B’riferenza għall-kuntratti għat-tfittxija għaż-żejt fl-ibħra Maltin, jista’ l-Ministru jgħid liema strutturi u riżorsi jeżistu sabiex il-produzzjoni taż-żejt tiġi monitored ħalli nkunu ċerti li l-gvern u l-poplu Malti jieħdu dak li ħaqqhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Billi Valley Road/B’Kara Rd, Msida hija triq arterjali li taqa' taħt il-gvern ċentrali jista' l-Ministru jindika meta ser jitneħħa l-ħafna ħmieġ li jġorr miegħu il-wied wara l-maltempati għal quddiem l-ufficini ta’ Pantalesco minħabba l-inkovenjent li dan qed joħloq għar-residenti ta' l-inħawi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-imsemmi xogħol ta' tindif sar fl-aħħar jiem u cioe' immedjatament wara l-aħħar maltemp li laqgħat l-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir restawr ta' l-istatwa ta' San Ġużepp tat-Tarġa li qiegħed fi bżonn kbir ta' ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima tar-Restawr fi ħdan it-Taqsima tax-Xoghlijiet tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ser tinkludi x-xogħol ta' restawr ta' din l-istatwa fil-programm ta' xogħlijiet għas-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi minn Jannar ta’ din is-sena fil-Ministeru ghar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u fl-enti li jaqgħu taħtu kien hemm sitt(6) impjegati li għalqu il-61 sena li d-dettalji tagħhom huma kif jidhru hawn:
Adviser – Transport Unit fi ħdan il-Ministeru fuq bażi part-time, għandu salarju ta’ Lm6,878 fis-sena u joqgħod fid-9 Distrett;
Adviser - fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru fuq bażi part-time, għandu salarju ta’ Lm4,242 fis-sena u joqgħod fil-11 il-Distrett;
2 Secretariat Messengers - fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru fuq bażi part-time, għandhom salarju ta’ Lm2,326 fis-sena u joqgħodu fil-5 Distrett;
Chief Executive Officer – ma’ l-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi fuq bażi full-time, għandu salarju ta’ Lm14,507 fis-sena u joqgħod fil-11 il-Distrett;
Clerk – ma’ l-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi fuq bażi part-time, għandha Lm2,625 fis-sena u toqgħod fil-11 il-Distrett
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq petrol ta’ l-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u fl-enti li jaqgħu taħtu separatament minn Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru u l-uffiċjali li huma ntitolati għal petrol imħallas mill-gvern fl-istess perijodu huma kif qed jidher hawn taħt:-
TOTAL SA SETTEMBRU 2007
Ministru
1,050.2
Kap tas-Segretarjat Privat
269.83
Segretarju Privat tal-Ministru
603.43
Segretarju Permanenti
595.02
Direttur Ġenerali, Taqsima tas-Servizzi
410.43
Direttur Ġenerali, Taqsima tax-Xogħlijiet
432.44
Direttur, Dipartiment tal-
Financial Management
545.25
Direttur, Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni
536.58
Direttur, Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija
288.65
Direttur, Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi
428.88
Direttur, Dipartiment għat-Tfittxija taż-Żejt
537
Direttur, Dipartiment ta’ l-
EU Affairs
105.77
Direttur ,
PMSS
419.13
Direttur, Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif
546.68
Ko-ordinatur Eżekuttiv għall-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni
292.72
TOTAL SA SETTEMBRU 2007
Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
Chairman
408.65
CEO
450
Director (Water)
687.65
Director (Energy)
432.10
Analyst II
356
Analyst II
381
Analyst II
325
Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
Chairman
550.18
Segretarju Eżekuttiv
419.02
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba parlamentari Nru.26172 tal-24 ta’ Ottubru, 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tan-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura minn Jannar ta’ din is-sena separatament uffiċjal b’uffiċjal u xahar b’xahar kif ukoll l-ISP f’kull każ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li ilhom isiru risk assesments tal-premises tad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru sa mill-2001. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' numru ta' assesments li saru.
Jista' l-Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għalkemm żmien?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi mill-31 ta’ Mejju 2007 sal-14 ta’ Ġunju 2007 (15 il-ġurnata), ġiet mikrija karozza għall-użu tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Il-karozza kienet tat-tip Honda Accord u kienet mikrija bir-rata ta’ Lm35.40,0 kuljum inkluża l-VAT. Ir-raġuni tal-kiri ta' din il-karozza kienet minħabba tiswijiet u manutenzjoni li kienu qed isiru fuq il-karozza uffiċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tiegħu bħala Ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-ispiża għal manutenzjoni fuq il-karozza uffiċjali tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura minn Jannar 2007 sal-lum kienet ta’ Lm 390.04,0. Din l-ispiża kienet relatata ma' servizz ġenerali li jsir regolari kull sitt xhur.
Rigward is-second car, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru ma jgħamilx użu minnha. .
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi minn Jannar ta’ din is-sena il-karozzi li nxtraw għall-użu uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kienu kif jidher hawn taħt:
Renault Megane EX1.6, 1598cc għall-prezz ta’ Lm5,502.50. Din inxtrat għad-Direttur Ġenerali, Taqsima tas-Servizzi skond il-Performance Agreement u
Ħames Vannijiet Tata Telcoline tat-tip pickup, 1948cc għall-prezz ta’ Lm6,148 il-wieħed. Dawn inxtraw għall-użu ġenerali tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi u d-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta’ lukandi, flights, subsistence allowance, kif ukoll l-uffuċjali li marru mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu minn Jannar 2007, kienet kif tidher hawn taħt:
Dipartimenti
2007
Grad ta’ l-Uffiċjali
Total
(Lm)
Jannar
Senior Architect
544.03
Scientific Officer
803.92
Senior Architect
u Ingineer
1001.61
Marzu
Senior Architect
218.14
Director General(Work Division)
266.20
Inspector
426.69
Director
720.92
Senior Architect
514.52
April
Director General (Works Division)
594.00
Mejju
Director General (Services Division)
361.15
Senior Legal Officer
484.99
Director
u
Senior Scientific Officer
276.47
Senior Architect
u
Engineer
1284.48
Architect
461.85
Ġunju
Architect
u
Senior Technical Officer
444.58
Director General (Services Division)
414.14
Engineer
555.76
Director General(Works)
u
Architect
1086.76
Lulju
Executive Co-ordinator
209.60
Awwissu
Executive Co-ordinator
416.42
Settembru
Director
773.42
Director General(Works Div.), Director
u
Assistant Director
1405.20
Principal Scientific Officer
u
Architect
291.75
Ottubru
Engineer
362.96
Director Genera (Works Div.)
457.61
Director General ((Services Div.)
465.98
Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
2007
Grad ta’ l-Uffiċjali
Total
(Lm)
Jannar
Chief Executive Officer
357.00
Analyst II
200.00
Project Officer II
6.00
Director
6.00
Project Officer II
-
Director
6.00
Head of Accounts/Administration
-
Frar
Project Officer II
161.00
Director
407.00
Marzu
Analyst I
125.00
Director
263.00
Project Officer II
-
Director
-
Project Officer II
-
Analyst I
293.00
Director
553.00
Chief Executive Officer
566.00
April
Analyst I
-
Analyst II
295.00
Project Officer II
6.00
Analyst II
176.00
Analyst II
176.00
Director
492.00
Analyst I
297.00
Analyst I
247.00
Mejju
Chief Executive Officer
269.00
Project Officer II
6.00
Analyst II
105.00
Chief Executive Officer
340.00
Analyst II
192.00
Analyst II
-
Chief Executive Officer
267.00
Analyst II
474.00
Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
2007
Grad ta’ l-Uffiċjali
Total
(Lm)
Ġunju
Chairman
564.00
Director
6.00
Director
477.00
Director
386.00
Chief Executive Officer
6.00
Lulju
Project Officer II
-
Director
555.00
Project Officer II
248.00
Director
248.00
Director
349.00
Chief Executive Officer
233.00
Analyst I
349.00
Settembru
Chairman
344.00
Chief Executive Officer
382.00
Analyst II
642.00
Analyst II
520.00
Chief Executive Officer
521.00
Project Officer II
-
Director
372.00
Senior Lawyer
-
Project Officer II
-
Director
-
External Expert
-
External Expert
-
Ministeru
2007
Grad ta’ l-Uffiċjali
Total
(Lm)
Jannar
Assistant Director
67.73
Frar
Minister
u
Head of Secretariat
927.39
Assistant Director
1,022.20
April
Manager
312.57
Mejju
Manager
329.83
Ġunju
Minister
u
Head of Secretariat
2,344.48
Director
2,677.94
Lulju
Permanent Secretary
u
Director
2,151.33
Settembru
Manager
661.16
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq hospitality mill-Ministeru, l-enti u d-dekasteri li jaqgħu taħtu hija kif jidher hawn taħt:
Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi minn Jannar 2007 sal-lum, fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kien hemm uffiċjal wieħed li rriżenja mill-pożizzjoni ta’ Direttur EU Affairs, Policy Development & Programme Implementation. Dan għamel hekk għaliex ħa kariga ma’ l-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi l-ammonti imħallsa f’kontijiet ta’ mobile phones (billing) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu minn Jannar ta’ din is-sena kienu kif jidhru hawn taħt:
Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awissu Settembru Ottubru
Ministry, Permanent Secretariat
u
EU Directorate
438
350
219
225
186
238
188
325
332
206
Directorate General (Works)
12
10
22
20
19
16
21
17
0
0
Directorate General (Services)
5
8
12
11
26
31
10
9
0
0
Building and Engineering Department
9
11
12
9
11
9
9
0
0
0
Construction and Maintenance Department
12
16
20
22
24
23
29
29
0
0
Cleansing Services Department
7
14
10
0
9
17
27
0
0
0
Manufacturing and Servicing Department
0
0
0
0
0
0
9
10
0
0
Oil Exploration Department
15
34
25
11
41
45
66
10
0
0
Malta Resources Authority
147
57
182
128
120
156
135
43
0
0
Building Industry Consultative Council
5
5
5
5
5
5
5
5
5
5
Valletta Rehabilitation Projects
0
0
0
0
0
0
*
204
0
0
0
Total
650
505
507
431
441
540
703
448
337
211
* L-ammont ta’ Lm 204 huwa għall-perjodu Jannar sa Lulju 2007 u tħallas kollu f’Lulju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi n-nefqa fuq prepaid topup mobile cards fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu minn Jannar ta’ din is-sena kienet kif jidher hawn taħt:
Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awissu Settembru Ottubru
Ministry, Permanent Secretariat
u
EU Directorate
100
0
0
0
100
100
0
10
10
10
Directorate General (Works)
30
20
0
30
20
20
20
20
0
30
Directorate General (Services)
30
10
0
30
10
0
30
10
0
30
Building and Engineering Department
45
55
55
35
55
40
45
55
45
65
Construction and Maintenance Department
30
30
40
50
70
60
50
60
60
60
Cleansing Services Department
10
50
10
50
10
40
10
50
0
40
Manufacturing and Servicing Department
0
0
10
0
0
0
0
0
10
0
Financial Management Department
10
20
10
10
0
20
10
0
10
20
EU Affairs Directorate
0
0
0
0
0
0
10
0
0
10
Building Industry Consultative Council
50
50
50
40
40
40
40
40
40
0
Total
305
235
175
245
305
320
215
245
175
265
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u l-enti tiegħu minn Jannar ta’ din is-sena sal-lum inxtraw tliet mobile phones kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Mobile Phone Prezz Uffiċjal
1 Lm 80 Kap tas-Segretarjat Privat
1 Lm 80 Direttur Ġenerali (Taqsima tax-Xogħlijiet)
1 Lm 80 Direttur – Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward kiri ta’ karozzi mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu minn Jannar 2007, hija kif tidher hawn taħt. Ma kien hemm ebda użu ta’ karozza leased.
Numru ta’ Uffiċjali
Grad
Ċilindrata
tal-Karozza
(CC)
Rata
tal-Kirja
Kull Gurnata
(Lm)
1
Minister’s Private Secretary
1594
3.82
1
Senior Technical Officer
1323
3.82
1
Principal Public Cleansing Officer
1323
3.82
1
Assistant Director
1793
4.30
1
Technical Officer
1061
3.82
1
Senior Technical Officer
1500
3.82
2
Officer in Grade 8
1498
3.82
1
Senior Technical Officer
1061
3.82
1
Technical Officer
995
3.82
1
Chief Architect
1498
3.82
1
Operations Manager
1124
3.82
1
Architect
1061
3.82
1
Operations Manager
1061
3.82
1
Officer in Grade 8
995
3.82
1
Chief Security
1061
3.82
1
Director
1493
5.51
1
Analyst II
1498
5.25
1
Analyst II
1399
4.58
1
Analyst II
1341
4.64
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29024 b'referenza għall-proġett nazzjonali kontra l-għargħar li ġie preżentat lil UE għal talba għal fondi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi s'issa l-Unjoni Ewropea qed tikkofinanzja l-istorm water Master Plan. Pero' dan l-istudju ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru u għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Dan l-istudju ser jintuża fil-proġett nazzjonali kontra l-għargħar li ġie ppreżentat lill-Unjoni Ewropea għal talba għall-fondi.