Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31783 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Awtorita Maltija — Riżorsi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn inkrew l-uffiċji għall-Awtorita Maltija dwar ir-riżorsi? Kemm hi l-kera li qiegħda titħallas kull sena? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-kuntratt tal-kera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li parti minn sular fil-Millenia Building fi Triq Aldo Moro, Marsa (area ta' 840 metru kwadru) ser jinkera bħala uffiċċju għall-Awtorita' Maltija dwar ir-Riżorsi. Il-kera li ser titħallas hija ta' Lm40 kull metru kwadru fis-sena. Il-kuntratt għadu ma sarx.
Leg 9 PQ #31784 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Awtorita Maltija — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma u x'inhi l-kariga tal-persuni li huma impjegati ma' l-Awtorita Maltija għar-riżorsi sal-lum? X'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, kull wieħed separatament? Jista' jekk hu l-każ il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-kuntratti li ingħataw dawn il-persuni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Leg 9 PQ #31678 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Qormi — Triq il-Kanun

Question

Jista l-Ministru jgħid jekk qatt sarx testijiet ta' l-arja fi Triq il-Kanun, Ħal Qormi biex jiġi stabbilit il-ħsara li qed issir lil saħħet in-nies minħabba d-dħaħen li ħerġin minn ċumnija ta' industrija li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament u kunfidenzjalment? Jekk saru dawn it-testijet x'irriżulta? Jekk ma sarux, x'se jagħmel id-dipartiment biex tiġi assigurata li ma ssirx aktar ħsara lill-ambjent u lil saħħet in-nies fl-area milquta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għalkemm id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għamel testijiet f'Ħal-Qormi, dawn ma sarux fi Triq il-Kanun. Id-Dipartiment se jagħmel stħarriġ fuq l-industrija ndikata mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #31672 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Testijiet ta' l-Arja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru testijiet ta' l-arja fi Triq Pawlu Farruġia Ħal Qormi jew kif kienet magħrufa qabel bħala Trejqet il-Wied, minħabba li numru ta' industriji li hemm? Jekk sar x'irriżulta? Jekk ma sarx, jista' l-Onor. Ministru jara li jittieħdu l-prekawzjonijiet li hemm bżonn biex tiġi assigurata saħħet ir-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għalkemm id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għamel testijiet f'Ħal-Qormi, dawn ma sarux fi Triq Pawlu Farrugia. Id-Dipartiment se jagħmel stħarriġ fuq fuq din it-triq.
Leg 9 PQ #31692 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Tiswija ta' Bankina

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja fil-bankina tat-triq li mill-mina ta' Santa Liena tagħti għal Triq il-Polverista Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #31788 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Polverista

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra x'xogħol qiegħed jsir fulq il-Polverista f'Bormla u kemm flejjes huma previsti li ser jintefqu hemm f'dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fuq il-Polverista jikkonsisti f'restawr u manutenzjoni tas-swar fuq żewġ livelli. Ix-xogħol, li qed isir wara sejħa għall-offerti, hu stmat li ser jiswa madwar Lm74,000.
Leg 9 PQ #31793 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Couvre Porte

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x-xogħol qiegħed jsir ġewwa Couvre Porte l-Birgu u kemm flejjes ser jintefqu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li se jsir xogħol li jikkonsisti f'pavimentar ta' l-art f'Belvedere, Couvre Porte il-Birgu. Ix-xogħol, li se jsir, wara sejħa għall-offerti, hu stmat li ser jiswa madwar Lm57,000. Qed isir xogħol ieħor mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr li jikkonsisti f'intervent ta' konservazzjoni fuq il-bieb prinċipali.
Leg 9 PQ #31547 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Palazz Vilhena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31366 li ġiet riferita lilu mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u cioe, jista' l-Ministru jgħid ir-riżultati ta' investigazzjoni geoliġika madwar il-palazz Vilhena fl-Imdina permezz ta' course li sar lejn Novembru ta' 1998 biex jiġi mistħarreġ ċediment ta' l-art li ikkawża ħsara fil-palazz, u jekk m'humiex se jittieħdu passi biex issa tiġi rimedjata is-sitwazzjoni skond ir-riżultati ta' dan l-istħarriġ geologiku?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bħala l-ewwel fażi kien ħareġ rapport fl-1998 b'data li nġabret mill-cores madwar il-Palazz Vilhena fl-Imdina. Dan ir-rapport kien fuq bażi ġeoloġika biss li minnu ma setgħax joħroġ eżattament il-moviment tal-palazz u ta' l-inħawi kif kien qiegħed isir. Bħalissa qegħdin isiru numru ta' ndaġni oħra biex jiġi stabbilit dan il-moveiment, sia minn x'hiex qed jiġi kkawżat, relatat maż-żmien tas-sena, jiġifieri dan jekk huwiex 'seasonal movement' jew moviment ikkawżat minn xi affarijiet oħra. Wara li jkun stabbilit dan kollu, wieħed ikun jista' jgħaddi għall-fażi ta' konsolidament strutturali biex dan il-moviment jitnaqqas jew jinżamm. Din l-analiżi qed issir b'kollaborazzjoni bejn l-Universita' ta' Bologna, il-kumpanija IRMA u t-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #31556 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Msida

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 31197 u cioe jista' jgħid billi kien hemm pjani li jmorru lura xi ħames snin għat-twaqqigħ prospettiv ta' bini li hemm bejn Triq il-Ġdida u Sqaq Vasolani, Msida, faċċata ta' Marimina Court fi New Street innifisha, tista' tgħarraf lill-Kamra x'sar f' dan ir-rigward, aktar u aktar billi għal xi żmien kien qed jinbena bini illegali fl-istess area, liema każ kienet ġiet infurmata dwaru l-Planning Authority tant li l-Enforcement Unit kienet ħarġet acknowledgement bid-data 24.09.96 dwar dan il-każ? Peress li din l-art li qed nitkellem dwarha li hi ta' 30 metru kwadru, qed twassal għal sitwazzjoni biex meta tkun ix-xita r-residenti tal-court ta' quddiemhom jimtlew kollha tajn fil-waqt li fis-sajf dejjem ikollhom problema tat-trabijiet, jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed jiġi nvestigat u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #31520 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Kordin — Quality Control

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' sejjer isir mill-ħaddiema li jaħdmu fil-Quality Control Kordin? Il-mekaniżmu li jeżisti f'din is-sezzjoni x'sejjer isir minnu, se jinbiegħ? Jekk iva kemm se jinbiegħ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Quality Control, Kordin se jingħataw l-opportunita' ta' xogħol għal perjodu bi prova mal-Malta National Laboratories biex fl-aħħar ta' dan il-perjodu tittieħed id-deċiżjoni jekk ikunux jippreferu mpjieg mal-kumpanija jew jibqgħux mat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Il-makkinarju li hemm f'din is-sezzjoni ser ikun trasferit lil Malta National Laboratories Ltd., li hija kumpanija kollha kemm hi tal-Gvern. Il-valur tal-makkinarju ser jiġi valutat matul ix-xahrejn li ġejjin.
Leg 9 PQ #31563 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux analiżi jew studju mill-konsulenti ta' l-ambjent f'dan l-aħħar tliet snin? Jekk iva, jista l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra rapport ta' dan l-istudju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema settur ta' l-ambjent qiegħda tirreferi.
Leg 9 PQ #31470 Sitting 698 2002-02-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

San Gwann — Triq il-Kapuċċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga l-problema kronika ta' għarghar li jkun hemm fi Triq il-Kapuċċini San Gwann kull meta tagħmel xita qliel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant huwa diġa' nkluż fil-programm tax-xogħol.
Leg 9 PQ #31368 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li inti irreferejt għalihom fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 31204?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31387 (Seduta 695).
Leg 9 PQ #31401 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Kavallier ta' San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq xogħol ta' konsulenza fuq il-Kavallier ta' San Ġakbu fis-snin 2000 u 2001? Min kienu dawn il-konsulenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-konsulenti u n-nefqa ta' flus fuq xogħol ta' konsulenza fuq il-Kavallier ta' San Ġakbu fis-snin 2000 u 2001 kien kif jidher hawn taħt: Konsulenti Tip ta' Konsulenza 2000 2001 Lm Lm England & England Architectural Consultancy 37677.59 24147.71 Paul Meilaq Mechanical Engineering Consultancy 1313.50 1837.61 Camilleri & Cuschieri Electrical Engineering Consultancy 1077.89 5622.10 Theatre Projects Theatre Consultancy 41078.69 8722.61 BD Atherson Fire Protection & Security Consultancy 1541.00 NIL KPMG Advice and Assistance 7130.00 NIL Michael Ellul Restoration Consultancy 1875.00 NIL ------------ ----------- TOTAL 91693.67 40330.03 ------------ -----------
Leg 9 PQ #30751 Sitting 696 2002-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Phones — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001? Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Leg 9 PQ #31351 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Ambjent

Mollijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li ser jintefqu flus fuq l-estensjonijiet tal-mollijiet sew dawk fiċ-Ċirkewwa kif wkoll dawk fl-Mġarr, Għawdex? Kemm intefqu s'issa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #31371 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ

Question

Issa li ġew konklużi l-investigazzjonijiet li saru dwar il-mewt ta' tlett ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ fiċ-Ċirkewwa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-inkjesta maġisterjali kif wkoll kopja ta' l-inkjesta dipartimentali dwar dan il-każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #31383 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

VRP

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Valletta Rehabilitation Project se tieħux ħsieb il-proġett f'Pjazza E.S.Tonna, Floriana? X'hemm ippjanat li tagħmel il-VRP u meta hu maħsub li jinbeda/jintemm ix-xogħol? Kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta huwa responsabbli tal-paviment ġdid ta' Pjazza E S Tonna, Floriana. Il-proġett mistenni jiswa Lm15,237. Il-proġett ilu li nbeda u waqaf wara li l-Kunsill Lokali Floriana talbu tibdil fil-proposta li kienet ġiet approvata qabel. Din il-bidla tfisser spejjeż aktar ta' Lm6,066. Il-Gvern għalhekk qed jikkonsidra din il-proposta.
Leg 9 PQ #31384 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ospizio

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jiswa ix-xogħlijiet fl-ospizio fil-Floriana? Meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol u f'hiex ikun ikkonsista?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol li għaddej bħalissa fl-Ospizio jikkonsisti f'bini mill-ġdid ta' parti mill-casemates li kienet iġġarfet fil-gwerra. Dan ix-xogħol hu stmat li ser jiswa madwar Lm65,500 u hu maħsub li jintemm f'Lulju ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #31387 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Konsulenti

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentaru nru. 31204, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti msemmija u x'inhu l-ammont li kull wieħed minnhom tħallas matul is-sena 2001? Dawn il-konsulenti jgawdu minn xi benefiċċju ieħor, apparti l-ħlas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Konsulent Tip ta' Konsulenza Ħlas fl-2001 Benefiċċji Paul Meilaq Mechanical Engineering- St. James Cavalier Lm 1837.61 NIL (4.5% tax- xogħol esegwit) Camilleri & Electrical Engineering- Cuschieri St. James Cavalier Lm 5622.10 NIL (3% tax- xogħol esegwit) Richard Structural - England St. James Cavalier Lm 24147.71 NIL (7.5% fuq l-ewwel Lm2,000,000 tax-xogħol esegwit u 7 % fuq il-kumplament tax-xogħol) Theatre Theatre Consultancy - spejjeż tal-vjaġġi Projects St. James Cavalier Lm 8722.61 u akkomodazzjoni inklużi fil-ħlas KPMG Consultancy- Lm 2438.00 NIL Viset Project Prof. Titiana Master Plan - Kirova Conservation of Mdina Lm 12500.00 spejjeż tal-vjaġġi, akkomodazzjoni u trasport KOCKS Master Plan - Consult South Area (Nofsinhar) Lm 84443.00 NIL Data tal-pubblikazzjoni: 29 ta’ Settembru 1998 Data ta' l-egħluq: 27 ta’ Ottubru 1998 estiża għal 10 ta’ Novembru 1998 Data tal-Letter of Acceptance: 6 ta’ Jannar 2000 KOCKS Master Plan- Consult North Area (Tramuntana) Lm 19666.42 NIL Data tal-pubblikazzjoni: 20 ta’ Ġunju 1997 Data ta' l-egħluq: 22 ta’ Lulju 1997 estiża għal 5 ta’ Settembru 1997 Data tal-Letter of Acceptance: 16 ta’ Marzu 1998 DORSCH Project Management Consult Services - Drainage Lm514312.00 NIL Data tal-pubblikazzjoni: 14 ta’ Novembru 1997 Data ta' l-egħluq: 18 ta’ Dicembru 1997 estiża għat-12 ta’ Frar 1998 Data tal-Letter of Acceptance: 26 ta’ Frar 1999 AIS Environm. Environmental Ltd. Assessment-Drainage Lm 27801.00 NIL Data tal-pubblikazzjoni: 29 ta’ Settembru 1995 Addendum ieħor ippubblikat fit-30 ta’ Lulju 1997 Data ta' l-egħluq: 7 ta’ Novembru 1995 estiża għal 5 ta’ Diċembru 1995 estiża sad-29 ta’ Sett. 1997 Data tal-Letter of Acceptance: 14 ta’ Lulju 1998 David Lyth Consultancy - Sponsorjat mill- kiri ta' karozza Waste Management Commonwealth għall-perjodu ta’ sena b’effett mill-24 ta’ Settembru 2001 Joseph Sultana Adviser Lm 3302.00 NIL John Micallef Consultant Lm 10000.00 NIL Saviour Balzan Adviser Lm 5424.00 NIL Anthony Adviser Lm 8438.00 Lm50 fix-xahar Mallia allowance, fully expensed car, mobile phone, bonuses u cost of living increases Ray Bondin Executive Lm 8438.00 Fully expensed Co-Ordinator car, mobile phone (Lm10. fix-xahar e-talk), bonuses u cost of living increases