Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37050 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Servizzi Ċivili — Friża fuq l-arrettrati

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li ffriża l-arretrati ta' tlett snin tal-ħaddiema tal-Gvern? X'inhi r-raġuni ta' dan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma ffriża ebda arretrati tal-ħaddiema tal-Gvern.
Leg 9 PQ #37051 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Żabbar Road, Tiswija ta' bankina

Question

Jista' il-Ministru jara li tissewwa bankina quddiem familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress li ħafna mill-pedestrian qed ikunu f'riskju li jweġġgħu, u qed iżomm ħafna ilma fiha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-manutenzjoni tal-bankina indikata mill-Onor. Interpellant hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali u għalhekk l-Awtorita' dwar it-Trasport għaddiet l-informazzjoni lill-Kunsill.
Leg 9 PQ #37052 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Reġistru ta' l-Artjiet — VRP - Overtime

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk impjegati tar-reġistru ta' l-artijiet humiex jaħdmu xogħol overtime ma' l-uffiċċju tal-Valletta Rehabilitation Project? Kif saret id-deċiżjoni sabiex isir dan l-overtime meta dawn iż-żewġ dipartimenti huma fir-responsabbilita` ta' ministri differenti? B'liema mod ġew magħżula l-persuni għal dawn l-overtime meta ma nħarġet l-ebda ċirkolari għal dan ix-xogħol bħal ma nħarġet ċirkolari fil-każ ta' l-identity cards?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi nies tekniċi mir-Reġistru ta` l-Artijiet qed iħejju l-pjanti ta` proprjeta` in konnessjoni ma` skema ta` reġistrazzjoni volontarja ta` proprjeta` fil-Belt, Floriana, Birgu, Bormla u Isla. Din l-iskema kienet imnedija bħala proġett, bi sħab, bejn ir-Reġistru ta` l-Artijiet u l-Valletta Rehabilition Project.

Sistema GIS

Question

B'riferenza għall-installazjoni tas-sistema GIS fid-diviżjoni tax-xogħolijiet, jista' l-Ministru jgħid liema dipartimenti qegħdin japplikaw din is-sistema? Min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fuq din is-sistema? Sar overtime fuq dan ix-xogħol u jekk fl-affermattiv kemm sar overtime?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-sistema tal-G.I.S. qed titħaddem fil-Unit tar-Restawr fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u fil-preżent hemm żewġ persuni li qegħdin jaħdmu fuq din is-sistema. B'kollox saru 120 siegħa overtime f'perjodu ta' tlett xhur u nofs, matul is-sajf li għadda.
Leg 9 PQ #37054 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Privatizzazzjoni — Land Registry Certification System

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan sabiex is-sistema tal-Land Registry Certification System tiġi privatizzata? Jekk fl-affermattiv din is-sistema se titħaddem mill-kumpanija Eureka?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma hemm ebda pjan li l-Land Registry Certification System tiġi privatizzata.
Leg 9 PQ #37055 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

ALE — Nassaba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni liċenzjati bħala nassaba qegħdin jiġu konfrontati mill-ALE għas-sempliċi raġuni li jkollhom persuni ħbieb tagħhom fil-kumpanija tagħhom waqt li jkunu qegħdin jonsbu fid-dura tagħhom? Għaliex meta persuna liċenzjata tħalli l-post ta' l-insib tagħha għal ftit minuti, qiegħda tiġi konfrontata mill-ALE, il-persuna li tħalli għassa minflokha u f'każi ġew ikkonfiskati x-xbieki kif ukoll l-għasafar? Kemm kien hemm każijiet bħal dawn f'din l-aħħar sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond ir-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ, hija meħtieġa liċenzja sabiex wieħed jonsob. Parti mid-dmir u dover tat-Taqsima tal-Administrative Law Enforcement tal-Korp tal-Pulizija huwa li tara li dawn ir-Regolamenti jiġu osservati. Huwa għalhekk li membri ta` din it-Taqsima jagħmlu spezzjonijiet fejn ikun qed isir l-insib u fejn ikun il-każ tieħu l-passi skond il-liġi. Infurmat ukoll illi matul din is-sena kien hemm 14-il persuna li tressqu l-Qorti akkużati li kienu qed jonsbu mingħajr liċenzja.

Self — Xiri ta' maisonettes

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-każ ta' persuna li tkun ħadet self mingħajr sussidju għal xiri ta' maisonette tal-Gvern minħabba li ma tkunx tibbenefika għax ikollha paga li taqbeż il-limitu, f'każ li ċ-ċirkostanzi tal-persuna jinbidlu u l-paga tonqsilha b'mod li tiġi tibbenefika, tista' din il-persuna tapplika għall-sussidju fuq is-self tal-loan wara li jkun sar il-kuntratt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċjarji li jixtru maisonette jew appartament li d-dħul annwali tagħhom jaqbeż Lm6,000 lira fis-sena ma jingħatawx sussidju fuq self. Il-benefiċċjarji jerġgħu jiġu assessjati wara l-ewwel ħames snin u mbagħad wara kull tlett snin. Jekk id-dħul tagħhom ikun inqas minn Lm6,000 huma jkunu ntitolati għal sussidju fuq is-self skond it-tabella ndikata fl-Avviż Legali relattiv.
Leg 9 PQ #37057 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Barranin jaħdmu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni barranin li nstabu jaħdmu Malta u tkeċċew minn pajjiżna fl-aħħar 4 snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1998 1999 2000 2001 2002* 40 47 53 29 14 *sal-31.10.02

Infiq ta' flus — Embalishments Projects

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq embelishment projects f'areas turistiċi mill-1999 sal-lum, kull sena u kull lokalita' separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34084 (Seduta 755), inżid illi n-nefqa għas-sena 2002 (sa l-aħħar ta' Ottubru) hija kif ġej: Sliema Lm239,952. San Ġiljan Lm351,736. Buġibba/Qawra Lm 2,034. Marsascala Lm 9,663. Birżebbuġia Lm 17,001. Marsaxlokk Lm 16,506. Xgħajra Lm 500.
Leg 9 PQ #37059 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Barranin jaħdmu Malta illegalment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'organizzazzjoni teżisti bħala administrative law enforcement sabiex iffittxu ħaddiema barranin li qegħdin jaħdmu illegalment f'Malta? Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni lill-Kamra x'koperazzjoni hemm bejn id-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni, l-Pulizija u l-ETC sabiex dawk li m'għandhomx dritt jaħdmu Malta u qegħdin jieħdu ħobż il-Maltin jiġu mfittxija bl-akbar mod intensiv u jitkeċċew mill-pajjiż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minbarra r-raids li l-Pulizija tagħmel minn żmien għal żmien, membri mit-Taqsima ta` l-Immigrazzjoni, regolarment jassistu lil enforcement officers ta` l-ETC fi spezzjonijiet fuq lantijiet tax-xogħol għal persuni ta` nazzjonalita` barranija li jistgħu jkunu qed jaħdmu llegalment.
Leg 9 PQ #37060 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Transfer ta' Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm il-MPO milli tagħti l-approvazzjoni tagħha sabiex persuni li kienu fis-servizz ċivili li ġew trasferiti għal MEPA u f'din l-azjenda jista' jkunu żejda, ma' jiġux trasferiti mill-ġdid f'dipartiment li hemm verament bżonnhom minħabba l-ispeċjalita` tax-xogħol tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Talbiet li jsiru minn haddiema li huma ‘detailed’ ma’ Awtoritajiet jew Korporazzjonijiet ghal trasfiment lura fis-Servizz Pubbliku jigu kkunsidrati fuq il-meriti taghhom u skond il-htigijiet tas-Servizz.

Culverts — Infiq ta' flus

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus għal bini ta' culverts mill-1999 sal-lum kull sena separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mill-1999 sa l-2002 (21 ta' Novembru 2002) intefqu dawn il-flus għal bini ta' culverts: SENA NEFQA 1999 Lm 41,204. 2000 Lm102,591. 2001 Lm 57,938. 2002 Lm 4,825.
Leg 9 PQ #37067 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Fgura — Triq il-Karmelitani - Tiswija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li triq il-Karmelitani Fgura il-parti ta' fuq ta' ħdejn il-knisja tingħata t-tarmac wara li dan l-aħħar saru xi xogħlijiet u tħaffir fiha?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma taf l-Onorevoli Interpellanta, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed tirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #37069 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diploma Nursing — Trasport

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 36904 u cioe' li jara li jiġi pprovdut trasport għall-istudenti li l-eta tagħhom tibda minn 17-il sena u li qed jieħdu d-diploma nursing first year, u li parti mit-tagħlim se jkun prattika fl-isptar bħala nursing practice (jibda 2nd December) u jispiċċaw f'ħinijiet diffiċli ġieli tard f'nofs il-lejl, u oħrajn jibdew fis-6.00am fejn dak il-ħin it-trasport ma jkunx provdut?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn din is-sena l-amministrazzjoni ta' l-IHC dehrilha illi għandu jiżdied shift ieħor meta jkun qed isir il-prattiku fil-wards sabiex l-istudenti jinqasmu fi gruppi żgħar, u dan għall-ġid ta' l-istudenti nfushom, tal-pazjenti u tal-lecturers. Qatt ma kienet il-prattika fl-Universita` in ġenerali, jew fl-IHC b'mod partikolari, illi tipprovdi trasport lill-istudenti. Meta nħasset il-ħtieġa li jkun organizzat it-trasport minħabba diffikulta` ta' ħinijiet, dan sar fuq inizjattiva ta' l-istudenti nfushom.
Leg 9 PQ #37077 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Discos — Ħsejjes

Question

B'referenza għal mistoqisja parlamentari numru 37000, jista' il-Ministru jikkonsidra li fil-ħruġ ta'permessi għal-discos ikun hemm il-kundizzjoni dwar kemm għandu jkun għoli l-volum tal-mużika biex ma tagħmilx ħsara awdita lil dawk preżenti u ma tkunx ta' l-istess ħsara u ta' inkonvenjenza għal min ikun fil-viċinanza?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien infurmat li l-kriterji stabbiliti mill-Awtorita’ tat-Turiżmu jitfasslu wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jieħdu in kunsiderazzjoni l-volum tal-mużika biex ma tagħmilx ħsara jew tikkaġuna nkonvenjent għall-ġirien.
Leg 9 PQ #37078 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-artijiet — Kiri ta' siti

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 36913 id-Dipartiment ta' l-Artijiet jaċċetta l-fatt li prorjeta pubblika tiġi amministrata minn individwi mingħajr l-ebda titolu ta' kirja?

Response (BORG, TONIO)

Id-Dipartiment tal-Artijiet ma jaċċettax il-fatt li proprjeta` pubblika tiġi amministrata minn individwi mingħajr l-ebda titolu ta` kirja. Minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tal-Artijiet jirriżulta illi fi Sqaq Manoel u fi Triq Sciortino, Ħaż Żebbuġ, il-Kunsill Lokali għamel xogħol ta` embellishment u qiegħed jieħu ħsiebu. Fi Triq il-Poeta Nazzjonali, is-sid tal-Paradott Wedding Hall għamel xogħol ta` embellishment fit-traffic island ta` quddiemu u qiegħed jieħu ħsiebha. Dan ta` l-aħħar ġie mitlub jagħmel it-talba tiegħu sabiex jingħata permess. Ma naħsibx li dan ifisser li b`daqshekk xi ħadd minn dawn qiegħed jamministra proprjeta` pubblika mingħajr ebda titolu.

Valletta — Forti Sant'Iermu

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex jingħalaq il-bieb tal-Forti Sant'Iermu, il-Belt sabiex jonqsu l-abbużi li allegatament qegħdin isiru hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-bieb li jagħti għal parti t`isfel tal-Forti Sant`Iermu jinżamm miftuħ, peress li jintuża kontinwament minn nies li għandhom permess mid-Dipartiment tal-Kultura biex jokkupaw il-Forti biex jibnu l-floats tal-Karnival. Infurmat ukoll illi d-dħul għal dik il-parti tal-forti li qegħda f`idejn il-Pulizija jkun ikkontrollat minn membru tal-Korp.

Furjana — Latrina pubblika

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex il-latrina pubblika fix-xagħra tal-Furjana terġa' tinfetaħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat peress li l-xagħra tal-Furjana li fiha tinsab il-latrina pubblika ma taqax fil-kompetenza tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #37081 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gżira — Triq Manche'

Question

Tista' l-korporazzjoni enemalta tieħu passi biex quddiem 50 C, Manche' Str, Gżira titwaħħal bozza li ddawwal aktar minn dik li hemm bħalissa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lampa msemmija hija fir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tal-Gżira u għaldaqstant it-talba għandha ssir lilu.

Djar — Każ ta' housing

Question

B'referenza għall-housing case no. 13879 dwar il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar il-każ li ilu pendenti madwar sentejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-każ tagħhom qed ikun ikkunsidrat flimkien ma' oħrajn bħalu.