X'inhi r-raġuni li għadhom ma sarux it-traffic lights fit-Triq tal-Barrani, Żejtun eżatt mal-junction ta' Vjal il-25 ta' Novembru Żejtun? Billi f'dan il-post isiru għadd ta' inċidenti xi drabi fatali meta hu maħsub li jsiru u jitlestew dawn it-traffic lights? Jaħsibx il-Ministru li fid-dawl ta' l-inċidenti serji f'dan il-post dawn il-lights għandhom jingħataw preferenza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet il-permessi meħtieġga biex dan il-Junction isir wieħed ikkontrollat mit-traffic lights u x-xogħol neċessarju ikun jista' jsir aktar 'il quddiem skond kif jippermettu l-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Direttorat.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi li għamilt qabel dwar Triq id-Daħla ta' San Tumas, Żejtun, hemm il-ħsieb li din issir mill-Gvern la darba l-parti ta' Wied il-Għajn saret mill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn u dik il-parti taż-Żejtun baqgħet qisha wiċċ il-qamar? Billi dan l-aħħar saret trinka fil-parti tat-triq imsemmija li kompliet ħaffret it-triq u issa spiċċat fi stat li hu perikoluż li ssuq fiha u fid-dawl tal-fatt li minn din it-triq jgħaddu eluf ta' karozzi kuljum possibbli niġi nfurmat jekk din hux se ssir? Jista' ir-Roads Department iżur din it-triq qabel iwieġeb il-mistoqsija tiegħi biex jikkonferma hu stess f'liema stat tinsab?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtja għal-Mistoqsija Parlamentari nru.36476.
Madankollu tajt struzzjonijiet lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex terġa tiġi tispezzjona din it-triq sabiex ikun zgurat illi t-tiswija tat-trinka li qed jirreferi għalija l-Onor. Interpellant tkun sodisfaċenti biex ma jkunx hemm periklu għal min jgħaddi minn hemm.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 38406 u cioe' jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-liċenzji kollha relattivi għan-negozju li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nistieden lill-Onor. Membru jindika, anki b’mod kunfidenzjali għaliex qed jitlob dan it-tagħrif.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 38479 u ċioe' in-negozjati mal-UE dwar proprjeta' huma ristretti għax-xiri ta' bini jew jinkludu wkoll l-akkwist ta' art? Jekk iva, dan fejn huwa definit?
Response (BORG, JOE)
Fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ġie miftiehem li jiinhemeż protokoll apposta mat-Trattat ta' Sħubija li jgħid:
"Bearing in mind the very limited number of residences in Malta and the very limited land available for construction purposes, which can only cover the basic needs created by the demographic development of the present residents, Malta may on a non-discriminatory basis maintain in force the rules on the acquisition and holding of immovable property for secondary residence purposes by nationals of the Member States who have not legally resided in Malta for at least five years laid down in the Immovable Property (Acquisition by Non-Residents) Act (Chapter 246).
Malta shall apply authorisation procedures for the acquisition of immovable property for secondary residence purposes in Malta, which shall be based on published, objective, stable and transparent criteria. These criteria shall be applied in a non-discriminatory manner and shall not differentiate between nationals of Malta and of other Member States. Malta shall ensure that in no instance shall a national of a Member State be treated in a more restrictive way than a national of a third country.
In the event that the value of one such property bought by a national of Member State exceeds the thresholds provided for in Malta's legislation, namely 30,000 Maltese lira for apartments and 50,000 Maltese lira for any type of property other than apartments and property of historical importance, authorisation shall be granted. Malta may revise the thresholds established by such legislation to reflect changes in prices in the property market in Malta."
Id-dettalji dwar dak li qed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant ser jiġu koperti fl-emendi fil-liġi relevanti li għandhom jitressqu fil-Parlament.
Ċittadini tal-UE — Reġistrazzjoni ta' kumpanniji f'Malta
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 38478 u ċioe' b'riżultat tal-ftehim milħuq mal-UE, jista' jikkonferma jekk ċittadin tal-UE jistax jirreġistra kumpannija f'Malta skond il-provvedimenti tal-Companies Act, 1995? Billi l-kumpannija tkun Maltija, jikkonferma mal-wording tad-deroga li l-kumpannija ma jkollha ebda restrizzjoni dwar l-għadd ta' proprjetajiet li tista' takkwista?
Response (BORG, JOE)
Fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ġie miftiehem li jiinhemeż protokoll apposta mat-Trattat ta' Sħubija li jgħid:
"Bearing in mind the very limited number of residences in Malta and the very limited land available for construction purposes, which can only cover the basic needs created by the demographic development of the present residents, Malta may on a non-discriminatory basis maintain in force the rules on the acquisition and holding of immovable property for secondary residence purposes by nationals of the Member States who have not legally resided in Malta for at least five years laid down in the Immovable Property (Acquisition by Non-Residents) Act (Chapter 246).
Malta shall apply authorisation procedures for the acquisition of immovable property for secondary residence purposes in Malta, which shall be based on published, objective, stable and transparent criteria. These criteria shall be applied in a non-discriminatory manner and shall not differentiate between nationals of Malta and of other Member States. Malta shall ensure that in no instance shall a national of a Member State be treated in a more restrictive way than a national of a third country.
In the event that the value of one such property bought by a national of Member State exceeds the thresholds provided for in Malta's legislation, namely 30,000 Maltese lira for apartments and 50,000 Maltese lira for any type of property other than apartments and property of historical importance, authorisation shall be granted. Malta may revise the thresholds established by such legislation to reflect changes in prices in the property market in Malta."
Id-dettalji dwar dak li qed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant ser jiġu koperti fl-emendi fil-liġi relevanti li għandhom jitressqu fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 38465 u ċioe' jista' jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 38429 billi jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-kummerċ barrani ta' pajjiżna kemm f'dak li huwa importazzjoni kif ukoll esportazzjoni li huwa invoiced f'dollari Amerikan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kalkolu tal-perċentwali li qed jistaqsi dwarha l-Onorevoli Interpellant huwa eżerċizzju kumpless ħafna, anki minħabba li bosta miċ-ċifri rilevanti jinżammu biss fuq bażi tal-munita Maltija.
Għaldaqstant, l-aħjar stima tibqa' dik magħmula mill-Bank Ċentrali bħala bażi għad-definizzjoni tal-basket ta' muniti barranin li jiġi stabbilit sabiex jinħadem il-valur tal-Lira Maltija. Dan il-basket huwa ntiż li jirrifletti il-karatteristiċi ewlenin tal-kummerċ ta' Malta mal-kumplament tad-dinja. Fil-preżent, dan il-basket huwa kompost minn 70% tal-valur tiegħu, mill-munita Euro, 20% mill-Isterlina u 10% mid-dollaru Amerikan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' serq u vendikazzjonijiet fuq karozzi ta' studenti u/jew staff ta' l-Universita' ta' Malta saru lill-awtoritajiet minn Ottubru, 2002 'il hawn?
X'passi ttieħdu kemm bħala rimedju kif ukoll azzjoni bħala deterrent kontra dawn l-offiżi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-1 ta' Ottubru 2002 l'hawn, il-Precincts Office rċieva ħames (5) rapporti ta' serq u vandaliżmu fuq karozzi stazzjonati fil-Kampus ta' l-Universita'.
Bħala prekawzjoni dan l-uffiċċju introduċa sistema ta' rondi minn persuni pajżana biex jissorveljaw kemm id-dawra tar-ringroad kif ukoll il-Car Parks ta' l-Universita'.
Il-Precincts Office ħareġ ukoll avviżi lill-membri ta' l-istaff kollu biex fejn jaraw xi ħaġa suspettuża jirrapurtaw lil dan l-uffiċċju kif ukoll lill-pulizija ta' l-Għassa ta' l-Imsida.
Dan l-uffiċċju għamel ukoll kuntatt mal-pulizija tal-Mobile Squad sabiex huma ukoll jagħmlu rondi kull tant żmien iżda mhux fuq bażi regolari, biex iservu bħala deterrent għal min jagħmel dawn l-atti vandali.
Minn meta ġiet fis-seħħ din is-sistema, naqqsu drastikament dawn l-atti vandali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mal-kumpannija Medigrain?
Liema huma l-impjiegi u l-ħatriet differenti li għandhom dawn l-impjegati?
Kemm hemm persuni f'kull impjieg f'livell differenti tal-kumpannija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ħaddiema tal-kumpanija Medigrain jammontaw għal wieħed u għoxrin. Dawn huma mqassmin kif ġej:
GRAD NUMRU
Chairman Eżekuttiv 1
Deputat Chairman 1
General Manager 1
Accounts Officer 1
Kontrollur Finanzjarju (fuq bażi part time) 1
Segretarja Personali 1
Skrivan Grad II 1
Messaġġier/Xufier 1
Silo Foreman/Inġineer 1
Technician 1
Mechanical Fitter 2
Siloman 2
Deliveryman 2
Weighbridge Operator 2
Labourer 3
Jista' l-Ministru jgħid x'salarji, allowances u perks oħrajn għandhom il-persuni li jokkupaw l-ogħla ħatriet fil-kumpannija Medigrain?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Uffiċċjali tal-kumpanija Medigrain għandhom is-salarji annwali u allowances li ġejjin:
Iċ-Chairman Eżekuttiv - Lm12,260 u l-użu ta' karozza u telefon ċellulari
Id-Deputat Chairman - Lm6,000 u l-użu ta' karozza u Lm200 allowance għal tratteniment
Il-General Manager - Lm13,260 u l-użu ta' karozza u telefon ċellulari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu jew instabu neqsin containers li għaddew mill-Freeport ta' Malta fis-sena 2002 u 2003 (s'issa)? X'kien f'kull każ il-kontenut tal-containers li naqsu? X'passi ttieħdu f'kull każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul is-sena 2002 kien irrapurtat każ wieħed ta' container li naqas minn ġewwa l-Port Ħieles. F'dan il-container il-kontenut kien dikjarat bħala xorb alkoħoliku u bil-każ ġew mgħarrfa l-awtoritajiet kompetenti. S'issa, matul din is-sena, ma kienx hemm rapporti ta' containers li naqsu mill-Port Ħieles.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-sena 2002 u f'Jannar u Frar 2003 (s'issa) il-gvern xtarax armi u apparat ieħor għall-Korp tal-Pulizija?
Jista' jgħid mnejn impurtahom? Jista' jgħid jekk f'kull każ il-materjal impurtat wasalx għand il-Korp tal-Pulizija? Jirriżulta li kien hemm każi fejn il-materjal ma wasalx? X'sar minnu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra u din is-sena, il-Korp tal-Pulizija ma xtarax armi. Jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtina aktar tagħrif dwar "apparat ieħor" imsemmi fil-Mistoqsija, inkun nista` nivverifika ulterjorment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu ma' l-aġenzija għall-ħarsien tal-patrimonju tagħna?
X'kondizzjonijiet, ħlasijiet u responsabbiltajiet għandhom f'kull każ?
X'budget għandha din l-aġenzija biex twettaq il-ħidma tagħha tul is-sena 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa l-impjegati ma' din l-aġenzija huma 177, li lkoll ġejjin mid-Dipartiment tal-Mużewijiet ħlief iċ-Chief Executive.
Il-kundizzjonijiet, ħlasijiet u responsabiltajiet għadhom kif kienu taħt id-Dipartiment tal-Mużewijiet, jiġifieri bħal ħaddiema tal-Gvern.
Il-budget ta' l-aġenzija għal din is-sena huwa ta' :
Rikurrent - Lm1,170,000
Kapital - Lm550,000
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Żjara minn persuna mir-Renju Unit
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew xi qasam li jaqa' taħtu, inkluż xi fondazzjoni, f'Jannar, 2003 ġab Malta lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament mir-Renju Unit?
X'attivita' għamel waqt iż-żjara tiegħu? X'diskorsi għamel lid-diretturi ta' l-Edukazzjoni? X'qalilhom dwar is-sehem li għandu jkollhom il-kunsilli lokali fix-xogħol ta' l-iskejjel tal-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada stiednet lill-Professur Steven Male mill-Universita' ta' Leeds, biex jikkonduċi symposium fuq is-suġġett ta' Value Management. Kienu mistiedna għas-symposium diversi diriġenti tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, kif ukoll persuni relatati ma' xogħlijiet mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada.
Informat li l-Professur Steven Male ma daħalx fil-mertu ta' x'sehem għandu jkollhom il-kunsilli lokali fix-xogħol ta' l-iskejjel tal-Gvern.
Pulizija — Każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account
Question
Minħabba l-inkonvenjenza fil-każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account, tista' sseħħ emenda fil-kodiċi ċivili sabiex fil-każ imsemmi fuq, il-joint account ma jinżammx?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se toħroġ it-tender sabiex isir id-drenaġġ fi Triq Xrob l-Għaġin, fiż-Żejtun?
Meta hu maħsub li jsir dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tender sabiex isir id-drenaġġ fi Triq Xrob l-Għaġin, Żejtun ħarġet u għalqet. Din qiegħda f'fażi ta' aġġudikazzjoni. Hekk kif din it-tender tiġi aġġudikata, ix-xogħol ikun jista' jinbeda.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-bajja ta' San Tumas fiż-Żejtun minħabba li dan l-aħħar inqalgħet u allura tinsab fi stat ħażin ħafna, b'tali mod li trid issir mill-ġdid?
Response (GALEA, ĊENSU)
M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal -Mistoqsija Parlamentari nru. 38567.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq uniformijiet, raincoats u aċċessorji oħra ta' l-uniformi tal-pulizija fl-2002?
Jikkonferma li għad hemm pulizija li għad ma ngħatawx raincoats u lembubi fost affarijiet oħra? Meta hu maħsub li dawn jingħatawlhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra il-Korp tal-Pulizija nefaq is-somma ta` Lm128,934 fuq uniformijiet, ilbies protettiv u aċċessorji oħra ta` l-uniformi. Dwar ir-raincoats, ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38355, filwaqt illi dwar il-lembubi ninsab infurmat illi dawn qed ikunu mqassma, issa li waslet il-konsenja tagħhom.
Issa li se jibda l-kors fl-Universita' ta' l-ispetturi ġodda tal-pulizija, jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux dawk kollha li għaddew intgħażlu għall-kors? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista fl-ordni tal-mertu ta' dawk kollha li għaddew mill-eżami, interviews, eċċ? Jista' jgħid ukoll liema huma l-membri fil-korp bir-rank tagħhom? X'inhi l-eta' ta' kull wieħed u kemm minnhom huma nisa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mhux l-applikanti kollha li għaddew mill-intervista għall-post ta` Spettur fil-Korp tal-Pulizija ġew mitluba jibdew il-kors fl-Universita`, għax ma kienx hemm vakanzi biżżejjed. Dan kien stipulat fis-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-25 ta` Ġunju 2002. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bit-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant fl-aħħar tlett partijiet tal-Mistoqsija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul Jannar, 2003 kemm kien hemm nies - nisa u rġiel separatament - li fittxew l-għajnuna tad-Detox għall-ewwel darba minħabba l-abbuż tad-droga? X'inhi l-iżgħar u l-akbar eta' f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.