Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36850 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Acrylamide — Livelli fl-ikel

Question

B'referenza għall-mistoqsija numru 34638 jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-kwestjoni tal-livelli aċċettabbli ta' Acrylamide? It-tfal huma safe jew hemm xi etajiet li jridu jiġu osservati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni dwar is-Sigurta` fl-Ikel qed tkompli ssegwi l-iżviluppi f'dan il-każ, b'mod partikolari l-istudji li qed isiru fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Awtorita` Ewropea dwar is-Sigurta` fl-Ikel (EFSA). Bl-informazzjoni li teżisti bħalissa, wieħed ma jistax jasal għal konklużjoni dwar livelli aċċettabbli ta` acrylamide.
Leg 9 PQ #36901 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Dawl fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li fil-fatt tinxtegħel triq il-Birwina il-Mellieħa peress li twaħħlu l-bozoz u għadha ma nxtegħlitx?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol li kien meħtieġ tlesta u fil-fatt it-triq imsemmija tinsab mixgħula.
Leg 9 PQ #36950 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Istat — Bdil ta' uniformi

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36672?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Misotqsija Palramentari Numru 36854 ta' l-istess Onor. Membru.
Leg 9 PQ #36952 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Proġett

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36678?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Breakdown ta' l-ispejjeż involuti fil-proġett ta' l-entratura tal-Marsa hija kif se nsemmi: Xogħol Ammont Lm Concrete Works 1,660.50 Concretor 917.49 Breaking and excavation works 2,926.58 Construction works 14,172.14 Manholes 626.91 Floor an wall tiles 1,455.75 Mild steel railing 450.00 Electical and Plumbing 2,908.50 Aluminium apertures 509.00 External works 47,249.19 Variations 3,269.55 V.A.T. 11,421.83
Leg 9 PQ #36953 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Arretrati lid-Dipartiment tal-Vat

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36679?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-arretrati li kienu dovuti lid-Dipartiment tal-VAT kienu jammontaw għal Lm1861.63. Dawn kienu mqassmin hekk: Mill-1 ta' Marzu 2000 sal-31 ta' Mejju 2000 - Lm 919.58 Mill-1 ta' Ġunju 2000 sal-31 ta' Awissu 2000 - Lm1012.33 Return sa' l-aħħar ta' Settembru 2000 - Lm (70.28)
Leg 9 PQ #36954 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Tqassim ta' siringi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu siringi b'xejn minn kull ċentru tas-Saħħa separatament din is-sena s'issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dawn huma in-numru ta` siringi li tqassmu miċ-Ċentru tas-Saħħa din is-sena: FLORIANA 53,806 QORMI 34,162 GŻ IRA 62,690 PAOLA 114,380 MOSTA 51,105 RABAT 7,317 COSPICUA 12,500 LUQA 20,200 B'KARA 21,200
Leg 9 PQ #36955 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Tqassim ta' siringi

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta jingħataw siring b'xejn isirux xi kalkoli kemm minn dawn jingħataw lil min jabbuża mid-droga? Kemm huwa kkalkulat li jingħataw lil min isofri mid-diabete jew xi marda oħra li għaliha jridu jużaw siringi? Jista' jagħti l-figuri għal din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jinżamm rekord ta` kemm jitqassmu siringi fiċ-ċentri tas-saħħa u fl-ispiżeriji. Dawn huma in-numru ta` siringi li tqassmu lil dawk li jabbużaw mid-droga din is-sena: XAHAR FLORIANA QORMI GŻ IRA PAOLA COSPICUA MOSTA RABAT Jannar 1900 714 3025 3800 800 1319 581 Frar 1590 781 3115 3380 700 1315 265 Marzu 2000 724 3310 4200 700 1843 589 April 1900 995 3215 4200 1300 2063 778 Mejju 1500 1648 3300 5000 1700 2025 921 Ġ unju 3900 1365 3310 5300 900 1726 811 Lulju 4300 1669 3330 5600 1900 1373 944 Awwissu 4800 1328 3325 6400 1400 2228 841 Settembru 3232 1313 3335 5600 1500 1291 759 Ottubru 3484 1385 3225 4900 1600 1272 828 Is-siringi li tqassmu fl-ispiżeriji tal-Gvern għan-nies li jbatu mid-dijabete mill-1 ta` Jannar sal-lum huma: SPIŻ ERIJA Ammont GŻ IRA 30,200 QORMI 22,240 FLORIANA 25,200 LUQA 20,200 MOSTA 34,650 B'KARA 21,200 PAOLA 66,000

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fhiex wasal ix-xogħol fuq il-lift ta' block A4, Ta' Xbiex HE, minħabba l-problema ta' l-ilmijiet li feġġet fis-shaft tal-lift?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-kostruzzjoni tal-lift shaft fil-post indikat qed jitkompla minkejja l-problema msemmija mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li, wara li ġie kkonfermat li l-ilma mhux ġej minn katusi fil-blokk, il-problema ser tiġi ndirizzata billi tiġi nstallata pompa fix-shaft biex l-ilma li jinġabar jitneħħa.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid tistax tingħata attenzjoni lill-każ ta' housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jinbagħtu separatament li l-applikazzjoni tagħha ġiet acknowledged nhar il-1.11.02 mid-dipartiment ta' akkomodazzjoni soċjali u li nħarġitilha riċevuta proviżjora sakemm jinħarġilha ir-reference numbers? Jista' dan il-każ jingħata prijorita` minħabba raġunijiet mediċi u umanitarji on file?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi il-każ qed jiġi nvestigat u kkunsidrat.

Tarxien — Triq Joseph Burlo - Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jixtarr l-possibbilita` li ssir sleeping policeman fi Triq Joseph Burlo, Tarxien minħabba l-ispeed eċċesiv li bih qed jgħaddu l-vetturi issa li t-triq ġiet asfaltata b'mod tajjeb immens?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex tikkunsidra x' l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #37027 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Tindif ta' Plot — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex il-plot mitluq fit-tarf ta' Triq Ninu Cremona f'Paola (quddiem iċ-ċimiterju ta' l-Addolorata) jiġi mnaddaf mill-ġrieden kbar u perikolużi li qed jgħixu fih.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li wara spezzjoni li saret fil-post indikat, għalkemm ma rriżultax li hemm akkumulu ta` materjal organiku iżda akkumulu ta` xi materjal tal-bini, xorta saru tentattivi sabiex jinstab is-sid ta` din il-biċċa art. S'issa minn investigazzjonijiet, anke` mal-ġirien, għadu ma ġiex identifikat min hu s-sid. Dan id-dipartiment ser jibqa` jinvestiga l-każ. Rigward il-ġrieden, ħaddiema mis-sezzjoni tal-'Pest Control', fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu fil-lok indikat fil-21 ta` Novembru 2002. Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi kkontrollata.
Leg 9 PQ #37028 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi nstallata bozza tad-dawl fit-tarf ta' Triq il-Vittmi tal-Gwerra, f'Ħal Tarxien, eżatt fejn hemm entratura ta' għexieren ta' garages u fejn allura hemm dlam ċappa.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li fil-post imsemmi hemm dawl adekwat.
Leg 9 PQ #37029 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Local Plans

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jkunu lesti l-local plans għan-naħa t'isfel ta' Malta partikolarment fl-inħawi ta' Ħaż-Żabbar? Jikkonferma l-Ministru li m'għadhiex reali id-data ta' l-aħħar ta' din is-sena kif kien imħabbar aktar qabel?

Response (BORG, TONIO)

Hu maħsub li l-pjan lokali għan-Nofsinhar ta` Malta joħroġ għal konsultazzjoni pubblika għal ħabta ta` Marzu 2003.
Leg 9 PQ #37030 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta tara li ssir imqar bozza oħra fi Triq l-Arzell, Wied il-Għajn għax din it-triq minkejja li hi kollha abitata għadha mudlama ħafna? Jista' l-Ministru jinformani x'inhi r-raġuni li s'issa minkejja diversi talbiet l-Enemalta baqgħet qatt ma għamlet imqar bozza oħra f'din it-triq.

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #37031 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta University Services — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali mis-settur pubbliku li jaħdmu bħala konsulenti mal-Malta University Services fil-qasam ta' studju ambjentali u Environment Impact Assessments rispettivament.

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Malta University Services Ltd toffri konsulenza f'diversi oqsma, u sabiex twettaq din il-ħidma tirrikorri għal esperti sabiex tkun tista' tagħti l-aħjar servizz possibli. F'din l-aħħar sena l-MUS talbet is-servizzi ta' konsulenza minn tliet persuni li huma uffiċjali fis-settur pubbliku. Din il-konsulenza ingħatat fl-oqsma ta' (i) l-agrokoltura, (ii) saħħa ambjentali u (iii) maniġjar ta' l-iskart.
Leg 9 PQ #37032 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — IT Section

Question

Jista' il-Ministru jgħid min awtorizza lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li jaħdem fi ħdan il-MEPA, biex jagħti struzzjonijiet lill-IT Section biex jittappjaw ċerti ndividwi u ħaddiema tal-MEPA u jiċċekkjawlhom l-e-mails tagħhom.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fuq rapport anonimu minn persuna li ddikjara li hu missier ta` persuna impjegata fi ħdan il-MEPA u li semma li ċerti persuni speċifiċi kienu qed jibgħatu e-mails b`kontenut li joffendi l-morali pubblika, il-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant personalment iċċekja e-mails ta` dawn in-nies u irriżulta li kien hemm min kien bagħat materjal li seta` jiġi ikkunsidrat offensiv. In-nies involuti ġew mogħtija 'warning' skond il-provvedimenti dixxiplinari tal-Awtorita`. Dan bl-ebda mod ma jista` jiġi kkunsidrat bħala tapping kif allegat mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #37033 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Shipyard privata — Dispersant għal kontra ż-żejt

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li shipyard privata kienet ingħatat kuntratt dirett ta' eluf ta' liri mingħajr ma nħareġ tender biex jiġi maħżun id-dispersant għal kontra ż-żejt u dan baqa' fis-seħħ sal-lum? X'passi dixxiplinarji ttieħdu u x'passi oħra tttieħdu mid-dipartiment tal-finanzi f'dan ir-rigward? Kemm ilu li skada dan id-dispersant? Veru li l-poplu kien qed iħallas għall-ħażna ta' dispersant skadut? X'ġara minn dan id-dispersant u jekk intrema fejn ġie mitfugh?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru tar-Riżorsi u Infrastruttura.

Djar — Skemi ta' l-Awtorita' tad-Djar - Għajnuna Finanzjarja

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-aktar ammont ta' finanzi li ngħataw il-familji li ħadu dar bl-iskema ta' l-Awtorita' tad-djar b'kull skema? X'kien l-anqas ammont? Jista' jagħti din l-informazzjoni mill-1999 sal-lum sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull familja li tibbenefika minn Dar/Appartament/maisonette minn għand l-Awtorita' tad-Djar ma tingħatax għotja finanzjarja iżda tingħata sussidju li jammonta għal 33 fil-mija tal-prezz kummerċjali tal-fond akkwistat. Dawn il-familji jingħataw ukoll sussidju fuq ir-rata ta' l-imgħax skond id-dħul tagħhom. Min ma jieħux self issussidjat jingħata 10% discount fuq il-prezz sussidjat. Mis-sena 1999 sallum, l-Awtorita' tad-Djar tagħat is-segwenti sussidji fuq il-prezz kummerċjali ta' fondi: 1999 Lm 1,233,064 2000 Lm 649,509 2001 Lm 623,526 2002 Lm 1,545,901 Barra mill-appartamenti li tibni l-Awtorita' tad-Djar sabiex jinbiegħu bi press sussidjat, mis-sena 1999 l-Awtorita' bniet appartamenti sabiex dawn jiġu trasferiti lid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali biex jingħataw b'titolu ta' kera lill-persuni fuq il-lista tad-Dipartiment li m'għandhomx il-meżżi neċessarji biex jixtru appartament/maisonette bi prezz sussidjat. S'issa l-Awtorita' tad-Djar għaddiet lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali 150 appartament biex jingħataw b'titolu ta' kera.