Jista' l-Ministru tat-Turiżmu jgħid għal kull belt fl-Ewropa fejn għandu uffiċju tal-NTOM, kemm jaqla' fis-sena (2002) id-direttur ta' kull uffiċċju f'salarju u allowances b'kollox?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li l-NTOM ġiet xolta b’effett mill-31 ta’ Awissu, 1999, nippreżumi li l-Onor. Membru qed jirreferi għall-uffiċini u d-diretturi ta’ l-MTA. Għalhekk, qed nagħti l-informazzjoni kif mogħtija lili mill-MTA.
Is-salarju u l-allowances, tad-diretturi ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta tat-Turiżmu huma dawn:
LM
Russja
36,341
Italja
26,759
Ingilterra
34,676
Olanda
28,240
Ġermanja
30,909
Franza
29,876
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-isport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni għanda filosofija ta' inklużjoni f'kull aspett tal-ħajja tal-persuni b'diżabilita' inkluż fl-isport. Għalhekk il-Kummissjoni dejjem insistiet u ħadmet li l-faċilitajiet kollha sportivi, l-aktar dawk li qed jinbnew preżentament ikunu aċċessibbli għal kulħadd biex hekk kulħadd, inkluż il-persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu jieħdu sehem. Hu ta' pjaċir li wieħed jgħid li dan l-impenn qed jagħti l-frott.
Il-filosofija ta' inklużjoni tgħodd l-aktar fi sport li hu maħsub għal kulħadd. Fil-każ ta' sports kompettiv, dan mhux possibbli u għalhekk, il-Kummissjoni tinkoraġġixxi li jkun hemm attivitajiet sportivi speċifikament għall-persuni b'diżabilita' imma li jkun l-eqreb possibbli għall-attivitajiet simili għall-persuni bla diżabilita'.
F'dan l-ispirtu, il-Kummissjoni ressqet proposta biex fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Zgħar li ser isiru f'Malta fis-sena 2003 ikun hemm parteċipazzjoni ta' logħob kompetittiv għall-persuni b'diżabilita'. Dan ukoll fid-dawl tal-fatt li s-sena 2003 hi s-sena Ewropea tal-Persuni b'Diżabilita'. Sfortunatamnt din il-proposta ma ġietx aċċettata mill-Kumitat Internazzjonali Organizżżattiv.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentaru numru 36682?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma nħossxi li hija etika li jingħataw id-dettalji mitluba mill-Onor. Membru. Kif jidher fl-aħħar parti tar-risposta tiegħi għad-domanda numru 36141, il-Kumitat tat-Tmexxija jimxi bi prudenza u taħt direzzjoni meqjusa fid-deċiżjonijiet tiegħu f'dan ir-rigward.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36683?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat tat-Tmexxija tal-Malta Racing Club jimxi bi strateġija li tħalli lok għal inizjattivi krejattivi u dinamiċi filwaqt li tirrispetta l-kwadru wiesgħa ta' l-amministrazzjoni ġenerali. Dan speċjalment meta l-inizjattivi jkunu mmirati biex it-tiġrijiet taż-żwiemel joħolqu spettaklu. Il-Kumitat tat-Tmexxija kemm il-darba għamilha ċara u pubblika illi m'għandux ħsieb li jkun riġidu fid-deċiżjonijiet li jieħu ġaladarba jinstab li dawn ma jkunux qed iħallu r-riżultat mistenni.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li isimha qiegħed jintbgħat separatament tingħata post alternattiv, meta jikkonsidra l-fatt li minbarra li tgħix f'kamra waħda mat-tliet uliedha kif ukoll, issa, t-tifla tagħha li għandha tifla ta' sentejn ukoll u qed tistenna tarbija u dan fl-istess post, jigifieri (dettalji wkoll qiegħdin jintbgħhatu separatament), fejn, fuq kollox, hemm is-saqaf tal-unika kamra li qiegħed fi stat ta' periklu li jaqa'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat l-każ qed ikun ikkunsidrat, pero d-dar fejn toqgħod il-persuna la hi b'kamra waħda u lanqas m'hi bil-periklu.
Jista' l-Ministru jara li l-bozza li hemm fi Triq San Bartilmew, ir-Rabat (Malta), kantuniera ma' Triq Zondadari, li ilha għal dawn l-aħħar tliet xhur u nofs bil-ħsara, tissewwa?
Jista' l-Ministru japprova li jsir arblu bil-bozza fil-parti traffikuza fejn il-bus shelter ta' bejn il-limiti ta' Tabja u Blokk D tal-Qasam tad-Djar, Għajn Qajjet, ir-Rabat (Malta)?
Jista' l-Ministru japprova li jsiru arbli bid-dawl fil-parti mudlama li hemm fi Triq Nigret sa sub-station li hemm f'Għar Barka, ir-Rabat (Malta)?
Jista' l-Ministru jgħin li xoghol fuq traffic lights li hemm f'zebra-crossing quddiem id-dar Numru 13 fil-Qasam tad-Djar, Għhajn Qajjet, ir-Rabat (Malta), li ilu wieqaf għal dawn l-aħħar tliet xhur, jitlesta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Id-diversi talbiet magħmula mill-Onorevoli Interpellant ġew riferuti lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet oħra simili.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 36532, jista' il-Ministru jivverifika t-tweġiba mill-ġdid peress li aċċidentalment sajjieda li kienu preżenti fil-Pixkerija ħdejn il-pitkal li ismu qed jintbagħat separatament irrapurtaw huma stess lid-Dipartiment tas-Saħħa l-daħal it-tonn mejjet fil-pixkerija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nikkonferma t-tweġiba mogħtija minni fis-seduta numru 810 tal-5 ta' Novembru 2002.
X'investigazzjoni saret dwar ix-xibka tat-tonn li ddaħħlet Malta kontra l-liġi u cioe' kienet dikjarata bħala xibka għall-gaġġa tat-tonn li nġabet mit-Tuneżija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk għandu xi informazzjoni f'dan ir-rigward jgħaddih lit-Taqsima għall-Kontroll u l-Konservazzjoni tas-Sajd. Dak kollu li semma fil-mistoqsija tiegħu jinstema' kollu bħala għajdut iżda ma teżisti l-ebda biċċa evidenza konkreta bi prova ta' dan.
Fil-kontest tal-konservazzjoni tal-ħut fil-Mediterran iħoxx il-Ministru li fil-każ li tinħareġ liċenzja tal-purse seining lokali, pajjiżna jkun qed jikkontribwixxi għall-qirda ta' l-ispeċi tal-ħuta tat-tonn b'konsegwenza ta' qbid indiskriminatorju ta' speċi oħra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-kuntest ta' konservazzjoni, m'hux l-irkaptu li jiġi wżat biex taqbad il-ħut konċernat, iżda l-kwantita' li tinqabad. Fil-każ tat-tonn, il-qbid bis-sunnara, bix-xibka u kwalsiasi irkaptu ieħor hu marbut mal-kwantita` ta' qabda li tiġi ikkalkulata mill-ICCAT fuq bażi ta' konservazzjoni ta' din l-ispeċi ta' ħuta. Biex wieħed jikkonserva t-tonn irid iżomm mal-qbid allokat lilu. Is-sajd tat-tonn bix-xibka hu waħda mis-sajdiet selettivi ħafna għaliex il-ħut li jkun qed jiġi mdawwar ikunu rawh sew l-istess sajjieda li jkunu se jaqbduh u għalhekk jekk ma jkunx tal-qies ġust jew ħuta ppreġjata dawn ma jdawruhx.
Tajjeb li nfakkar lill-Onor. Interpellant li meta kien Ministru responsabbli mis-sajd mhux talli ma kienx kontra l-użu tax-xibka għall-qbid tat-tonn, talli kien jiftaħar li kien qed jieħu inizjattivi biex kumpanniji barranin jinvestu fi proġetti tat-tuna penning fl-ibħra Maltin. Anzi kien iħeġġeġ ukoll lis-sajjieda Maltin biex anki huma, permezz tal-kooperattivi tagħhom, jinvestu fi proġetti bħal dawn. Ma nafx għaliex issa dan il-biki kollu tal-kukkudrilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu mpjegati matul l-aħħar tnax-il xahar
1) li ma kinux f'posthom waqt il-ħin tax-xogħol
2) li abbużaw mis-sick leave
F'liema gradi kienu dawn l-impjegati? X'passi ttieħdu kontra dawn l-impjegati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li, matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kien hemm 180 każ fejn ħaddiema ma nstabux f'posthom waqt il-ħin tax-xogħol u 29 każ fejn ħaddiema nstabu jabbużaw mis-'sick leave.
Il-gradi tal-ħaddiema huma: General Hand, Health Attendant, Labourer, Hospital Auxiliary, Bookbinder, Operative, Senior Operative, Tradesman, Senior Tradesman, Heavy Plant Driver, Motor Transport Driver, Technical Officer, Watchman, Part-Time Instructor, Marbler, Supervisor, Messenger, Quarryman, Assistant Technical Officer u Security Guard.
Il-passi dixxiplinarji li ttieħdu kontra dawn l-impjegati kienu ħruġ ta' 'charges', twissijiet bil-miktub u tlett ijiem sospensjoni bla paga. Hemm xi każi oħra li għadhom pendenti u oħrajn li ma nstabux ħatja.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija numru 36905?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat mill-Agent Kummissarju Elettorali Principali li ghall-fini ta’ l-elezzonijiet lokali, it-toroq imsemmija jaghmlu mal-lokalità ta’ Attard filwaqt li ghall-fini ta’ elezzjonijiet generali l-istess toroq jaghmlu mal-lokalità ta’ Lija, fit-Tmien Distrett Elettorali.
Ninsab infurmat li:
- Saru rikorsi quddiem l-Ufficjal Revizur, biex it-toroq imsemmija jitpoggew fis-Seba’ Distrett Elettorali fir-rigward tar-registru ta’ Ottubru 2002;
- Ghar-rigward ta’ registri elettorali tal-futur, it-toroq imsemmija ser jitpoggew mas-Seba’ Distrett Elettorali.
MEPA — Pender Place u Mercury House - Ħruġ ta' permessi
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-development brief għal Pender Place u Mercury House li għadu kif inħareġ mill-MEPA?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tad-development brief għal Pender Place u Mercury House. Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħata persentaġġ ta' drainage allowance il-ħaddiem li jaħdem fid-dipartiment tad-drenaġġ li dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament kull xahar f'dawn l-aħħar erba' snin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-persentaġġ ta' drainage allowance mogħti lill-uffiċjal imsemmi, f'dawn l-aħħar snin kien ta' 20%.
Jista' il-Ministru jara li tingħata wiċċ dik il-parti ta' Triq Ġanni Bonniċi Ħaż Żebbuġ li sal-lum għadha mhux lesta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jara li manhole tad-drenaġġ li jemm fil-parti mhux asfaltata ta' Triq Ġanni Bonniċi, Żebbuġ titbaxxa peress li ħafna karozzi qegħdin jieħdu l-qiegħ mal-cover tal-manhole b'konsegwenza li jikkawżaw ħsarat kbar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-manhole ser tiġi rranġata fil-ġranet li ġejjin, mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ.
Jista' il-Ministru jgħid x' xogħol sar u x-xogħol huwa prevvist li jsir fil-Knisja ta' San Pawl, Bormla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara li tlesta r-restawr tal-faċċata tal-Knisja ta' San Pawl, Bormla, issa beda x-xogħol fuq ġewwa tal-Knisja. Ix-xogħol fuq il-faċċata tħallas kollu mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera waqt li x-xogħol fuq ġewwa qiegħed isir bi sħab bejn il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera u l-Knisja Parrokjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' bullying fl-iskejjel din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena skolastika, s'issa waslu 3 rapporti għand id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, iżda wieħed kien fuq "bullying" li sar is-sena l-oħra.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36113, jista' il-Ministru jgħid kemm kien jammonta l-ħruġ, sena b'sena, ta' kull kunsill lokali għas-sistema ta' l-infurzar lokali mit-twaqqif tagħha sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 36452, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jara li tiġi mċaqalqa il-parking space għall-trakkijiet minn fejn qiegħdha bħalissa ġo Manoel Street Gżira maġemb il-Marshall Court peress li qed isir ħafna storbju kmieni filgħodu taħt it-twieqi tar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma nstab l-ebda' dokument fejn id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku approva xi
parking space
bħala
un/loading
bay
fit-triq imsemmija.