persuna isirx indefinit ma tittehidx minn dan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont, sena b’sena u pajjiż pajjiż, ta' kemm saru spejjeż mill-ambaxxati u konsulati Maltin f’dawk li huma kirjiet ta' premises, pagi, hospitality expenses, akkomodazzjoni ta' diplomatiċi eċċ., f’dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Din il-Mistoqsija Parlamentari mhijiex raġonevoli għaliex titlob tagħrif li jista' jinġabar mill-Estimi Uffiċċjali, u dan fuq perijodu twil ta' għaxar snin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għadux reżolut li jżomm mal-One China Policy tiegħu dwar ir-RP tac-Ċina, independentement mill-eżitu li jista' jkollu l-United Nations BID Referendum prospettiv tal-Gvern ta' Taiwan?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qatt ma kien hemm l-iċken dubju li l-politika tal-Gvern Malti hija dik ta' One China Policy. Dan dejjem ġie kkomunikat kjarament u konsistentement lir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2006 u l-2007 saru żewġ risk assessments fil-bini tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
Qed inpoġġi kopja ta' dawn ir-risk assessments fuq il-Mejda tal-Kamra.