Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36978 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Kumpanniji Maltin ibbojkottjali minn pajjiżi Għarab

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36671 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi ma għandu l-ebda informazzjoni li xi kumpaniji Maltin qed jiġu bbojkottjati mill-pajjiżi Għarab għax għandhom kuntatti kummerċjali ma' Israel.
Leg 9 PQ #36983 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Xogħlijiet fuq il-korsa

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36680?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif diġa' għidt fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36137 il-proġetti ta' natura rikorrenti jinkludu xogħlijiet li jsiru regolarment. Madankollu l-ikbar spiża dejjem tkun it-tibdil tal-wiċċ tar-ramel tal-korsa li din is-sena se tlaħħaq madwar Lm15,000. Fil-fatt in-nefqa rikorrenti totali għas-sena li għalqet f'Ġunju 2001 kienet ta' Lm15,700. Din is-somma hija l-medja ta' l-infiq rikorrenti tal-Malta Racing Club Committee. Ix-xogħol tat-tibdil tal-wiċċ tal-korsa qed isir mill-kuntrattur Philip Agius bl-għajnuna ta' l-impjegati tal-Malta Racing Club. Ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' kuljum jew ġenerali isiru mill-impjegati tal-Malta Racing Club.
Leg 9 PQ #36984 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Xogħlijiet fuq il-korsa

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36681?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36137 fejn telenka numru ta' proġetti kapitali li saru u qegħdin isiru fil-korsa taż-żwiemel fil-Marsa. Dan minnu nnifsu huwa proċess ta' żvilupp ta' l-istess korsa. Wieħed ma jistax ma jinnotax it-tibdila ġenerali li saret f'dawn l-aħħar sentejn. Aktar ma jgħaddi żmien aktar l-iżvilupp konsistenti tal-korsa għandu jkompli jissodisfa lid-dilettanti ta' dan l-isport kif ukoll oħrajn li mistennija jiżdiedu.
Leg 9 PQ #37070 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — KSI

Question

Peress li fin-negozjati ma' l-UE ġie miftiehem li ċertu kimiċi fl-ilma tax-xorb iridu jiġu kontrollati b'mod li jikkonformaw mar-regolamenti ta' l-UE, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-KSI sabiex dan iseħħ? Kemm hu l-valur tax-xogħol li hemm bżonn isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37071 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Power Station ta' Delimara

Question

Peress li fin-negozjati ma' l-UE, ġie miftiehem li l-power station ta' Delimara trid tikkonforma mar-regolamenti ambjentali ta' l-UE, x'xogħolijiet hemm bżonn isiru sabiex dan iseħħ? Kemm hu stmat li jiswa x-xogħol meħtieġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Gvern Malti talab perjodu ta' transizzjoni ta' sentejn biex jikkonforma mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-emissjonijiet ta' trab u ta' N.O. mill-power station ta' Delimara. Id-direttiva relevanti, 88/609/EC, tistabbilixxi limiti għall-emissjoni ta' sulphur dioxide, N.O. u trab miċ-ċmieni tal-power stations. Minħabba s-sulphur dioxide ser jibqa jintuża żejt b'massimu ta' wieħed fil-mija kubrit. Dwar it-trab u l-N.O., il-Korporazzjoni Enemalta qed tagħmel konsultazzjonijiet u qed tistudja proposti differenti biex tilħaq dan il-għan. Għalhekk f'dan l-istadju għadu kmieni biex tingħata l-ispiża kapitali nvoluta.

Dipartiment tad-drenaġġ — Masterplan

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus mid-Dipartiment tad-drenaġġ mill-1999 sal-lum f'estenzjonijiet tad-drenaġġ u f'xogħlijiet għall-implimentazzjoni tal-masterplan kull sena separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-nefqa kapitali fuq il-proġetti tal-Master Plan tad-Drenaġġ mis-sena 1999 'l hawn huwa kif ġej: SENA NEFQA KAPITALI 1999 Lm461,241. 2000 Lm367,999. 2001 Lm539,596. 2002 Lm416,220.
Leg 9 PQ #37073 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Impjant tal-Gas

Question

Peress li fin-negozjati ma' l-UE, ġie miftiehem li l-impjant tal-gas jiġi trasferit mill-Qajjenza għal Bengħajsa, x'inhu l-valur tax-xogħol li hu stmat sabiex iseħħ din il-bidla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa stmat li l-valur tax-xogħol biex jinbena mpjant ġdid tal-gass f'Bengħajsa jlaħħaq għal madwar sitt miljun lira.

Toroq — Bini - Manutenzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-1999 sal-lum għal-bini ta' toroq arterjali, bini ta' toroq lokali, manutenzjoni ta' toroq arterjali kull sena separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq bħalissa qed jiġbor din l-informazzjoni b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36609 ta' l-istess interpellant u għalhekk l-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Traffic Management

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħtieġa li l-miżuri ta' traffic management li jittieħdu waqt xogħolijiet ta' triq ikunux apparti mid-dipartiment konċernat? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid kif id-dipartiment qatt seta' japprova sistema ta' traffic management waqt ix-xogħol li qiegħed isir fuq it-triq li tagħti mis-Salini san-Naxxar permezz ta' liema sistema, t-traffiku kollu ġie devjat għal triq fin-naħa dejqa u mħarbta ħafna b'konsegwenzi serji għas-sewwieqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn meta twaqqfu d-direttorati fl-Awtorita' dwar it-Trasport ir-responsabilita' għat-Traffic Management fuq xogħlijiet fit-toroq ġie assenjat lid-Direttorat għat-Traffic Management. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab infurmat illi hemm triq dejqa li tgħaqqad it-triq li minn Burmarrad tieħu għat-telgħa t'Alla w Ommu u t-triq mis-Salina tieħu għan-naxxar u li qed tintuża mit-traffiku mingħajr ma' din kienet intiża bħala diversion route. Fil-fatt din it-triq ser tingħalaq biex ikun jista' jgħaddi water culvert li jrid jsir f'din it-triq.
Leg 9 PQ #37137 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Karozzi ġodda

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.

Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali — Karozzi ġodda

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Birgu — Dawl tat-toroq

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm bozoz ġodda saru mill-Enemalta mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 fil-Birgu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta nstallat disgħa u tletin lampa ġdida u ħdax-il floodlight fil-Birgu matul il-perjodu li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalih.

Fgura — Dawl fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm bozoz ġodda saru mill-Enemalta mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 fil-Fgura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn l-1999 u l-15 ta' Novembru ta' din is-sena twaħħlu wieħed u sebgħin lampa ġdida fil-Fgura.

Kalkara — Dawl tat-toroq

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm bozoz ġodda saru mill-Enemalta mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 fil-Kalkara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li qed issir riferenza għalih, fil-Kalkara twaħħlu sitta u tletin lampa ġdida u għaxar floodlights.

Senglea — Dawl tat-toroq

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm bozoz ġodda saru mill-Enemalta mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 fil-Belt Senglejana?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi twaħħlu tmintax-il lampa ġdida u tmien floodlights fl-Isla.

Servizz ta' l-e-gov

Question

Jista' il-Ministru, b'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 33859 et seq, jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm mal-Kunsilli Lokali ta' Ħaż Żabbar, Senglea, Birgu, Xgħajra, Kalkara u Fgura fl-istallazzjoni u aċċess tas-servizz ta' l-e-gov, jekk hemm bżonn post b'post?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kunsilli Lokali kollha, inklużi dawk imsemmija mill-Onor. Interpellant, iffirmaw u aċċettaw ir-responsabilitajiet tal-Local Government Electronic Policy u l-Gvern issa qed jgħaddi gradwalment lill-Kunsilli Lokali s-servizzi ta` l-e-government.
Leg 9 PQ #37166 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Personal assistant taċ-chied executive — Sejħa għal-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post vakanti ta' personal assistant tac-chief executive fil-Malta investment managment co. ltd. (MIMCOL) li għalih kien hemm sejħa mill-ETC, f'Settembru li għadda, ġietx mimlija jew le? Jekk fl-affermattiv, minn min u xi kwalifiki għandu/ha l-persuna li ġiet ingaġġata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-post vakanti ta' Personal Assistant taċ-Chief Executive ġie reklamat fil-gazzetti lokali fit-22, 23 u 24 ta' Settembru wara li nħareġ il-permess relattiv mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. L-applikazzjonijiet intlaqgħu sat-30 ta' Settembru 2002. Kien hemm erbgħa u erbgħin applikazzjoni għal din il-vakanza. Dawn ġew screened u erbgħa u tletin minnhom ġew mitluba jattendu għal intervista. Minn dawn tlitt persuni ġew short listed u finalment intgħażlet is-sinjura Anne Butler. Din il-persuna, li ġiet impjegata mal-kumpanija b'seħħ mis-7 ta' Novembru 2002, hija gradwata u għandha l-esperjenza u r-rekwiżiti mitluba fis-sejħa għall-applikazzjoni.
Leg 9 PQ #37167 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Inventory Officer

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post vakanti ta' Inventory Officer fl-MCAST li għalih kien hemm sejħa pubblika f' Awissu li għadda ġietx mimlija jew le? Jekk fl-affermattiv, minn min u xi kwalifiki għandu/ha l-persuna li ġiet ingaġġata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-intervisti biex jintgħażel l-Inventory Officer fl-MCAST saru u l-post dalwaqt jimtela minn min ġie magħżul skond il-kwalifiki u l-kriterji tas-Sejħa konċernata.
Leg 9 PQ #37168 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

MTA — Senior Executive Human Resources

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post vakanti ta' Senior Executive Human Resources fil-MTA li għalih kien hemm sejħa interna f'Ottubru li għadda, ġietx mimlija jew le? Jekk fl-affermattiv, minn min u xi kwalifiki għandu/ha l-persuna li ġiet ingaġġata? Jista' jgħid ukoll min ħa din il-kariga għandux xi parentela jew jekk huwiex qarib ta' xi mpjegat jew uffiċjal fil-Ministeru?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-kariga ta’ Senior Executive HR mal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu mtliet fil-21 ta’ Ottubru, 2002. Il-kariga mtliet mis-sinjura Jacqueline St. John nee’ Cremona li għandha l-kwalifiki kollha mitluba fil-Call for Applications, ċioe’, ‘A’ level standard of education u esperjenza ta’ xogħol fil-qasam ta’ Human Resources. L-għażla biex jimtlew karigi fl-Awtorita’ ssir minn Interviewing Board kompost minn tlett uffiċċjali għolja. Peress li l-parentela hi rrelevanti għall-għażla ma jidhirlix li għandi nwieġeb għal din il-parti tal-mistoqsija.

Restawr — Mina ta' Sant Anna

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhu sejjer ix-xogħol tar-restawr fil-mina ta' Sant'Anna u jista' jiġi ndikat kemm flus huma proġettati li jintnefqu fuq dan? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li dan ikun aċċessibbli għall-pubbliku u jekk l-aċċess għat-torri ta' l-arloġġ hux ser jsir ukoll?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-Bieb ta' Sant'Anna fl-Isla issa wasal fit-tieni fażi tiegħu. Fl-ewwel fażi, ħaddiema tal-Gvern kienu nadfu s-soqfa u ppavimentawhom. Fit-tieni fażi, li se ssir minn kuntrattur, ser isir ir-restawr tal-mina kif ukoll l-inħawi tal-ġenb, se ssir sistema tad-dawl u tiġi pavimentata d-daħla tal-mina. Dan il-proġett huwa stamt li jiswa mal-Lm140,000. Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera qiegħed ukoll jistudja l-possibilta' li l-area tkun aċċessibli għall-pubbliku.