Billi fil-11 ta' Ġunju, 2007 l-host families kienu ġew avżati bil-miktub mic-Chairman ta' l-MTA li dawk li kienu għamlu contributions għas-sena 2007 kienu ser jingħataw moratoriumu refund in full tal-kontribuzzjoni tagħhom, jista' l-Ministru jgħid meta dan ir-refund ser jinħareġ u għaliex tħalla jgħaddi dan ż-żmien kollu biex jinħareġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi r-refund in full tal-kontribuzzjoni tal-host families għas-sena 2007 ingħata kollu lura lill-familji f'Settembru tas-sena li għaddiet. Nixtieq inżid ukoll illi l-host families qed jiġu eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjoni ta' l-MTA anke din is-sena.
Jista' l-Ministru jara li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu toħloq kategorija ġdida għal akkomodazzjoni turistika "budget
" li għandna bżonn biex nilqgħu l-ħteġijiet tal-
independent travellers
li qegħdin ifittxu din it-tip ta' akkomodazzjoni u mhux qed isibuha għax il-lukandi tagħna huma mfassla għal turisti ta'
package holidays
bi bżonnijiet differenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' tat-Turiżmu qiegħda tikkunsidra numru ta’ inizjattivi fir-rigward ta’ kategoriji ta’ akkomodazzjonijiet biex tiżgura li l- independent traveller isib it-tip ta’ akkomodazzjoni li jixtieq.
Fost dawn l-inizjattivi hemm dik li jiġu estiżi l-opportunitajiet ta’
bed and breakfast
għall-kategoriji ta’ 2 u 3 stilel, biex b’hekk ikollna wkoll lukandi li jipprovdu servizzi minimi għall dawk li jfittxu akkomodazzjoni li tipprovdi sodda u
breakfast
biss. Dawn l-inizjattivi għandhom jidħlu fis-seħħ fil-qarib, kif fil-fatt diġa kien imħabbar. Fis-sitwazzjoni kurrenti, kull lukanda hija fil-liberta' li tippromovi l-istabbiliment tagħha bħala
budget
hotel
, sakemm din tipprovdi l-faċilitajiet u servizzi minimi kif mitlub skond ir-regolamenti relevanti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm lukandi ma ħallsux il-liċenzja għas-snin 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm kienu 5-star, 4-star u 3-star sena b'sena? X'passi ttieħdu kontra min ma ħallashomx? Jista' jgħid ukoll kemm lukandi m'għandhomx il-permess kif meħtieġ mill-MEPA u x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu f'dan ir-rigward?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi tlett lukandi ta’ ħames stilel, tmien lukandi ta’ erba’ stilel, tliet lukandi ta’ tlett stilel u erba' ta’ żewġ stilel għadhom ma hallsux il-liċenzja tas-sena 2007.
Erba' lukandi ta’ erba' stilel ma hallsux il-licenzja tas-snin 2006 u 2007.
Żewg lukandi ta’ erba' stilel u lukanda waħda ta’ tlett stilel ma ħallsux il-liċenzji għas-snin 2005, 2006 u 2007.
Permess ta’ l-uffiċċju legali l-Awtorita’ ħarget Ittra Eżekuttiva lil dawk is-sidien tal-lukandi li għadhom ma ħallsux il-liċenzji mis-sena 2005 jew mis-sena 2006. Kull min ma ħallasx il-liċenzja, inkluż dik tas-sena 2007, qed jiġi avżat li jekk dan ma jsirx fi żmien raġonevoli, tista' tiġi rrevokata l-liċenzja u jistgħu jittieħdu l-passi kolla neċessarji skond il-liġi.
Rigward kemm hemm lukandi li m’għandhomx il-permess kif meħtieġ mill-MEPA nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
L-Awtorita’ tat-Turizmu toħrog permess ta’ lukanda jekk ikollha dokumentazzjoni li tindika li l-lukanda għandha l-permess neċessarju tal-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid fejn tinsab il-pittura magħrufa bħala ta' Emmaus li s-sit tagħha kien fil-bini tal-Palazz il-Belt Valletta, issa li l-iskop li għalih ħarġet mill-post intlaħaq, fejn spiċċat u fil-kustodja ta' min tinsab? Jista' jgħid meta din ser tirritorna lura?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-pittura magħrufa bħala ta’ Emmaus tinsab f’idejn l-aġenzija nazzjonali Heritage Malta, li tieħu ħsieb il-kollezzjoni nazzjonali, fosthom il-pitturi li jinsabu fil-palazzi tal-Gvern.
Hija ħaġa normali li pitturi bħal dawn jiġu mislufa lil xi istitizzjonijiet sabiex jieħdu sehem f’wirjiet temporanji. Il-pittura ittieħdet mill-Palazz, bil-kollaborazzjoni ta’ l-uffiċju ta’ l-Ispeaker, sabiex tiġi eżibita fil-wirja ta’ artisti Caravaggisti li ġiet organizzati fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti bejn l-aħħar ta’ Settembru u l-aħħar ta’ Novembru. Permezz ta’ din il-wirja il-kuratur ta’ l-arti ta’
Heritage Malta
wasal ukoll għal attribuzzjoni ġdida u importanti għal din il-pittura. Il-pittura se tiġi rritornata lura f’postha kemm jista’ jkun malajr.
Jista' l-Ministru jindika, skond il-liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, il-bar f’Wied Għomor San Ġiljan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sakemm għandu dritt jibqa miftuħ u jilqa' n-nies fil-premises u fil-verandah tiegħu minħabba l-inkonvenjent li żdied sostanzjalment f’dawn l-aħħar xhur għar-residenti ta’ San Ġiljan mindu kien hemm change in management?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-persuni liċenzjati tal-bar li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament għandhom il-permess li l-bar jibqa miftuħ u jilqa' n-nies sa l-4 ta' filgħodu. Dan il-permess ħareġ fil-31 ta' Ottubru 2003. Il-bidla tal-liċenzja fuq il-persuni li preżentement qed jiġestixxu l-bar saret fid-9 ta' Marzu 2007.
Jekk hemm allegat abbuż li jikkaġuna nkonvenjent għandu jsir rapport lill-Pulizija sabiex jittieħdu l-passi kollha neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi sar risk assessment fil-bini tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, tad-Dipartiment tat-Turiżmu, ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu, ta’ Heritage Malta u ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi kif ukoll fil-workshop tas-sezzjoni tal-beach cleaning, filwaqt li ma sarx mill-Kunsill Malti għal Kultura u l-Arti, it-Teatru Manoel, iċ-Ċentru għall-Kreattivita’ ta’ San Ġakbu, l-Orkestra Nazzjonali u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Ninsab infurmat ukoll illi fir-rigward ta’
Heritage Malta
dan sar ukoll fid-diversi siti li għalihom hija responsabbli din l-aġenzija eskluża d-Diviżjoni tal-Konservazzjoni fejn ir-
risk assessment
wasal fi stadju avanzat.
Peress li dawn ir-
risk assessments
huma fil-biċċa l-kbira tagħhom voluminużi ma naħsibx illi jkun prattiku li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra. Iżda jekk ikun neċessarju ma jkolli l-ebda problema nissottomettihom lill-Onor. interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher hawn taħt:
Enti
Uffiċjali
Nefqa Totali Jan – Set (Lm)
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u Dipartiment tat-Turiżmu
Ministru
Segretarju Permanenti
Segretarju Privat
Direttur Servizzi Korporattivi
Direttur Affarjiet tal-UE
Office-Coordinator
Konsulent Oil Polution Response Module
4367.00
Awtorita’ tat-Turiżmu
Chairman
Chief Executive
Director Regulatory
Director Planning
Director Marketing
Director Finance
Director Visit Malta
Director PR & Communications
Head - Industry HR Development
Head - Key Clients
3470.00
Heritage Malta
Chairman
Chief Executive
839.37
Kunsill Malti għall-Kultura
u l-Arti
Direttur Eżekuttiv
Uffiċjal responsabbli – Sezzjoni Luqa
632.00
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi
General Manager
Marketing and Sales Manager
Sales and PR Executives
762.80
Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita’ ta’ San Ġakbu
Chairman
General Manager
Operations Manager
1222.66
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali
40.00
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 26163.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li fil-mużew tal-folklor ta' Għawdex ic-CCTV camera ilha xhur ma taħdimx u dik tal-mużew ta' l-arkoloġija f'Għawdex ilha wkoll maqlugħa għal diversi xhur u allura hemm nuqqas ta' sigurta' fl-istess mużewijiet, jista' l-Ministru jgħid meta din is-sitwazzjoni se tiġi rimedjata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi s-sigurta kollha fil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija f’Għawdex qed tkun parti integrali mill-proġett sħiħ li għaddej bħalissa biex jiġi msebbaħ u jsir aktar attraenti dan il-mużew. Fir-rigward tal-mużew tal-folklor f’Għawdex ukoll, is-sistema tas-CCTV żviluppat xi ħsarat tekniċi li bħalissa qed jiġu rranġati biex is-sitwazzjoni terġa lura għan-normal fl-iqsar żmien possibli.
Peress li f'Għawdex, Heritage Malta m'għandhiex manager imma hemm biss l-acting manager li għandu wkoll inkarigu Malta, peress li qed tinħass il-ħtieġa ta' din il-ħatra, jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-ħatra għandha ma saritx u meta ser issir?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi wħud mill-progetti li Heritage Malta għandha mibdija f’Għawdex jew tlestew jew qorbu biex jitlestew. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ħatra msemmija mill-Onor. interpellant bdiet tiġi pproċessata u huwa mistenni li din is-sejħa toħrog fiż-żmien mhux ‘il bogħod.
Jista' l-Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għal kemm żmien?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onor. interpellant li minn Jannar 2007 sal-lum, ma nkriet l-ebda karozza għall-użu tiegħi bħala Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tiegħu bħala Ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-ispiża ta' manutenzjoni tal-karozza uffiċjal minn Jannar 2007 sal-llum kienet ta' Lm1,924.30 filwaqt li l-ispiża fuq is-second car għall-istess perjodu kienet ta' Lm214.27.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi minn Jannar 2007 sal-lum inxtraw żewġ karozzi minn Heritage Malta għall-użu taċ-Chairman u tas-CEO għal prezz ta' Lm10,000 u b'ċilindrata ta' 1600cc u Lm 8,500 u b'ċilindrata ta' 1495cc rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb li wieħed jinnota illi fil-każ ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta ħafna mix-xogħol ta' promozzjoni għall-pajjiżna isir permezz ta'-safar li jkun qed isir għall-iskop biex issir l-aħjar promozzjoni ta' Malta fis-swieq turistiċi tagħna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta' min jgħid illi parti konsiderevoli mill-ammont totali intefqet f'
hospitality
ma' ġurnalisti barranin bil-għan li jinkitbu artikli u riklamar fir-rivisti tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali minn skala 1 sa 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni minn Jannar 2007 sal-lum kienu kif ġej:
Uffiċjal
Entita'
Raġuni
Kap Eżekuttiv
Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti
Laħaq l-eta' ta' l-irtirar
Chairperson
Teatru Manoel
Ġie appuntat bħala ambaxxatur
Executive Chairman
Awtorita' tat-Turiżmu
Il-Kuntratt ma ġiex mġedded
Chief Executive Officer
Awtorita' tat-Turiżmu
Irriżenja għal raġunijiet personali
Direttur
Awtorita' tat-Turiżmu
Ġie terminat waqt il-perijodu ta' probation
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.