Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38619 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Nuqqas ta' nefqa

Question

X'passi se jieħu l-Ministru u l-oqsma li jaqgħu taħtu biex inaqqas in-nefqa għas-sena 2003 b'10% kif ordna l-Ministru tal-Finanzi skond MF Circular No2/2003 tal-24 ta' Jannar 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru tal-Finanzi fiċ-ċirkolari imsemmija ma ordnax it-tnaqqis imsemmi. Iċ-ċirkolari hi dwar 'variable budgeting' biex flus il-poplu jiġu użati b'mod aktar programmat.
Leg 9 PQ #38620 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Strutturi perikolużi

Question

Tista' il-MEPA tinvestiga l-ilment tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar l-istrutturi perikolużi tar-resident ta' fond ieħor fl-istess triq li dwarhom diġa' saru rapporti mill-istess familja kemm lill-MEPA kif ukoll lill-għassa tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret minn uffiċjal tal-MEPA irriżulta li riċentament saru xi ilmenti mill-persuna msemmija rigward allegat perikolu li inħoloq minn struttura fuq il-bejt tal-fond soprapost u kif ukoll minn gallerija li tesporġi għal fuq it-triq. Wara diversi tentattivi mill-uffiċjal inkarigat sabiex isir kuntatt mal-okkupant tal-post, u dan sabiex issir l-ispezzjoni neċessarja, saru arranġamenti sabiex jinfetaħ il-post iżjed tard din il-ġimgħa. Is-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` tieħu dawk il-passi li jidhrilha li huma xierqa skond il-liġi jekk verament jirriżulta xi żvilupp bla permess. Irrid ngħid illi allegazzjonijiet rigward perikoli minn strutturi m`huwiex kompetenza ta` l-istess Awtorita` li tivverifikahom iżda għandu jitqabbad perit privatament biex jivverifika jekk jeżistix periklu jew le.
Leg 9 PQ #38621 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Gżira — Tniġġiż ta' l-arja

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilmenti ta' bosta residenti fil-Gżira, speċjalment dawk li jbatu bl-asthma, dwar it-tniġġiż tal-arja ikkawżat mill-impjant tal-Golden Harvest li jinsab fl-abitat, b'mod partikulari fir-rigward ta' residenti fi Triq Luqa Briffa Street, Gżira?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li l-ebda lment dwar tniġġiż ta' l-arja kkawżat mill-impjant tal-Golden Harvest ma ġie riferut lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika din l-aħħar sena. Il-monitoraġġ dwar tniġġiż ta' l-arja jsir mid-Direttorat għall-Protezzjoni Ambjentali fi ħdan il-MEPA u nissuġġerixxi li tali mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

Gżira — Traffic Control Board

Question

Jista' it-traffic control board jieħu deċiżjoni dwar it-talba li kellha titressaq quddiemu mill-Kunsill Lokali Gżira f'isem il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex ma jkunx hemm parking quddiem il-garage tagħhom fl-istess triq billi ċerti drabi lanqas ikunu jistgħu joħorġu il-karozza tagħhom mill-garage minħabba l-parking bl-addoċċ li jsir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-problema riferuta hija waħda ta' enforcement li taqa' taħt ir-reponsabilita' tal-Pulizija u/jew tal-Gwardjani Lokali skond ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, 1994, Paragrafu 77.
Leg 9 PQ #38623 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Gżira — Bankina

Question

Jistgħu jittieħdu passi dwar il-bankina għolja żżejjed li hemm ħdejn il-bus stop fi Sliema Road, il-Gżira billi din qed tkun ta' inkonvenjent għar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.

M'Scala — Triq l-Imriekeb - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex parti minn Triq l-Imriekeb, M'scala, li qed issir bħalissa mill-kuntrattur se titħalla kollha blat u mħarbta kif inhi għaliex hemm servizzi tal-Maltacom u Enemalta li huma fil-wiċċ? Jaqbel il-Ministru li mhux aċċettabbli li parti minn din it-triq tiġi rranġata filwaqt li l-parti l-oħra titħalla kif inhi? Possibbli din l-informazzjoni tiġi investigata u ningħata risposta dwar x'se jiġri eżatt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi fil-preżent qed isiru diskussjonijiet mal-Maltacom sabiex il- cables li qegħdin fil-wiċċ jitbaxxew għal-livell meħtieġ minn din il-korporazzjoni bħal ma diġa ġie mifthiem ma' l-Enemalta fir-rigward tal- cables tad-dawl. Meta dan ix-xogħol jitlesta t-triq tkun tista titlesta kollha.
Leg 9 PQ #38291 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU Countries — Importazzjoni ta' tabakk

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 38133 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt nformazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi eċċ li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jew li m'humiex vera, jista' il-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38274.
Leg 9 PQ #38296 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non Eu Countries — Importazzjoni ta' ikel proċessat

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 38134 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt nformazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi eċċ li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jew li m'humiex vera, jista' il-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38274.
Leg 9 PQ #38301 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pjanti u Siġar — Urban and Rural Landscaping

Question

Kemm fil-fatt kienet l-ispiża s’issa tal-pjanti u siġar li xtara l-konsorzju ta’ l-Urban and Rural Landscaping s’issa? Minn fejn inxtraw?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Environmental Landscapes Consortium Ltd., hija kumpannija privata u għalhekk ix-xiri tal-pjanti jsir mill-Environmental Landscapes Consortium Ltd. minn diversi pajjiżi bl-aħjar prezzijiet. Ir-rati li bihom jitħallas il-konsorzju għall-pjanti fuq proġetti hu kif stabbilit fil-kuntratt.
Leg 9 PQ #38302 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trasferiment ta' ħaddiema — Urban and Rural Landscaping

Question

Kemm ġew trasferiti ħaddiema li kienu bdew jaħdmu mal-konsorzjum ta’ l-Urban & Rural Landscaping minn mindu beda jopera? Fejn marru u cioe’ ma liema Dipartiment? X’kienu r-raġunijiet? Kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema li fil-fatt talbu transfer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li s'issa ġie trasferit ħaddiem wieħed, fuq talba tiegħu stess. Dan mar il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali. Minbarra dan, daħlet talba waħda għall-transfer u din għadha qed tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #38303 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban and Rural Landscaping

Question

Kemm kien in-numru ta’ ħaddiema li marru mal-konsorzju l-ġdid ta’ l-Urban and Rural Landscaping? Kemm hu n-numru ta’ dawn il-ħaddiema fil-preżent?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fl-1 ta' November, 2002 ġew deployed ma' l-ELC, 301 ħaddiem mill-URLS. Matul Novembru rriżenja wieħed u ġie trasferit wieħed, u ġew deployed 25 ħaddiem ieħor mill-Kalaxlokk għal mal-ELC. B'hekk illum l-ELC għandhom 324 ħaddiem tal-gvern. Dawn minbarra ħaddiema mpjegati direttament mill-ELC.
Leg 9 PQ #38304 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Flus allokati — Urban and Rural Landscaping

Question

Kemm intefqu flus s’issa mill-flus allokati għall-konsorzju ta’ l-Urban and Rural Landscaping? Jista’ il-Ministru jgħid kemm intefqu xahar b’xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li mill-flus allokati għall-ELC s'issa ħarġu żewġ ċertifikati: Novembru 2002 - Lm196,992.58 incl. VAT Diċembru 2002 - Lm184,205.32 incl. VAT
Leg 9 PQ #38468 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Rimi ta' sludge fil-baħar

Question

Il-Gvern wiegħed li sa s-sena 2004 mhux ser jitfa' aktar sludge fil-baħar? Xi pjanijiet hemm sabiex il-Gvern jonora din il-wegħda? Saru xi analiżi sa issa fuq xi sludges mill-MEPA sabiex isir xi pjan?

Response (BORG, TONIO)

Jista` l-Onor. Membru jgħid għal liema tip ta` sludge qed jirreferi.
Leg 9 PQ #38469 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Planning Directorate/Impjegati/Bullying

Question

Kemm hemm rapportati każi ta' bullying jew disprezz minn naħa ta' impjegati tal-Planning Directorate versu impjegati tal-Environment directorate fi ħdan il-MEPA? X'passi dixxpiplinarji ittieħdu mid-direttur ġenerali fid-dawl ta' dawn il-każijiet jekk dawn tassew seħħew? Għaliex dawn il-każi ma ġewx irrapportati mill-ewwel lill-bord tal-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda rapport ta` bullying jew disprezz minn naħa ta` impjegati tal-Planning Directorate fil-konfront ta` impjegati ta` l-Environment Protection Directorate.

Incineraturi

Question

Il-Gvern Nazzjonalista wiegħed lill-poplu li sa l-aħħar ta' din is-sena ser jagħlaq l-inċineraturi kollha peress li dawn qegħdin ikunu ta' detriment sħiħ. Jista' il-Gvern jgħid f' liema stadju qiegħed sabiex il-proġetti li għandu f'dan ir-rigward tassew iseħħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħalma jaf l-Onor Interpellant, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura m'għandu l-ebda inċineratur taħt it-tutela tiegħu u dawn l-inċineraturi jaqgħu taħt Ministeri oħra. Xorta waħda nikkonferma li numru ta' l-Inċineraturi eżistenti jridu jingħalqu sa' l-aħħar ta' din is-sena. Għaldaqstant nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel l-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati biex ikollu tagħrif aktar dettaljat.
Leg 9 PQ #38471 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Lead Replacement Petrol

Question

Jista' il-Ministru jiżvela fejn matul is-sena 2002 il-MEPA sabet li l-livelli ta' benzene fl-arja kienu jeċċedu l-livelli dikjarati taħt regolamenti maħruġa minn din l-istess amministrazzjoni? X'passi ttieħdu mill-MEPA biex dawn il-livelli jonqsu? Vera li bil-Lead Replacement Petrol hu maħsub li l-emissjonijiet ta' benzene fl-arja jistgħu jiżdiedu?

Response (BORG, TONIO)

Id-data li nġabret bħalissa qed tiġi inserita u r-riżultat ser jiġi finalizzat dalwaqt. Skond indikazzjonijiet li għandna mhux ser ikun hemm emissjonijiet ogħla ta` benzene fl-arja bl-użu tal-Lead Replacing Petrol.
Leg 9 PQ #38474 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Cartagena Protocol

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta rratifikatx il-Cartagena Protocol? X'għamlet il-MEPA f'dawn l-aħħar 11-il xahar f'dan ir-rigward?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37705.
Leg 9 PQ #38476 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki Maltin — Impatt ekonomiku

Question

X'se jkun l-impatt ekonomiku fuq fabbriki Maltin li jippakkjaw ikel u xorb biex dawn jiġu konformi mad-direttivi u r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea fejn jirrigwardjaw l-ippakkjar, l-iskart mill-ippakkar kif ukoll il-materjal u l-livelli ta' kontaminanti fl-ippakkjar ta' dawn l-affarijiet? X'ser ikun l-impatt ekonomiku fuq il-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li anke fil-qasam tal-produzzjoni ta' l-ikel, diġa' hemm numru ta' fabbriki lokali li jesportaw il-prodotti tagħhom lejn is-suq Ewropew. Dawn diġa' jikkonformaw mar-regolamenti u mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea u ma hemm l-ebda raġuni għalfejn minn jipproduċi għas-suq lokali biss ma għandux ikun f'qagħda li jagħmel l-istess. Ir-regolamenti u d-direttivi jixirqu lill-konsumatur Malti u jistenna li jkunu osservati. Il-Gvern qiegħed jgħin biex dan il-għan jintlaħaq fl-iqsar żmien possibbli anke permezz ta' skemi ta' assistenza, kemm mill-IPSE kif ukoll mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. Dwar l-implikazzjonijiet f'aktar dettal, ta' min jgħid li dawn ivarjaw minn prodott għall-ieħor. Fil-fatt l-IPSE ħejjiet numru ta' studji settorjali, fejn uħud minnhom diġa' ġew ippubblikati. L-impatt fuq il-konsumatur mistenni li jkun pożittiv taħt kull aspett. Ta' min ifakkar li dawn it-tip ta' prodotti kważi kollha għad għandhom levies qawwija fuqhom. Għalhekk, minkejja l-introduzzjoni ta' standards aktar esiġenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' ippakkjar u affarijiet oħra, xorta mistenni li dawn il-prodotti ser jorħsu sinifikament meta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea u l-levies jispiċċaw għal kollox.
Leg 9 PQ #38557 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Flooding

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bankina fuq in-naħa tar-residenzi San Josetto u Unicorn f'Misraħ il-Barrieri, Msida minħabba l-flooding li spiss jiġi kkawżat fid-djar kull meta jkun il-maltemp?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kostruzzjoni ta` bankini ġodda m`hux funzjoni tal-Kunsilli Lokali u għalhekk nitolbu jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.