X'inhi r-raġuni li proprjeta' privata qiegħda tinżamm mill-MDC fl-ex Jablo Factory Ħal Luqa (31 Industrial Estate)? Fuq min kienet din il-fabbrika qabel ma għalqet? X'inhu l-ammont ta' ħlasijiet ta' kera li hemm pendenti fuqha? X'inhi r-raġuni li din il-fabbrika qiegħda tinżamm magħluqa meta hemm tant ħtieġa ta' lokalitajiet bħal dawn għal dawk l-industrijalisti li qegħdin ifittxu areas għall-produzzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minħabba l-provvedimenti tal-Business Promotion Act, Kapitlu 325 tal-Liġijiet ta' Malta, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 36654, jista' l-Ministru jgħid jekk għall-Immunology Analyser fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin intalbux offerti oħrajn barra dik ta' Vivian Corporation? Jekk iva, ta' min kienu u kemm kien il-prezz ikkwotat? Jekk le, x'inhuma r-raġunijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn ħames ditti lokali li intalbu jagħmlu offerti għal Immunology Analyser, kienu biss żewġ kumpaniji li irriżulta li setgħu jisuplixxu din il-magna. Dawn kienu Vivian Corporation u Cherubino Ltd. Il-prezz ikkwotat kien ta` Lm19,435 u ta` Lm19,095 rispettivament. Madanakollu l-offerta ta` Cherubino Ltd kienet tispeċifika li l-ordni għar-reagents biex titħaddem din il-magna trid tkun għal sena, bil-konsegwenza li ħafna minn dawn ir-reagents jiġu expired wara sitt xhur. Dan iż-żmien huwa il-ħajja normali ta` dawn ir-reagents.
L-offerta ta` Vivian Corporation ma kinetx tispeċifika ammont li kellu jiġi ordnat u għalhekk seta` jinxtara ammont ta` reagents fi kwantitajiet żgħar.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentri numru 36654, jista' l-Ministru jgħid jekk għar-re-configuration of locks fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin intalbux offerti oħrajn barra dik ta' Messrs. Philip Toledo? Jekk iva, ta' min kienu u kemm kien il-prezz ikkwotat? Jekk le, x'inhuma r-raġunijiet? Jista' l-Ministru jgħid għaliex saret ir-re-configuration tal-locks bi spiża ta' Lm 7,417 meta ftit żmien qabel inxtrat sistema ta' katnazzi bil-prezz ta' Lm 6,537.16? Jista' l-Ministru jispjega kif ir-re-configuration tal-locks tiswa aktar mis-sistema ta' katnazzi? Jista' l-Ministru jiġġustifika nefqa ta' kważi Lm 14,000 fuq sistema ta' katnazzi u re-configuration tal-locks?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għar-re-configuration of locks ma intalbet ebda offerta. Dan għaliex dan ix-xogħol kien ta tibdil minn partijiet ta` locks diġa` imwaħħla u mhux tibdil ta` locks f`oħrajn ġodda. Għaldaqstant bilfors kellhom jinġiebu il-partijiet neċessarji mill-istess ditta li forniet is-serraturi oriġinarjament.
Fir-rigward tas-sistemi ta` katnazzi u serraturi ninsab infurmat illi dawn ma għandhom x`jaqsmu xejn ma` xulxin. Il-katnazzi jintużaw fiċ-ċelel, filwaqt li s-serraturi jintużaw għal bibien l-oħra tal-ħabs. Il-katnazzi l-ġodda eliminaw l-użu ta` madwar 200 ċavetta differenti, għax bis-sistema l-ġdida in-numru ta` ċwievet hu ta` 20.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 36654, jista' l-Ministru jispjega għaliex għas-sistema ta' audio recording system bi spiża ta' Lm 8295 il-kuntratt ħareġ b'tender filwaqt li għall-immunology analyser bi spiża ta' Lm 19,435 il-kuntratt ħareġ b'direct order?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi filwaqt li għas-sistema ta` audio recording system seta jinħareġ Tender, minn naħa l-oħra ma setax jinħareġ Tender għall-Immunology Analyser. Dan peress li dan l-apparat jiġi utilizat bilfors skond ir-regolamenti tal-Ħabs. L-awtoritajiet tal-Ħabs ġew infurmati mill-manifatturi tal-magna li kienet qed tintuża li ma kienux ser ikomplu jipprovdu reagents, consumables u spare parts u għalhekk il-magna ma setgħetx tintuża aktar. Kien għalhekk l-urġenza li tinħareġ din id-direct order.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 36654 u billi l-approvazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi tingħata biss wara li d-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi jkun għamel l-għażla tal-kumpanniji, jista' l-Ministru jgħid min mid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi kien jew kienu responsabbli mill-għażliet tal-kumpanniji li saru fil-każ tad-direct order ta' l-immunology analyser u tar-re-configuration of locks?
Response (BORG, TONIO)
Fir-rigward ta` Re-Configuration of locks nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37116.
Fir-rigward ta` Immunology Analyser kien ġie ikkunsultat il-Professur Richard Muscat li huwa il-Head of Neuro Science & Faculty of Medicine & Surgery ta` l-Universita` ta` Malta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Karozzi ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma inxtraw ebda karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi matul dawn l-aħħar sena u nofs.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Karozzi ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?
Response (BORG, JOE)
B'risposta għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant, qed nagħti l-informazzjoni mitluba kif tidher hawn taħt:
Sezzjoni
Marka
Prezz
Segretarju Permanenti
Ford Focus
LM6,322.00
Direttur Servizzi Korporattivi
Citroen Xsara
LM4,480.00
Ambaxxatur, Brussels
Mercedes E240
LM13,583.00*
Ambaxxatur, Copenhagen
Volvo
LM10,458.00
Ambaxxatur, The Hague
Volvo S80
LM11,808.63
Ambaxxatur, New York
Cadillac Deville
LM17,878.00
Ambaxxatur, Washington
Cadillac
LM17,742.42
*L-Ambaxxatur għadu ma ħax pussess tal-karozza għax għad iridu jiġu pprovduti n-numru tagħha.
Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura — Karozzi ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
MARKA VALUR TINTUŻA MINN
VW Passat Lm11,500. Chairman - M.R.A.
Ford Focus Lm 7,000. Director - W.M.S.I.D.
Renault Megane Lm 5,525. Director - Office of Review
VW Polo Passat Lm 7,000. ex-Director - Finance & Administration
Renault Megane Lm 5,535. Director - Finance & Administration
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Sptar San Luqa — Pazjenti fi stat ta' koma irriversibbli
Question
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra mill-1990 sa l-2002 kemm kien hemm u kemm hemm illum persuni li qegħdin fi stat ta' koma irriversibbli rikoverati fl-Isptar San Luqa u huwiex possibli li dawn jiġu indikati sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema xogħol u kemm spejjeż huwa previst li jsir bl-għajnuna ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur, il-Birgu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm fir-relazzjonijiet ta' pajjiżna maċ-Ċina f'dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu u jista' jinforma lill-Kamra wkoll kemm hemm gwidi liċenzjati fid-djaletti u lingwi Ċiniżi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm fir-relazzjonijiet ta' pajjiżna maċ-Ċina senjatament minn dak li kienu r-riżultati ta' l-aħħar żjara tiegħu fiċ-Ċina?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fil-laqghat li kelli mal-President tar-Repubblika Popolari tac-Cina, mal-Prim Ministru, mas-Sindki ta’ Shanghai u ta’ Suzhou u mad-Deputat Gvernatur tal-Provincja ta’ Zhang Su iddiskutejt il-possibilità li jitkattru l-kuntatti u l-koperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi b’mod partikolari bl-uzu tal-facilitajiet tat-tarznari u tat-“transhipment” f’Malta.
Indirizzajt zewg “Business Fora” f’Beijing u Shanghai fejn heggejt kumpaniji Cinizi juzaw Malta bhala bazi li minnha jkunu jistghu jilhqu swieq fl-Ewropa, L-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani.
Malta iffirmat zewg Ftehim ta’ Koperazzjoni mal-Gvern Ciniz, wiehed fil-qasam ta’ l-Edukazzjoni u l-iehor fil-qasam tax-Xjenza u Teknologija.
Il-Gvern Ciniz wera l-apprezzament tieghu li Malta ser tivvota favur il-kandidatura ta’ Shanghai biex tospita l-World Expo 2010.
Jista' il-Ministru jgħid xi spiża ntefqet biex saret ir-rampa l-ġdida (loading bay) fil-Maltapost, kemm ilha li saret u jekk hux minnu li din se terġa' tinqala' u ssir mill-ġdid?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha karozzi l-Maltapost għall-management tal-kumpannija, x'tip ta' karozzi huma, b'kemm u meta nxtraw u x'inhi l-average daily running cost expenses tagħhom, inkluż kemm jintefaq bħala fuel consumption?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża involuta biex saru uffiċini ġodda u strutturi ġodda fil-Maltapost? Ħarġu tenders għal dan ix-xogħol speċjalment in konnessjoni ma xogħol ta' aluminium? Jekk fl-affermattiv, x'kienu u lil min ġew ġġudikati? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-klawsola bejn il-Maltapost u t-Transend, dawn ta' l-aħħar huma marbutin biex iġibu investiment barrani lejn pajjiżna? Jekk din il-kumpannija ma tattwahx dan il-ftehim, huma se jissostitwixxu xi telf li jista' jirriżulta biex ma jsirx tnaqqis fil-workforce?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lil-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qed joħroġ finanzi l-Gvern għall malta airtraffic service, MATS, f'dawn l-aħħar 11-il xahar minn mindu ffirmat il-kumpannija? Fxiex kienu dawn l-ispejjeż?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Malta Air Traffic Services Limited ġiet imwaqqfa f'Marzu tas-sena l-oħra u bdiet l-operat tagħha fl-1 ta' Jannar 2002. Fil-bidu ta' din is-sena il-Gvern ħareġ miljun lira Share Capital bħala parti mix-xiri tar-radar. Il-Gvern ma ħareġ l-ebda finanzi għall-operat tal-kumpanija.