Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħol li suppost jagħmlu l-ħaddiema li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?
Fejn ħadmu f'dawn l-aħħar erba' snin u min kien il-persuna responsabbli li tathom ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 38565 u cioe' jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li ilha pendenti snin twal biex fi Triq tal-Barrani, Zejtun, in-naħa ta' Bir id-Deheb, jitkompla id-drenaġġ għax din il-parti minkejja li hemm diversi residenti għadha bla servizz ta' drenaġġ?
Billi dawn il-familji ilhom snin twal jitolbu biex jitkompla id-drenaġġ, possibbli ningħata informazzjoni fejn waslet din it-talba u meta hu maħsub li jsir? Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija tiegħi?
Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 38592 jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ser ikun qed jintefaq għall dan ix-xogħol ix-xogħol? Min ser jiffinanzjah jiġifieri jekk Malta jew l-UE? Kemm ser idum biex jitwettaq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 38591 jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ser ikun qed iqum dan ix-xogħol? Min ser jiffinanzjah, jiġifieri jekk hux Malta jew l-UE? Kemm ser iddum biex jitwettaq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 38590, jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ser ikun qed iqum ix-xogħol? Min ser jiffinanzjah jiġifieri jekk hux Malta jew l-UE? Kemm ser idum biex jitwettaq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38589 jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li se jkun qed iqum ix-xogħol? Min ser jiffinanzjah, jiġifieri jekk hux Malta jew l-UE? Kemm ser idum it-twettieq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-impjant tan-Nofsinhar ta' Malta ser iqum madwar Lm30 miljun, li magħhom iridu jiżdiedu madwar Lm4.5 miljun għat-'transmission main' mill-Marsa sa l-impjant.
L-impjant tat-Tramuntana ta' Malta ser iqum madwar Lm5 miljun, filwaqt li l-impjant ta' Għawdex mistenni jqum madwar Lm3 miljuni.
Ix-xogħol fuq dawn l-impjanti mistenni jitwettaq sas-sena 2007.
Ma' dawn iridu jiżdiedu madwar Lm4 miljuni oħra fuq xogħlijiet relatati bħalma huma 'retention basins' u 'galleries', xogħol ta' disinn u konsulenza u titjib ieħor fis-sistema.
Il-finanzjament għall-impjant ta' Għawdex huwa diġa' assigurat in parti mill-Unjoni Ewropea minn fondi ta' qabel is-sħubija ma' l-istess Unjoni, l-impjant tat-Tramuntana ta' Malta ser jiġi ffinanzjat mill-Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja u dak tan-Nofsinhar qiegħed fuq lista ta' proġetti li jistgħu, in parti, jkunu finanzjati wara li Malta ssir Membru ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jinfurmani x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawk il-persuni li applikaw biex iħaffru borehole? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti? Meta hemm il-ħsieb li jingħataw permessi ġodda għal boreholes?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 38540, jista' il-Ministru jgħid min hu r-rappreżentant tad-ditta IRMA f'Malta? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar mad-ditta IRMA?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-kuntatt li kellhom it-Taqsima tax-Xogħlijiet mad-ditta IRMA kien dejjem mad-direttur Taljan tal-kumpanija u t-Taqsima tax-Xogħlijiet ma taf bl-ebda rappreżentant Malti.
Il-ftehim tax-xogħol mad-ditta IRMA ma sarx direttament bejn id-ditta u t-Taqsima tax-Xogħlijiet iżda sar permezz ta' l-Universita' ta' Bologna, liema Universita' kienet qed tagħti servizz lit-Taqsima tax-Xogħlijiet bħala parti mill-Protokoll Finanzjarju tal-Gvern Taljan.
Il-Gvern Nazzjonalista wiegħed lill-poplu li sa l-aħħar ta' din is-sena ser jagħlaq l-inċineraturi kollha peress li dawn qegħdin ikunu ta' detriment sħiħ. Jista' il-Gvern jgħid f' liema stadju qiegħed sabiex il-proġetti li għandu f'dan ir-rigward tassew iseħħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bħalma jaf l-Onor Interpellant, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura m'għandu l-ebda inċineratur taħt it-tutela tiegħu u dawn l-inċineraturi jaqgħu taħt Ministeri oħra. Xorta waħda nikkonferma li numru ta' l-Inċineraturi eżistenti jridu jingħalqu sa' l-aħħar ta' din is-sena.
Għaldaqstant nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel l-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati biex ikollu tagħrif aktar dettaljat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se toħroġ it-tender sabiex isir id-drenaġġ fi Triq Xrob l-Għaġin, fiż-Żejtun?
Meta hu maħsub li jsir dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tender sabiex isir id-drenaġġ fi Triq Xrob l-Għaġin, Żejtun ħarġet u għalqet. Din qiegħda f'fażi ta' aġġudikazzjoni. Hekk kif din it-tender tiġi aġġudikata, ix-xogħol ikun jista' jinbeda.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex titwettaq il-wegħda No. 71 tal-ktejjeb Unjoni Ewropea "Il-pakkett tas-Sħubija'' fejn ġie mwiegħed li sa Marzu, 2007 id-drenaġġ u s-sustanzi perikolużi ma jibqgħux jintremew fil-baħar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-pjan hu li jsiru tlett impjanti tat-trattament, wieħed f'Għawdex u tnejn f'Malta, kif ukoll titjib fl-infrastruttura fix-Xlokk ta' Malta kif ukoll f'Għawdex. Dan isir sabiex id-drenaġġ kollu ta' Malta u Għawdex jiġi msoffi qabel ma jintrema l-baħar u b'hekk il-gvern ikun qiegħed iwettaq il-wegħda tiegħu kif jgħid il-ktejjeb "Il-Pakkett tas-Sħubija". Iktar dettalji jinsabu fil-"justification document" għad-direttivi 76/464/EEC u 91/271/EEC li qegħdin fuq il-web-site tal-MIC.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex il-power station ta' Delimara tkun konformi ma' standards ta' l-UE sa l-aħħar ta' l-2005 u biex tnaqqas it-tniġġiż tat-trab fin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Enemalta qed tħares lejn diversi possibiltajiet biex tnaqqas it-tniġġiż tat-trab fin mill-Power Station ta' Delimara u tiġi konformi ma' l-emission limit values stipulati mill-Unjoni Ewropea dwar impjanti ġodda (new plants). Dawn jistgħu jiġu kkontrollati kemm at combustion level (bil-kwalita' ta' fuel (low ash content of fuel oil), additivi li jiżdiedu mal-fuel u l-burners li jintużaw), kif ukoll billi tikkontrolla fil-livell taċ-ċumnija billi wieħed jibni dust removal plant (Electrostatic precipitator) biex ineħħi t-trab fin li jkun se joħroġ miċ-ċumnija. Infurmat ukoll li diġa' qed isiru testijiet fil-livell ta' combustion.
Jista' l-Ministru jgħid kif se jkun qed jikkontrolla d-dħaħen perikolużi li joħorġu mill-petrol (VOC's) sa l-aħħar ta' l-2004?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-kontroll tad-dħaħen perikolużi (volatile organic compounds) li joħorġu mill-petrol jiġi effetwat billi s-sistema tal-ħażna, mili ta' bowsers, ġarr u 'filling' fil-petrol stations tkun waħda magħluqa u li tkun armata b'vapour recovery units.
Jista' l-Ministru jinformani fejn se jinbena impjant ġdid tal-gass bħalma ntqal fil-ktejjeb ta' l-informazzjoni mill-MIC ''il-Pakkett tas-Sħubija'', f'paġna 43, No. 82?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-sit fejn l-Enemalta qed tippjana li tibni l-impjant il-ġdid tal-gass huwa f'Bengħajsa ħdejn l-Oil Tanking Depot.
Issa li tħabbar li se jinbeda l-proġett tal-pavimentar ta' l-Imdina jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jiġu eliminati l-bankini (fejn jeżistu) peress li din il-belt hi kollha pedestrianised?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-proġett imsemmi jipprevedi li kull fejn hemm bankina tinżamm.
Jista' il-Ministru jara li tissewwa toqba li hemm taħt cable tal-Maltacom li jinsab quddiem ir-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-misotqsija peress li qed jidħol ilma minn din it-toqba?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li ilha pendenti snin twal biex fi Triq tal-Barrani, Zejtun, in-naħa ta' Bir id-Deheb, jitkompla id-drenaġġ għax din il-parti minkejja li hemm diversi residenti għadha bla servizz ta' drenaġġ?
Billi dawn il-familji ilhom snin twal jitolbu biex jitkompla id-drenaġġ, possibbli ningħata informazzjoni fejn waslet din it-talba u meta hu maħsub li jsir?
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq ilma ħiereġ minn vitin u sorsi tal-ilma potabbli fi djar abiitabbli dawn l-aħħar 4 snin u minn meta twaqqfet l-Awtorita' tar-Rożorsi? Kemm kienu l-għola livelli ta' nitrati u salinita u liema lokalitajiet kienu l-aktar miltuqa?
Jista' il-Ministru jgħid kif ġiet riveduta l-iskema għal-ġbir tal-batteriji u kif qegħda taħdem issa? Xi jrid jagħmel il-pubbliku sabiex jimxi fuq normi ambjentali sabiex jarmi dawn il-batteriji u x'inhu jsir minnhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-iskema ta' servizz bla ħlas għal-ġbir tal-batteriji wżati titħaddem billi l-pubbliku huwa nkoraġġit sabiex jidisponi minn dawn il-batteriji f'reċipjenti provduti apposta f'diversi ħwienet u stabbilimenti madwar Malta. Id-dipartiment jipprovdi servizz tal-ġbir ta' dawn ir-riċipjenti fil-batteriji wżati fejn dawn qegħdin jiġu storjati sakemm eventwalment dawn inridu niddisponu minnhom mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lill-Ambjent.
Il-pubbliku għandu wkoll il-faċilita' li juża n-numru tat-telefon 21236347 fejn jitħalla messaġġ sabiex wara jittieħdu l-passi neċessarji għal ġbir tal-batteriji wżati.
Fil-kas tal-batteriji wżati ta' daqs akbar bħal dawk tal-karozzi dawn wara li jinġabru qegħdin jiġu mogħdija għal esportazzjoni bl-iskop ta' reċiklaċċ.
Il-Gvern Malti wiegħed li sa l-aħħar tal-2003 ser ikun qed jopera 4 landfills ġodda u ser jagħlaq dawk preżenti. Jista' il-Ministru jelenka kif dan ser iseħħ, fejn ser ikunu dawn is-siti u jagħti rendikont fejn il-fondi biex isiru dawn il-proġetti jidhru fl-estimi ġenerali tal-Gvern?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed nassumi li l-Onor Interpellant qiegħed jirreferi għal Landfill ta' skart mhux tossiku u oħra għal skart tossiku għax, safejn naf jiena, l-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jibni jew jopera xi Landfills oħra. Qiegħed nassumi wkoll, pero, illi l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal faċilitajiet fejn jintrema l-iskart tal-bini (Construction and Demolition Waste) u li dawn qiegħed isejħilhom ukoll Landfills.
Il-pjan tal-Gvern fuq dawn ta' l-aħħar huwa li l-ewwel nibdew nimlew il-barrieri li m'humiex qed jintużaw iżjed u għal dan il-għan il-gvern qiegħed fil-proċess li jiffinalizza l-kuntratt hekk imsejjaħ 'Package 1' tat-tender li kienet ħarġet appositament u dan mistenni li jsir fil-futur qrib.
Rigward iż-żewġ Landfills li semmejt aktar 'il fuq, u li jistgħu jkunu jew tnejn separati minn xulxin jew iż-żewġ Landfills inkorporati f'sit wieħed, bħalma jaf l-Onor Interpellant bħalissa qiegħed għaddej l-E.I.A. biex jiġi stabbilit fejn finalment jistgħu jsiru dawn il-Landfills.
Bħalma jista' jara l-Onor. Interpellant mill-Estimi Finanzjarji ta' din is-sena, il-komponent ta' l-Engineered Landfill huwa nkorporat fl-item taħt titolu 'Waste Management Services'.