Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta — Vjal l-Indipendenza, salib it-toroq ma' Triq il-Mitħna - vetturi

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jitlob lill-Pulizija fl-għassa tal-Mosta jieħdu passi u jiregolaw is-sitwazzjoni fejn fi Vjal l-Indipendenza, salib it-toroq ma' Triq il-Mitħna peress li qed ikun hemm vetturi mmarkati għal bejgħ u dawn il-vetturi qed jieħdu ħafna spazzju ta' vetturi oħra ta' residenti jew viżitaturi li jkunu jridu jipparkjaw f'dik it-triq?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Pulizija tad-Distrett għamlet spezzjoni fi Vjal l-Indipendenza, salib it-toroq ma’ Triq il-Mitħna l-Mosta. Ma kienx hemm vetturi mmarkati għall-bejgħ jew illi kienu jieħdu spazju ta' vetturi oħra f’din it-triq, f’din l-okkażżjoni, pero` il-Pulizija ser tkompli tagħmel aktar spezzjonijiet.

Persuni involuti fl-isport — rapporti

Question

Billi minn żmien għall-ieħor ikun hemm rapporti ta' problemi marbutin ma' irregolaritajiet minn persuni involuti fl-isports, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm każijiet li qed jiġu investigati mill-pulizija, dwar allegat xiri, jew tbagħbis ieħor fl-isports? X'tip ta' kollaborazzjoni hemm bejn il-pulizija u d-diversi assoċjazzjonjiet sportivi li għandna f'Malta u Għawdex?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Pulizija – polza ta’ assikurazzjoni — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-membri tal-Pulizija kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn waqt il-qadi ta’ dmirijiethom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28296.

Pulizija – polza ta’ assikurazzjoni — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-uffiċjali tal-Pulizija kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28296.

Membri tal-Armata – polza ta’ assikurazzjoni — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-membri tal-Armata kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn waqt il-qadi ta’ dmirijiethom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28294.

Membri tal-Armata – polza ta’ assikurazzjoni — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-membri tal-Armata kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari. 28294.

Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – polza ta’ assikurazzjoni — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn waqt il-qadi ta’ dmirijiethom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28295.

Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – polza ta’ assikurazzjoni — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28295.

Pulizija li nqabad bid-droga f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux rapport li fl-2016 pulizija kien inqabad bid-droga f’Għawdex u kien ittieħed id-Depot tal-Pulizija fil-Furjana għall-interrogazzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan l-pulizija nqabadx bid-droga waqt li kien ġo Bar/Ħanut f’Għawdex? Jista’ jgħid jekk kienx sar statement u għaliex ma nħassx li kellha tinħareġ stqarrija mill-Pulizija dwar dan il-każ ta’ droga relatat ma’ membru tal-Korp tal-Pulizija li huwa wkoll uffiċjal publiku? Jista’ jikkonferma wkoll li dan l-istess pulizija li kien stazzjonat għal xi żmien fl-Għassa tal-Mosta, għamel xi żmien on forced leave? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu mill-Korp mill-bidu ta’ dan il-każ sal-lum? Jista’ jgħid jekk iħossx li għandha ssir inkjesta dwar dan il-każ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Pulizija tikkonferma li f’Ġunju tal-2016 uffiċjal tal-Pulizija kien ġie arrestat Għawdex u kien interrogat in- konnesjoni ma’ użu ta’ droga. Meta ġie arrestat, hu ma kienx qiegħed ġo bar jew ġo ħanut ieħor f’Għawdex. Hu kien għamel stqarrija volontarja lill-Pulizija, irriżulta li f’okkażżjoni oħra kien fil-pussess sempliċi tar-raża tal-kannabis. Mal-arrest kienet saret inkjesta maġisterjali u eventwalment irriżulta li l-joint li kellu dak inhar ma kienx fih droga. Dan l-uffiċjal kien stazzjonat għal xi żmien l-Għassa tal-Mosta u meta ġie arrestat hu kien imġiegħel jibda l-forced leave pero` irreżenja minn jheddu erba’ t’ijiem wara. Eventwalment hu tressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ġewwa Għawdex u kien akkużat fost l-oħrajn illi kien fil-pussess sempliċi tar-raża tal-cannabis u li kien ippermetta li jsir reat li hu kellu d-dover illi jippreveni. Il-proċeduri kienu konklużi u l-istess uffiċjal kien weħel penali ta’ mitejn Euro, u dan skont il-provedimenti tal-Kap 537 tal-Ligijiet ta’ Malta.

Barranin — spezzjonijiet mill-Pulizija

Question

Billi ripetutament qed ikun hemm problemi li jinvolvu barranin f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, li eventwalment meta jinqabdu jagħmlu xi reati, spiss qed toħroġ il-kelma 'Kienu magħrufa mal-Pulizija', jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li dawn il-barranin 'li kienu magħrufa mill-pulizija', fil-fatt qed jiġu segwiti (mhux każijiet individwali)? Meta saru l-aħħar spezzjonijiet għall-għarrieda biex jinqabdu tali persuni li jkunu qed igħixu hawn kontra r-regoli li jikkonċernaw dan is-suġġett?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kull meta barranin illi jkunu Malta jinqabdu jagħmlu xi reat, il-Pulizija li tkun qed tinvestiga tinforma lill-Pulizija tal-Immigrazzjoni li minn naħa tagħhom jinvestigaw lil dawn il-persuni bil-għan illi jiġi stabbilit x’permess għandhom biex ikunu Malta. Meta jirriżulta li dawn ma jkollhomx il-permess meħtieġ, jittieħdu l-passi neċessarji sabiex dawn jiġu rimpatrijati, meta jkun possibli li dan isir. Jekk dawn il-persuni jkollhom permess biex joqgħodu Malta, dan jiġi rivedut u jiġi revokat biex il-persuna tintbagħat lura pajjiżha, meta l-liġi tippermetti. Spezzjonijiet għall-barranin illi jistgħu jkunu Malta b’mod irregolari jsiru ta’ kuljum.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uniku entità fid-dekasteru tiegħi, l-AWAS, qatt ma kellha bżonn is-servizzi legali tal-individwu jew ditta legali msemmi b’mod separat.

Servizz Pubbliku – policy dwar first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid teżistix policy dwar First Aiders (persuni li jkunu mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna f’każ ta’ inċident) fis-Servizz Pubbliku u jekk iva, jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 32475.

Korp tal-Pulizija – membri — rank

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija u jaqsamhom skont ir-rank tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li sal-ewwel ta’ April 2017, kien hemm 2,188 -il membru. Ir-rank tagħhom huwa kif ġej; Kummissarju 1 Deputati Kummissarji 4 Assistenti Kummissarji 2 Supretendenti 21 Spetturi 99 Surgenti Magguri (l-1 Klassi) 2 Surgenti Magguri (it-2 Klassi) 39 Surgenti 426 Kuntistabbli 1,428 Kuntistabbli tar-Rizerva 166

Forzi Armati ta’ Malta – membri — rank

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta’ Malta u jaqsamhom skont ir-rank tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li sat-30 ta’ Marzu 2017, kien hemm 1730 membru u r-rank tagħhom huwa kif ġej; BRIGADIER 1 COLONEL 6 LIEUTENANT COLONEL 16 SURGEON LIEUTENANT COLONEL 2 MAJOR 23 CAPTAIN 28 LIEUTENANT 42 2/LIEUTENANT 9 WARRANT OFFICER 1 9 WARRANT OFFICER 2 13 STAFF SERGEANT 88 SERGEANT 242 BOMBARDIER 286 Lance BOMBARDIER 334 GUNNER 620 OFFICER CADET 11

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – membri — rank

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u jaqsamhom skont ir-rank tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa maqsum fi tnejn, is-sezzjoni amministrattiva u l-Forza tal-Għajnuna u Salvataġġ. Fil-Forza tal-Għajuna u Salvataġġ bħalissa hemm 167 membru li huma maqsuma kif ġej: 1 Aġent Direttur-Deputat Direttur li fil-preżent qed jagħmel ir-rwol ta’ Aġent Direttur 1 Deputat Direttur 1 Marine Engineer 1 Manager 1 Operaation Manager 12 Station Officers 32 Leading Assistance and Rescue Officers (1 misluf fil-Biċċerrija) 118 Assistance Rescue Officers (li jinkludu, 99 ARO’s, 1 ġej mill-Pulizija, 5 ġejjin mid- Detention Service u 13 ġejjin mill-Enemalta) Fl-Amministrazzjoni hemm: 1 Senior Principal 1 Project Manager 2 Assistant Principals 1 Officer in Scale 11 1 Clerk 1 Officer 2, sekondat mill-Awtorita tad-Djar.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – membri — rank

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani u uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u jaqsamhom skont ir-rank tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-Faċilita` hemm dawn l-uffiċjali; Rank Ammont Correctional Manager 1 Assistant Correctional Manager 3 Correctional Supervisor 1 Senior Correctional Officer 9 Acting Senior Correctional Officer 10 Correctional Officer 248

Servizz ta’ Detenzjoni – membri — rank

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fis-Servizz ta’ Detenzjoni u jaqsamhom skont ir-rank tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fis-Servizz ta’ Detenzjoni hemm 112 Detention Service Officers u 8 Officer-in-Charge Detention Shifts.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Performance Bonuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Korp tal-Pulizija – membri mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-uffiċċjali tal-Pulizija matul ir-reklutaġġ, kif ukoll waqt l-‘in service’ illi ingħata fil-passat, ġew imħarrġa fl-Ewwel Għajnuna. Il-membri tal-Korp li qegħdin stazzjonati l-Lock-up tal-Pulizija ukoll ingħataw taħriġ fl-Ewwel Għajnuna f'Marzu tas-sena l-oħra. It-taħriġ se jitkompla għal dawk il-membri tal-Korp li ingħataw dan l-aħħar posting fil-Lock-up. Taħriġ fil-Basic Life Support Skills ingħata wkoll is-sena l-oħra lil dawk kollha li applikaw biex iservu bħala Tourism Police Officers.

Protezzjoni Ċivili – membri mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-membri tal-Forza tal-Għajnuna u Salvataġġ huma kollha mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid). Dan huwa proċess kontinwu li jingħata kull tlett snin. Bħalissa qed jinġabru stimi biex dan jingħata lil mitt (100) ħaddiem, peress illi t-tliet snin għaddew ftit tax-xhur ilu. Ħamsa u sittin (65) ħaddiem ieħor fadlilhom sena oħra biex iġeddu ċ-ċertifikat bażiku.