Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-Brigata Laburista għandhiex f'idejha xi art jew proprjeta' tal-gvern? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv fejn u meta ngħatat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond informazzjoni miġbura mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, il-Brigata Laburista għanda mikrijin lilha żewġ proprjetajiet tal-Gvern. Dawn huma store fi Triq it-Torri ta` San Ġwann il-Birgu u store ieħor fil-Pjazza tal-Fosos il-Furjana. Dawn kienu inkrew lill-Brigata Laburista fl-20 ta` Jannar 1977 u fit-12 ta` Marzu 1977 rispettivament.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 36611, jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta saret l-inspection imsemmija fi Triq Ħadd in-Nies, Żabbar, għax din it-triq illum hi kważi kollha żviluppata u allura r-raġuni migjuba fir-risposta għall-fatt li għadha ma saritx it-triq, jiġifieri li "għad hemm ħafna żvilupp xi jsir", assolutament ma treġix?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi l-inspection saret riċentement. It-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi maqsuma fi tliet biċċiet żviluppati illi iżda mhumiex magħqudin ma' xulxin u illi komplessivament ma jammontawx għall-aktar minn 50% ta' l-iżvilupp totali li jrid isir f'din it-triq.
Madankollu peress illi l-Onor. Interpellant jidher ċar li qed jirreferi għal kull biċċa minn din it-triq separatament, tajt struzzjonijiet lid-Direttorat tat-Toroq biex jagħmel spezzjoni oħra u jara jekk xi parti minn din it-triq tistgħax tiġi asfaltata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru hold-ups din is-sena u kemm minnhom ġew solvuti? X'weħħlet kull persuna li ttellgħet il-Qorti fuq reati simili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2002, il-Pulizija kellha 30 rapport ta` hold ups, filwaqt li fl-istess perijodu il-Pulizija solviet 19-il każ ta` hold ups. Minn dawn 3 kienu seħħew is-sena l-oħra, filwaqt li 2 mis-16 l-oħra irriżulta li fil-fatt ma kienux seħħew imma kienu każi ta` rapporti foloz. Dawn il-każi għad m`humiex deċiżi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru reati ġo Paceville u fl-area tal-madwar, din is-sena u x'kienu r-reati rrapportati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2002, il-Pulizija kellha 1,568 rapport ta` reati li seħħew fl-area ta` San Ġiljan, li minnhom 398 jidhru li seħħew ġewwa Paċeville. Dawn kienu jinkludu attentati ta` offiżi, offiżi fuq il-persuna, ksur ta` bon ordni, ħsarat, frodi, omiċidju u serq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus lit-tax payer Malti, id-delegazzjonijiet li ġew Malta minn pajjiżi membri u oħrajn applikanti għad-dħul f'UE is-sena l-oħra u din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid x'ħallas għall kull żjara u għaliex?
Response (BORG, JOE)
Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni mitluba sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jagħtinix raġuni konvinċenti biex inqabbad lill-uffiċċjali fil-Ministeru tiegħi jiddedikaw ħin sostanzjali sabiex ifittxu l-informazzjoni neċessarja biex tkun tista' tingħata r-risposta. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant da parti tal-Ministeru tiegħi li l-infiq kollu konness ma' delegazzjonijiet li ġew Malta minn pajjiżi membri u oħrajn applikanti għad-dħul fl-Unjoni Ewropea s-sena l-oħra u din is-sena kienu dejjem fil-limiti ta' l-estimi finanzjarji tal-Ministeru tiegħi għas-snin relevanti. Nixtieq inżid ukoll li f'dawn l-okkażżjonijiet, tiġi estiża l-ospitalita' tal-Gvern Malti ġieli mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ġieli minn Ministeri oħra wkoll, skond iċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull każ. Għaldaqstant, l-informazzjoni li qed jitlobni l-Onorevoli Interpellant ma tistax tinġabar b'mod komprensiv u akkurat mill-Ministeru tiegħi.
Nixtieq inżid ukoll li r-referenza magħmula mill-Onorevoli Interpellant, biex jipprova jieħu vantaġġ politiku, dwar kemm sewa flus lit-tax payer Malti sabiex dawn id-delegazzjonijiet ġew Malta, hija żejda. Il-Gvern kommess li jtilob lill-poplu Malti jiddeċiedi f'referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, referendum li l-Oppożizzjoni Laburista lanqas għandha d-diċenza li tirrispettah, u għalhekk ser ikun il-poplu Malti li jiddeċiedi jekk dan l-infiq kienx floku jew le, meta jintalab jiddeċiedi dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jelenka l-oġġetti rrapportati mitlufa lill-pulizija, u kemm minn dawn reġgħu sabu ruħhom għand sidhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta` din is-sena il-Pulizija kellha 6,131 rapport ta` oġġetti mitlufa li 135 minn l-affarijiet irrappurtati mitlufa ġew ritornati lil sidhom. Fost l-oġġetti irrappurtati mitlufa kien hemm pets, cheques u credits cards, flus, arloġġi, ħwejjeġ, jewellery, portmonijiet u kartieri, souvenirs, apparat tat-telefon, etc.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36015, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, u jgħid kemm hemm studenti jsegwu xi kors maċ-ċentru nazzjonali tal-kompjuter fis-Swatar? X'korsijiet qed isiru? Kemm qed iħallsu għal kull kors? Min qed imexxi dan iċ-ċentru? Għaliex f'dan iċ-ċentru l-istudenti qed ikollhom iħallsu?
Response (GALEA, LOUIS)
Jidher li l-Onor. Membru qed jirreferi għal korsijiet immexxija mill-MITTS ġewwa s-Swatar. Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-MITTS.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 35817 meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol li qed isir biex l-istitut jopera mill-bini f'Tarġa Gap.
Jista' iċ-ċentru SPLD tal-Furjana joħroġ l-ittra ta' riferenza dwar il-kundizzjoni ta' l-istudent li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament mitluba mill-kap ta' l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ebda talba ma waslet mingħand il-Kap ta' l-Iskola għal ittra ta' referenza. Waslet talba mingħand il-ġenituri għal Rapport. Iċ-ċentru ta' SpLD ħareġ Rapport fuq il-kundizzjoni tat-tifel fil-15 ta' Ottubru 2002.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36023, jista' jgħid x'għalliema nieqsa hemm fl-iskejjel sekondarji ġenerali u fil-junior lyceum? F'liema suġġetti? Kemm hemm tfal fil-klassijiet milquta? X'passi qed jittieħdu biex f'kull każ jinstabu l-għalliema meħtieġa għax irrapurtawli li hemm każi fejn mill-bidu tas-sena skolastika hemm studenti li m'għandhomx għalliema f'ċerti suġġetti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' għalliema nieqsa fl-iskejjel Sekondarju u Junior Lyceums hija kif se nsemmi:
Skola Suġġett Lezzjonijiet Studenti
Naxxar HSS Bioloġija 8 16
St Luċija GJL Ġermaniż 3 14
Cospicua GSS HE 18 91
B'Kara BSS IT 8 140
Ħamrun GSS Int. Science 8 46
St Francis of Assisi Physics 24 139
Żebbuġ BSS Physics 6 40
Informat li fil-bidu tas-sena intbagħtu l-għalliema kollha meħtieġa, iżda kien hemm min ma aċċettax ix-xogħol għal raġunijiet diversi. Ħarġet sejħa fil-gazzetti biex tfakkar li l-applikazzjonijiet għall-għalliema supply kienet miftuħa. Qed isiru wkoll l-interviews għal għalliema supply għal dawn is-suġġetti.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija kontra l-persuna li attakkat l-uffiċjal tal-logħba f'partita tal-premier league f'Għawdex nhar il-Ħadd, 13 ta' Ottubru 2002, fil-Gozo stadium?
Jaf il-Ministru li l-uffiċjali, li ismu qed jintbagħat separatament, kellu feriti f'wiċċu u f'idejh?
Jaf li l-persuna li aggreditu huwa impjegat tal-gvern?
Jikkonferma li din il-persuna li attakkat l-uffiċjal tal-logħba hija impjegata bħala uffiċjal tas-sigurta` fl-isptar ta' Għawdex?
Ma taħsibx li f'każ bħal dan il-pulizija kellha tipproċedi immedjatament?
Jikkonferma li din il-persuna li aggredit lill-uffiċjal tal-logħba reġa' ġie arrestat mill-pulizija minħabba theddid lill-istess referee?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-inċident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant seħħ nhar it-12 ta` Ottubru 2002 u dwaru hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-Qorti.
Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta — Knisja tal-Vitorja
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar mill-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta fuq il-knisja tal-Vitorja? Dan il-kumitat qabbad lil xi ħadd jirrestawra l-orgni tal-knisja? Min tqabbad jagħmel dan ix-xogħol? Meta sar dan ix-xogħol? Kemm ġie jiswa? Meta tħallsu l-ispejjeż tax-xogħol? Fejn jinsab l-orgni bħalissa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-proġett tal-Knisja tal-Madonna tal-Vitorja fil-Belt Valletta huwa wieħed mill-proġetti prinċipali tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta. Xogħol li sar s'issa jinkludi rapport dwar il-pittura tas-saqaf, tibdil ta' pajpijiet tal-ħadid u turġien. (Sar xi xogħol ieħor in kollaborazzjoni ma' Din l-Art Ħelwa - restawr ta' żewġ urni fuq il-faċċata). Bħalissa qed isir restawr tal-bronż u l-irħam fil-faċċata mid-ditta Sante Guido Restauro.
L-istorja tar-restawr ta' l-orgni tas-seklu sbatax hija storja twila. Wara li kien hawn ditta Taljana li kienet Malta u żaret xi orgnijiet flimkien mal-Maestro Joseph Gatt, kien sar ftehim mal-Maestro Gatt li, in kollaborazzjoni ma' din id-ditta Taljana, jsir restawr ta' orgni żgħir iżda mportanti li hemm f'din il-knisja. S'issa diġa' tħallsu Lm2990. għar-restawr ta' dan l-orgni. Il-proġett kellu jkun lest fl-2000 u s'issa l-Maestro Gatt ma rritornax dan l-orgni minkejja diversi laqgħat u talbiet, anki b'mod legali, li saru. Propju din il-ġimgħa, wara li huwa ma rrispondiex għall-ittra uffiċjali li saret, ittieħdet id-deċiżjoni li tinfetaħ kawża fuq l-istess suġġett.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistux sistemi biex il-pazjenti barranin li għandhom l-obbligu li jħallsu tas-servizzi mediċi li jirċievu ġewwa l-isptarijiet tal-gvern fil-fatt iħallsu dak kollu dovut?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-Isptar San Luqa, il-lum hemm dawn is-sistemi li jiżguraw li pazjenti barranin iħallsu tas-servizzi mediċi ta` dak kollu li hu dovut minnhom.
Hemm sistema ta` depożiti li jitħallsu qabel jingħata s-servizz u oħrajn li jitħallsu wara li jingħata s-servizz.
Mad-dħul ta` pazjent barrani fl-Isptar San Luqa, il-familjari tiegħu jintalbu jmorru fil-Billing Section sabiex jiddiskutu il-mod tal-ħlas.
Meta pazjent barrani jkun inxurjat, l-insurance barranija tiġi mitluba li tibgħat fax fejn tikkonferma li tidħol responsabbli għall-ħlas tal-kont ta` l-isptar.
Meta pazjent barrani jkun ħiereġ mill-isptar, jinħariġlu kont u jintalab iħallas l-ammont dovut bi flus kontanti, b'cheque jew bi credit card.
Meta pazjent barrani ma jkollux flus fuqu sabiex iħallas il-kont, huwa jiġi mitlub jiffirma dikjarazzjoni li huwa jaċċetta li jħallas il-kont.
Kwalunkwe kont li ma jitħallasx mat-tluq ta` pazjent barrani mill-isptar, jiġi segwit mis-sezzjoni tar-Revenue sakemm isir il-ħlas.
Common Agricultural Policy — Tariffi fuq il-manifatturi
Question
B'referenza għall-Common Agricultural Policy, jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa / levy fuq l-importazzjoni tal-manufacturers barra mill-Unjoni Ewropea hija ta' 3.7% u se tibqa' hekk wara s-sena 2010?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li d-definizzjoni manufacturers hija wiesgħa wisq biex tista' tiġi ikkalkulata tariffa medja li fil-prattika tagħmel sens.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hija fil-fatt il-kunsinja ta' l-esportazzjoni tal-patata li trid tkun koperta fil-Eurogap Certificate din is-sena? X'tagħrif u informazzjoni ngħataw il-bdiewa u l-koperattivi tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001 sabiex ikunu nfurmati dwar il-bidliet li jridu jħejju għalihom? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tagħrif, informazzjoni, ċirkolarijiet, etc, li ntbgħatu lill-bdiewa jew il-kooperattivi tagħhom sena b' sena separatament għal dawn it-tħejjijiet? Kemm kienu l-uffiċjali responsabli minn dan il-proċess ta' tagħrif li ngħata lill-bdiewa għas-snin imsemmija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-kwantita ta' patata esportata li trid tkun koperta bil-
Eurepgap Certificate
din is-sena għadha qed tiġi nnegozjata ma' l-importatur Olandiz skond il-ħtiġiet tas-suq.
Din hi l-ewwel darba li se tiġi esportata patata biċ-ċertifikat tal-Eurepgap u għalhekk it-tħejjijiet għal dan il-għan bdew isiru minn din is-sena.
Id-Dipartiment ta' l-Agrikultura daħal fi ftehim ma' ditta Olandiża, il-PlantConsult, biex tnax il-uffiċjali tad-Dipartiment jingħataw it-taħriġ meħtieġ ħalli jkunu f'pozizzjoni li jħarrġu lil numru ta' bdiewa biex dawn jikkwalifikaw għaċ-ċertifikat tal-Eurepgap.
Fil-fatt l-ewwel sessjoni ta' taħriġ għal dawn l-uffiċjali saret bejn l-14 u t-18 t'Ottubru, 2002 u għal din il-ġimgħa ta' taħriġ attendew ukoll, bħala osservaturi, rappreżentanti ta' l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa, Għaqda Bdiewa Progressivi, u l-Kooperattiva Ċentrali tal-Bdiewa.
L-Uffiċjali tad-Dipartiment li kollha temmew b'suċċess il-kors ta' taħriġ issa ġew assenjati lokalitajiet fejn titkabbar il-patata għall-esportazzjoni u qegħdin fil-proċess li jidentifikaw numru ta' bdiewa li se jingħataw it-taħriġ meħtieġ matul l-istaġun tat-tkabbir tal-patata, jiġifieri bejn Diċembru 2002 u April 2003. Dan it-taħriġ se jinkludi żjarat regolari minn dawn l-uffiċjali lill-bdiewa magħżula biex ikun aċċertat li l-bdiewa jkunu qegħdin jimxu mal-prinċipji u regolamenti tal-Protokoll tal-Eurepgap.
Fl-istess waqt qed issir traduzzjoni għall-Malti tal-prinċipji u regolamenti tal-Eurepgap Protocol u dan it-tagħrif se jiġi stampat u mqassam lill-bdiewa kollha li jkabbru l-patata għall-esportazzjoni. Kopja ta' dan it-tagħrif titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta tkun lesta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati siġar tal-frott, dwieli, eċċ. mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul dawn l-aħħar ħames snin, sena sena?
Kemm swew dawn is-siġar sena b'sena separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il darba s-sajjieda Maltin u Għawdxin talbu l-protezzjoni tal-forzi armati ta' pajjiżna sabiex jassistuhom u jipproteġuhom waqt is-sajd tagħhom minħabba periklu u inkonvenjenti oħra li kkawżalhom sajjieda barranin matul dawn l-aħħar erba' snin sena b'sena?
X'sapport ingħataw meta talbu din l-għajnuna u kemm-il darba ġiet rifjutata u x'kienu r-raġunijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
In-numru ta’ sejhiet lill-Forzi Armati ta’ Malta ghal ghajnuna minn sajjieda Maltin fi kwistjonijiet ma’ sajjieda barranin waqt li kienu jistadu, kienu tliet darbiet fl-2001 u tnejn din is-sena sas-17 ta’ Settembru.
F’kull kaz, sa fejn kien possibli, intbaghtu mezzi tal-ajru u tal-bahar biex izommu sorveljanza u joffru deterrent biex jipprotegu s-sajjieda Maltin u biex tingabar evidenza sabiex l-awtoritajiet Maltin ikunu f’pozizzjoni li jsegwu l-kaz ma’ Gvernijiet barranin.
Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex skond l-OECD l-Unjoni Ewropea timponi tariffi fuq il-ħut importat lejn l-Unjoni ta' 3.6% mill-pajjiżi li huma barra mill-Unjoni Ewropea u pajjiżna, skond il-gvern, qed iħallas 7.5% u dan għaliex skond il-gvern tal-ġurnata saru arranġamenti speċjali?
Jista' il-Ministru jinvestiga jekk it-Tuneżija hijiex eżenti mill-istess tariffa li l-Unjoni ilha timponi sa mill-1994?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li fl-Unjoni Ewropea l-importazzjoni ta' ħut, kemm dak tal-baħar kif ukoll dak ta' l-ilma ħelu, hija suġġetta għat-tariffi. Dawn ivarjaw skond l-ispeċi tal-ħut u skond jekk il-ħut huwiex qed jiġi impurtat ħaj (live), frisk (fresh) jew iffriżat (frozen). Għal dak li għandu x'jaqsam ma' importazzjoni ta' ħut tal-baħar frisk, it-tariffa tipika hija ta' ħmistax fil-mija.
Fil-każ ta' importazzjoni ta' awrat u paġell (sea bass and sea bream), minn din is-sena, l-Unjoni Ewropeja adottat tariffa imnaqqsa marbuta ma' kwota. It-tariffa fuq l-importazzjoni ta' ħut ieħor, jew ta' awrat u paġell fi kwantitajiet li jaqbżu l-kwota, ġiet imnaqqsa wkoll kif spjegat fit-tabella li ġejja:
TARIFFA TARIFFA
SENA TARIFFA KWOTA FUQ IL-BQIJA NORMALI
2002 7.5 fil-mija 1500 tunnellata 10 fil-mija 15 fil-mija
2003 0 fil-mija 1750 tunnellata 5 fil-mija 15 fil-mija
2004 0 fil-mija bla limitu 0 fil-mija 15 fil-mija
Ħut li joriġina mit-Tuneżija jidħol fl-Unjoni Ewropeja mingħajr ma jitħallas dazju. Dan isir a bażi ta' ftehim għal żona ta' kummerċ ħieles li t-Tuneżija ikkonkludiet ma' l-Unjoni Ewropeja. Dan il-ftehim ikopri ukoll l-oqsma tas-sajd u tal-biedja u mhux biss il-qasam industrijali.