Jista' il-Ministru jara li jitnaddaf it-terrapien tal-ġebel li tħalla barra fi triq il-Knisja kantuniera ma' triq id-Duttrina Ħal Tarxien li ilu akkumulat kważi sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nitolbu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż li saru biex twessgħet u ngħatat it-tarmac fi sqaq it-Tramuntana Ħal Tarxien? Jista' jgħid jekk tħallasx xi kumpens lil xi ħadd, u jekk iva lil min, kemm u għaliex?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi l-ispejjeż kollha nvoluti fix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' Triq it-Tramuntana huma mqassmin kif jidhre hawn taħt:
Bankini u service duct Lm12,015.41
Type 1 Lm1,289.17
Asfaltar tat-triq (60mm base u 40mm wearing) Lm8,945.29
Jiena nfurmat illi sa issa għadu ma tħallas l-ebda' kumpens.
Jista' il-Ministru jara li jinbidel jew jissewwa arblu perikoluż tad-dawl li hemm fi triq il-Polverista Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista’ il-Ministru jinformani jekk il-ħaddiema li kienu mal-Maltacom u li ġew trasferiti mal-kumpaniji sussidjarji bħal Wire.net Co., humiex fil-futur intitolati li japplikaw għal xi promozzjonijiet li jista’ jkun hemm? Din il-kumpanija sussidjarja beħsiebha tiftaħ oppotunitajiet ta’ promozzjonijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ħaddiema li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Membru għadhom igawdu l-istess benefiċċji u kundizzjonijiet li kellhom mal-Maltacom. Il-proċess ta' ristrutturazzjoni jista' jaffettwa l-operat preżenti bil-konsegwenza li jistgħu jinħolqu opportunitajiet ta' promozzjonijiet.
Jista' il-Ministru jindika kemm kienet iż-żieda ta' flus allokati mill-gvern lill-Kunsilli Lokali tar-Raba' distrett matul dawn l-aħħar erba' snin paragunata mal-perjodu 1996-1998?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' flus li ntefqu f'xiri ta' kotba fil-libreriji li jinsabu fl-iskejjel ta' l-istat fir-Raba' Distrett, post b'post matul dawn l-aħħar erba' snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammonti ta' flus li ntefqu f'kotba għal-libreriji fir-raba' distrett matul dawn l-aħħar 4 snin huma kif se nemmi:
Lokalita` 1999 2000 2001 2002
Lm Lm Lm Lm
Paola 300 300 300 300
Gudja 100 100 ++ 100 100
Tarxien 50 50 *
Marsa **
Santa Luċia +
* Il-Librerija fl-Iskola ta' Ħal-Tarxien kellha tagħlaq minħabba nuqqas ta' spazju li ttieħed għall-klassijiet.
** L-istess jista' jingħad għall-Marsa.
Saru u għadhom isiru tentattivi biex jinstab post minn fejn jistgħu joperaw il-libreriji ta' Ħal Tarxien u Marsa.
+ F' Santa Luċia qatt ma kien hemm Librerija Fergħa.
++ Il-Kunsill Lokali tal-Gudja kien ta Lm500 fi flus biex inxtraw kotba u baqa' jixtri kotba kull sena għal-Librerija tal-Gudja bħala parti mill-ftehim ta' ko-operazzjoni li sar bejn il-Kunsill u d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji u li dan ġie ffirmat fit-18 ta' Frar 2000.
Jista' il-Ministru jara li jiġi pprovdut trasport għall istudenti li l-eta tagħhom tibda minn 17-il sena u li qed jieħdu d-diploma nursing first year, u li parti mit-tagħlim se jkun prattika fl-isptar bħala nursing practice (jibda 2nd December) u jispiċċaw f'ħinijiet diffiċli ġieli tard f'nofs il-lejl, u oħrajn jibdew fis-6.00am fejn dak il-ħin it-trasport ma jkunx provdut?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għall-fini ta' elezzjonijiet lokali kif ukoll għall-elezzjoni ġenerali minn liema lokalita' u distrett elettorali jiffurmaw parti Triq iż-Żnuber, Daħlet il-Oleandri, Daħlet iċ-Ċipress u triq il-Punsjetta, kollha fil-limiti ta' Ħ'Attard?
Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħata s-servizz ta' l-elettriku post fil-limiti ta' Ħaż Żebbuġ ( A 2949/01) peress li l-applikazzjoni ilha li saret diversi xhur?
Response (BONNICI, JOSEF)
Id-data ta' meta jingħata servizz ta' l-elettriku jiddependi, fost fatturi oħra, min-numru ta' talbiet pendenti li jkun hemm. Madankollu nassigura lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel l-almu tagħha biex taqdi lill-konsumaturi bl-aktar mod effiċjenti.
Direttorat tat-toroq — Flus imħallsa fuq expropriation
Question
Jista' il-Ministru jwieġeb l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 36708?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi bejn l-ewwel ta' Novembru 2001 u l-ewwel ta' Ottubru 2002 tħallsu Lm934,266 bħala esproprijazzjoni u saru Lm194,441 f'
commitments
għal ħlas ta' esproprijazzjoni.
Jista' il-Ministru jagħti sturzzjonijiet li jiġi pproċessat il-file ta' individwu li d-dettalji qed jintbagħtu separatament u dan peress li l-istess file li jitratta t-talba tiegħu għal SA u SKA ilu shur pending bla ebda eżitu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jinfurmani dwar b'liema titolu huma mikrija mid-dipartiment ta' l-artijiet dawn is-siti li is-site plan tagħhom qegħda tintbgħat separatament? Min huma s-sidien rikonoxxuti mid-dipartiment ta' l-artijiet? Kemm qegħdin iħallsu kull sena? Minn meta ilhom b'dan it-titolu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond informazzjoni miġbura mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, l-artijiet li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant m`humiex mikrija.
Nagħmel mistoqsija parlamentari numru 36732 lill-Ministru tar-Riżorsi u Infrastruttura.
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni relattiva li saret mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet kienet irrifjutata mill-MEPA peress li x-xatt ta' Pembroke huwa żona fejn l-ekoloġija għandha tiġi protetta.
Għaldaqstant saret talba biex din l-applikazzjoni tiġi rikonsidrata u fl-istess ħin tlabna lill-MEPA tatina dettalji ekoloġiċi fuq dan ix-xatt biex ikun jista' jiġi magħżul sit ieħor li ma jipperikolax ekoloġija protetta.
Possibli titnaddaf l-slipway fir-ramla ta' San Tumas, l/o M'Scala li tinsab quddiem il-fishermen's rest restaurant għaliex din imtliet kollha alka u s-sajjieda qed isibuha diffiċli jtellgħu u jniżżlu d-dgħajjes tagħhom.
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-post indikat mill-Onorevoli Interpellant ġie mnaddaf mit-taqsima tal-Beach Cleaners nhar it-Tlieta 12 ta’ Novembru 2002.
Jista' il-Ministru jinforma lill-kamra x'irriżulta mill-inkjesta li saret mill-Air Malta dwar il-każ ta' ajruplan tagħha li waqa' madwar 300 pied f'daqqa waqt titjira? Jista' il-Ministru jgħid jekk konsegwenza ta' dan l-inċident kienx hemm membri tal-crew (inkluż il-kaptan u l-first officer) li kellhom jiġu grounded? Jekk ir-risposta għat-tieni mistoqsija hija fl-affermattiv għal-kemm żmien? Kemm kienu persuni li korrew minħabba dan l-inċidnet? Jikkunsidra il-Ministru li jpoġġi r-riżultat ta' l-inkjesta dwar dan l-inċident fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi t-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 36710?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat illi minħabba t-tul ta' żmien li tirrikjedi biex tinġabar l-informazzjoni mituba mill-Onor. Interpellant, r-risposta tingħata aktar il-quddiem.