Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37114 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 28601, jista' l-Ministru jgħid jekk għas-sistema ta' katnazzi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin intalbux offerti oħrajn barra dik ta' Messrs. Grima & Co. Ltd? Jekk iva, ta' min kienu u kemm kien il-prezz ikkwotat? Jekk le x'inhuma r-raġunijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-offerti għax-xiri tal-katnazzi kienu ħarġu f`Jannar ta` l-1998. Dik is-sena kienu inġibu katnazzi għal żewġ diviżjonijiet biss filwaqt li fl-2001 kienu inġibu il-kumplament tal-katnazzi għad-diviżjonijiet l-oħra fuq l-istess offerta u ċioe` dik oriġinali.
Leg 9 PQ #37119 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Inċident waqt titjira

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36918?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-inkjesta li saret mill-Air Malta dwar l-inċident tat-13 ta' Ottubru 2002 meta ajruplan AMC455 tal-kumpanija lokali niżel madwar tlitt mitt pied f'daqqa, stabbiliet li dan l-inċident seħħ meta ajruplan Boeing 747 tal-kumpanija Egypt Air ingħata l-clearance mill-awtoritajiet Taljani biex jitla' mal-livell ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta mingħajr is-separazzjoni laterali meħtieġa. L-Air Malta infurmat b'dan l-inċident lill-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni, kemm lokali kif ukoll dawk Taljani. Ebda membru tal-crew ma' ġie grounded b'riżultat ta' l-inċident. Fil-fatt korrew sitt persuni, erba' passiġġieri, li tnejn minnhom irrifjutaw li jiġu imdewwija, u tnejn mill-cabin crew. Peress li r-rapport ta' l-investigazzjoni fih informazzjoni teknika, kif ukoll ta' natura kummercjali sensittiva, ma nħossx li jkun prudenti li npoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tħawwil ta' siġar taż-Żebbuġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 36334 dejjem jekk l-informazzjoni hija miġbura?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandix xi nżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 36334.

Fortizza ta' Delimara — Tinfetaħ għall-publiku

Question

Jista' il-Ministru b'referenza għad-domandi parlamentari numri 22740 u 30464 jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi sabiex il-pożizzjoni tal-Fortizza ta' Delimara tiġi solvuta sabiex tkun tista' tinfetaħ għall-publiku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm saru xi diskussjonijiet mal-inkwilin tal-fortizza, ma jista` jkun hemm l-ebda żvilupp qabel ma jinstab post alternattiv biex jingħata lill-inkwilin.
Leg 9 PQ #37122 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Smoking Shed

Question

Jista' il-Ministru, filwaqt li jirreferi għad-domandi parlamentari numri 11601, 30323, u 33432, jinforma lill-Kamra jekk ix-xogħol jistax jinbeda billi din is-Smoking Shed marret aktar lura? Jista' ukoll jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni jaħdmu fiċ-Ċentru tar-restawr u kemm spejjeż inħarġu tul dawn l-aħħar snin għar-restawr u manteniment tal-post?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Birgu — Restawr - monument tal-Vittorja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhu sejjer ix-xogħol ta' restawr fuq il-monument tal-Vittorja ġewwa l-pjazza tal-Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-parti dokumentattiva tlestiet u bħalissa qed isiru testijiet dwar l-intervent li jrid isir.

Ħaż Żabbar — Bieb is-Sultan

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhu sejjer ix-xogħol ta' restawr fuq Bieb is-Sultan, li hemm bejn Ħaż Żabbar u l-Kottonera u jista' jinforma wkoll lill-Kamra x'ħidma qed issir mid-dipartiment tax-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li intemm xogħol ta' pavimentar biċ-ċangatura fit-terazzin ta' Bieb is-Sultan u bdil ta' xi soqfa li kienu perikolużi, li tħallas mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera. It-Taqsima tar-Restawr għandha talba għal kostruzzjoni ta' "Intermediate Floor" fl-istess bieb u bħalissa qed jiġu ppreparati d-disinji għal dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #37125 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Karozzi Ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba li minbarra d-dipartimenti tinvolvi numru konsiderevoli ta' entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #37126 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li matul l-aħħar sena u nofs inxtraw mill-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu sitt vetturi ġodda kif ġej: Marka Data tar-Reġ istrazzjoni Ammont imħ allas għ all-karrozza Min już a l-karrozza Citroen 'Picasso' 06-Jun-01 Lm 5,070 Direttur, Office of Review Opel 'Astra' 13-Sep-01 Lm 4,920 Direttur, Policy & Planning Citroen 'Picasso' 28-Sep-01 Lm 5,070 Direttur, Plant Health Honda 'Accord' 07-Dec-01 Lm 7,270 Segretarju Permanenti Tata 'Safari' 11-Jul-02 Lm 6,094 Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kura tal-Pjanti Renault 'Megane Classic' (Diesel) 28-Oct-02 Lm 5,370 Direttur tas-Servizzi Korporattivi
Leg 9 PQ #37127 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Karozzi ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar sena u nofs ma nxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Karozzi ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul dawn l-aħħar sena u nofs inxtraw dawn il-karozzi: Awtorita' Marittima ta' Malta Volkswagen Bora li kienet tiswa Lm7,341. Inxtrat f'Mejju u tintuża mit-Technical Manager. Ford Focus li kienet tiswa Lm5,675. Inxtrat f'Ottubru 2001 u tintuża mill-Harbour Master. Renault Megane li kienet tiswa Lm5,410. Inxtrat f'Ottubru 2001 u tintuża mil-IS Manager. Nissan Pickup li kienet tiswa LM9,292. Din inxtrat f'Novembru 2001 u tintuża għal użu ġenerali għall-Maintenance Department, Ports. Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni Volkswagen Bora li kienet tiswa LM11,200. Din il-karozza inxtrat f'Lulju 2001 u tintuża mic-Chairman ta' l-Awtorita'. Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni Matul dawn l-aħħar sena u nofs l-unika karozza mixtrija kienet Skoda IBG072 li kienet tiswa LM5485. Din il-karozza tiġi wżata mid-Director Office of Review.
Leg 9 PQ #37129 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru ħal-Għawdex — Karozzi ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul dawn l­aħħar sena u nofs il­Ministeru għal Għawdex xtara żewġ karozzi. Waħda minn dawn il­karozzi hija Peugot Saloon Diesel li nxtrat għas­somma ta' Lm7520 u hija l­karozza uffiċċjali tiegħi. Il­karozza l­oħra hija Kia Rio li nxtrat għas­somma ta' Lm 3815 u hija għall­użu tas­Segretarjat Privat.
Leg 9 PQ #37130 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent — Karozzi ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher hawn taħt:- Dipartiment Jintuż aw minn Marka Numru Kemm swew Lm kull waħ da Ministeru Ministru Hyundai Accent 1 4,242 Segretarjat Permanenti Segretarju Permanenti VW Bora 1 6,150 Protezzjoni Ċivili Direttur Skoda Octavia 1 5,010 Taqsima Proprjeta` tal-Gvern Direttur Uffiċċju Konġunt Renault Megane Classic 1 5,000 Reġistru ta` l-Artijiet Direttur Ford Focus 1 4,860 Pulizija Diversi taqsimiet fil-Korp Kia Rio Skoda Felicia Hyundai Accent Ford Focus Citroen C5 Kia Sedona Citroen Berlingo VW Pickup Bedford (Lowloader) 2nd hand 5 11 4 1 1 6 4 2 1 2,350 2,806 2,735 4,840 7,000 6,290 3,800 6,849 11,270
Leg 9 PQ #37139 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — M'Xlokk - Skola Primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu issa li l-ħajt ta' l-iskola primarja ta' M'Xlokk waqa'? Meta nbena dan il-ħajt? Min kien responsabbli meta nbena il-ħajt?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħajt in kwistjoni nbena matul l-1998, taħt id-direzzjoni tal-Project Manager imqabbad mill-Kunsill Lokali. Il-ħajt qed jerġa jiġi ddisinjat b'mod aktar attrajenti. Għaldaqstant, ser titwaqqa' parti oħra perikoluża u ser jinbena b'mod aktar b'saħħtu.
Leg 9 PQ #37140 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Belt — Mużew tal-Arkeoloġija

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies daħlu fil-Mużew ta' l-Arkeoloġija l-Belt mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 , sena b'sena u kemm flus irċieva l-istess Mużew sena b'sena wkoll?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Mużeq ta' l-Arkeoloġija daħlu nies u rċieva flus kif se nsemmi: Sena Visitaturi Flus 1999 74,603 Lm29,300 2000 89,765 Lm34,642 2001 81,338 Lm33,800 2002 (31/10/02) 67,013 Lm34,894
Leg 9 PQ #37145 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Maltapost — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema li jinstabu b'kuntratt mal-Maltapost fid-dawl tat-tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema tal-kumpannija proġettat? Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm minn dawn u kemm minhom jinsabu fil-managment level?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37146 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Maltapost — Reinstatement fis-servizz pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar il-ħaddiema tal-Maltapost li għandhom jiġu reinstated fis-servizz pubbliku? B'liema kondizzjonijiet in konnessjoni ma salarji għandu jsir dan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37147 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Maltapost — Ħaddiema

Question

In konnessjoni mat-tnaqqis maħsub fil-work force tal-Maltapost b'madwar 266 impjegat, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost jekk dan l-iskop ma jintlaħaqx b'mod konsenswali mal-ħaddiema?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37148 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Maltapost — Ħolqien ta' delivery hub

Question

Jista' il-Ministru jgħid in konnessjoni mal-Maltapost, xi spejjeż huwa maħsub li jkun hemm biex jinħolqu delivery hubs? Kemm hu maħsub li jkun in-numru tal-workforce f'dawn id-delivery hubs?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37149 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Maltapost — Investiment

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost dwar investiment li minn Lm204.000 għandu jaqbeż il-Lm1 miljun? Minn fejn huwa maħsub li ġejjin il-flus biex issir tali żieda fl-investiment mill-kumpannija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil-Ministru kkonċernat.