Legislature:
Category:
Reset
Active:

St Andrews/Swieqi — Ex Forum Hotel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-għoli tal-bini permess fiż -żona ta’ l-ex Forum Hotel f’St. Andrews / Swieqi? Jista’ jgħid jekk hemmx xi applikazzjonijiet jew pjanijiet oħra għas-sit ta’ l-ex Forum Hotel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li Policy NHSW09 tindika li l-maximum building height limitation fuq is-sit hi 3 floors plus semi-basement. Rigward applikazzjonijiet fuq is-sit ta’ l-ex Forum Hotel, bħalissa hemm tliet applikazzjonijiet pendenti, jiġifieri: PA3907/04 - Outline development application: ‘Demolition of Forum Hotel and villa and substitution with multi purpose complex’ PA3043/05 - Full development application: ‘Proposed demolition of Forum Hotel and adjacent villa’ PA7245/05 - Full development application: ‘Proposed demolition of Forum Hotel and adjacent villa and construction of apartments, showrooms, basement garages + class 4 shop and semi-detached villas’. Diskussjonijiet dwar dawn l-applikazzjonijiet għadhom għaddejin mal-perit u l-applikant.

MEPA — PA 7245/05

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-petizzjoni tat-12.01.08 lill-MEPA dwar PA 7245/05 fejn għadd ta' residenti minn St. Andrews u l-Ibraġġ talbu li jiġi republished for consultation is-site notice ta' l-applikazzjoni minħabba f'tibdil allegatament sostanzjali fl-iżvilupp propost?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ittra ta' petizzjoni datata 12 ta’ Jannar 2008 ġiet sottomessa lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fit-22 ta’ Jannar 2008. L-applikazzjoni pendenti PA 7245/05, li għaliha tirreferi, qegħda tkun ipproċessata u analizzata mid-Direttorat ta' l-Ippjanar b’riżultat li għadu ma ntlaħaqx qbil fuq il-pjanti. Fil-każ li l-proposta tinbidel, jista' jintalab li l-applikazzjoni tiġi ppubblikata mill-ġdid (republishing). Għalhekk, il-pubbliku se jkun jista' jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien opportun.

Gzira football ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda x-xogħol fuq l-ground tal-football tal-Gżira ġol-proġett ta' Manoel Island? Meta hu maħsub li jitlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Zabbar — Żbir ta' siġra

Question

Jista' l-Ministru jara li tinżabar siġra li kibret ħafna li tinsab quddiem Block F fi Triq il-Klin, Zabbar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-lokalitá indikata mill-Onorevoli Interpellant taqa' taħt ir-responsabbiltá tal-Kunsill Lokali.

Għaqda li tieħu ħsieb l-qtates

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna tista' tiġi offruta lil għaqda li tkun qed tieħu ħsieb il-qtates fil-lokalita' tagħha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar baġit il-Gvern ippjana fond ta' Lm150,000 għal inizjattivi fil-qasam tat-trattament xieraq ta' l-annimali bla sid u s-santwarji li jieħdu ħsiebhom. Nofs din iċ-ċifra hija ntiża biex isir programm ta' tiswija fuq dawn l-annimali bla sid u n-nofs l-ieħor huwa ntiż biex organizazzjonijiet mhux governattivi reġistrati bħala non-profitable jiġu mgħejjuna jtejbu s-santwarji tagħhom wara li l-applikazzjoni tagħhom għal fondi tkun eżaminata minn panel imwaqqaf għalhekk taħt il-Kunsill dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali (Animal Welfare Council).

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Agricultural officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi vacancies għall-agricultural officers fid-dipartiment konċernat u jekk iva, hemmx xi ħsieb li jinħarġu xi applikazzjonijiet għall-mili ta' dawn il-postijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li jeżistu vakanzi għal Agricultural Officers fid-Dipartiment konċernat. Bħalissa għaddej il-proċess biex jimtlew dawn il-vakanzi.

MEPA — Compliance certificate

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex diversi persuni li applikaw għal compliance certificate f'diversi distretti mhumiex ikunu moqdija minħabba li m'hemmx enforcement officer li qed jaħdem fuqhom u għalhekk mhumiex qegħdin jinħarġu? Ma jaħsibx li din il-problema qed tikkawża inkonvenjent kbir lil diversi familji? Jista' jgħid x'passi qed jittieħdu f'dan ir-rigward?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddejja tilwima industrijali bejn il-Union Ħaddiema Magħqudin u l-Awtorità' ta' Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn l-Enforcement Officers ġew mogħtija direttiva biex jaħdmu biss żoni tagħhom. L-Awtorita' qiegħda tesplora soluzzjonijiet biex tkun f'pożizzjoni li s-sitwazzjoni tirritorna għan-normal mill-aktar fis possibbli.

MEPA — Applikazzjoni

Question

Jaf l-Ministru li saret applikazzjoni nru: 0764806 lill-MEPA konċernanti żvilupp ta' proprjeta' ġewwa l-Pieta'? Jaf li din l-applikazzjoni ilha pendenti għal żmien twil ħafna sabiex tinstema' quddiem id-DCC Board B? Jista' jispjega r-raġuni għal dan id-dewmien kollu u jistax jintervjeni sabiex il-proċeduri jsiru b'aktar speditezza?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika, permezz ta’ site plan, il-post eżatt li qed jirreferi għalih. Jidher li huwa għandu żball fid-dettalji li ta fil-mistoqsija għax l-applikazzjoni PA 07648/06 ma tirreferix għall-Pietà.

Applikazzjoni

Question

Billi ġejt infurmat bħalma ġew nfurmati l-kollegi membri b'ittra fuq PA 7425/05, jista' l-Ministru jinfurmani jekk dawn il-pjanti ġewx modifikati u jekk is-site notice għandhiex terġa' titwaħħal? Jista' jinfurmani jekk r-residenti hux se jkollhom ċans biex jitkellmu fuq il-proġett kif kien ġie propost u jekk dawn il-pjanti jmorrux kontra xi local plan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni PA 7425/05 li għaliha qiegħed jirreferi kienet deċiża fit-22 ta' Mejju 2006 u ma jidhirx li hemm kwestjonijiet pendenti dwarha.

MEPA — Applikazzjoni għall-iżvilupp

Question

Jaf il-Ministru li saret applikazzjoni bin-numru li qed jintbagħat separatament, lill-MEPA konċernanti żvilupp ta' proprjeta' ġewwa Tal-Pieta'? Jaf li din l-applikazzjoni ilha pendenti żmien twil sabiex tinstema' quddiem id-DCC Board B? Jista' jispjega x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien kollu u jista' jintervjeni sabiex il-proċeduri jsiru b'aktar speditezza?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 468/06 ma tikkonċernax il-Pietà u kienet deċiża fid-19 ta' Ġunju 2006.

Impjegati 'l fuq minn 61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mnn Jannar 2007 sal-lum il-Ministeru kellu dawn l-impjegati li għandhom ‘il fuq minn 61 sena kif ġej: Nru Post Grad Full-time/ Part-time Salarju Distrett 1 Kap tas-Segretarjat Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari Full-time Lm831.61,5 Żabbar 1 Advisor Taqsima ta’ l-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd Part-time Lm556.00,7 G’mangia 1 Secretariat Officer Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari Full-time Lm525.53,8 Żejtun

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Nefqa fuq servizzi ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Nefqa fuq is-servizzi ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.